Il-Waterfront huwa prova hajja li fejn ikun hemm il-vizzjoni jasal is-success, sahaq il-Mexxej Laburista fi tmiem laqgha li kellu mal-VISET dalghodu u li matulha ddawwar ma’ l-inhawi kollha tal-Waterfront tal-Belt Valletta. Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat radd hajr lil Viset ghal-laqgha sabiha lil taw il-Partit Laburista s-Sibt filghodu. Din il-laqgha, sahaq il-Mexxej Laburista, hija kontinwazzjoni ta’ laqghat precedenti li l-Partit Laburista kellu mal-Viset. Joseph Muscat gie milqugh minn Dr Anton Micallef - Chairman tal-Viset, Robert Aquilina – Executive Director tal-Viset u Stephen Xuereb General Manager ta’ Viset. Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat fakkar kif il-Waterfront, fl-1997 gie skopert bhala post li jista johloq ix-xoghol u li twettaq bi shubija bejn l-istat u l-privat.
II-Mexxej Laburista fakkar kif dan il-progett ghandu s-sostenn tal-Partit Laburista ghaliex huwa progett sostenibli li jincetinva l-gid u xoghol ta’ kwalita’ f’pajjizna. Il-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar il-htiega ta’ zvilupp turistika fil-gzira Ghawdxija b’mod immedjat. Fakkar kif is-settur turistika f’pajjizna ghandu bzonn tmexxija li thares ‘l quddiem u tippjana bil-quddiem.
Prezenti ghal din il-laqgha jakkumpanjaw Joseph Muscat kien hemm il-Kelliema Ewlenin tal-Partit Laburista Helena Dalli, Gavin Gulia, Charles Mangion u Marie Louise Coleiro Preca. Din turija tal-mod holistiku li bih qed ihares il-Partit Laburista lejn dan il-qasam li fi kliem il-Mexxej Laburista jirrikjedi sforz kolllettiv ma progetti u entitajiet simili biex pajjizna jimxi ‘l quddiem. Joseph Muscat fakkar kif pajjizna ghandu bzonn progetti simili biex pajjizna jimxi ‘l quddiem. Ghal-laqgha ta’ dalghodu, li matulha l-Mexxej Laburista zar ukoll il-komunita’ kummercjali tal-Waterfront, Joseph Muscat kien akkumpanjat minn Louis Grech, Edward Scicluna u Marlene Mizzi li lkoll kemm huma hadmu fil-qrib sabiex ikabru l-potenzjal ta’ dan l-izvilupp u zviluppi simili fl-industrija turistika; xhieda tal-kompetenza li ghandu t-tim Laburista ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat fakkar kif fil-fora tal-Parlament Ewropew il-Partit Laburista haddem sabiex portijiet ta’ pajjizi fl-Unjoni Ewropeja, fosthom Malta, ma jkunu zvantagjati ma’ portijiet ta’ pajjizi barra l-UE fejn jidhlu hlasijiet ta’ VAT. Il-Mexxej Laburista fakkar kif minhabba dan il-fatt portijiet ta’ l-Unjoni Ewropeja qed jitilfu n-negozju meta kkumparat mal-bqija tal-pajjizi barra l-Unjoni Ewropeja, u ghalhekk sahaq Joseph Muscat din mistennija tkun prijorita’ ghad-delegazzjoni Laburista fil-PE matul il-hames snin li gejjin.
Isegwi il-laqgha mal-VISET il-Mexxej Laburista zar il-komunita’ kummercjali tal-Waterfront u wara stieden lill-gurnalisti prezenti ghal ikla hafifa ta’ nofs in-nhar.