PL and PSE
 

Lawrence Gonzi tilef il-kontroll minn fuq il-kwistjoni ta' l-immigrazzjoni illegali

leadimage

“Id-dhul ta’ 33 immigrant fil-gzira Ghawdxija hija konferma ta’ kemm Lawrence Gonzi tilef il-kontroll minn fuq il-kwistjoni ta’ l-immigrazzjoni illegali”. Sostna dan il-Mexxej Laburista meta kien qed jindirizza l-laqgha ta’ diskussjoni f’Ta Cenc Ghawdex. Il-Mexxej Laburista qal li din il-gimgha fil-Qbajjar dahlet dghajsa bl-immigranti illegali. Qal illi l-immigranti illegali li kienu gejjin min-nofs in-nhar ta’ Malta spiccaw dahlu fi Tramuntana ta’ Malta.

Fuq din id-dghajsa b’kollox kien hemm 33 immigranti illegali. Matul id-diskors tieghu f’Ghawdex il-Mexxej Laburista ghamel sensiela ta’ mistoqsijiet dwar dan il-kaz fosthom dwar jekk din id-dghajsa li dahlet fi gziritina dahlitx bhal dghajjes ohrajn inkella differenti. Staqsa x’qed jirrizulta mill-istharrig li ghamlu l-pulizija meta nterrogaw dawn l-immigranti. “Huwa minnu li l-forzi armati ta’ pajjizna kienu rawha u jekk iva fejn rawha din id-dghajsa”, staqsa l-Mexxej Laburista.

Il-Mexxej Laburista qal li jekk Lawrence Gonzi jrid jghid il-verita’ dwar dan il-kaz, il-vera raguni ghal dan kollu hija li din id-dghajsa kienet ghaddiet lil hinn minn pajjizna u l-forzi armati ta’ pajjizna indunaw biha. Madanakollu hekk kif din id-dghajsa kienet riesqa lejn l-Italja xi hadd dderegihom lejn Ghawdex. “Forsi jaqbad it-telefon u jsaqsi lil Berlusconi”, qal Joseph Muscat. Il-Mexxej Laburista fakkar kif Lawrence Gonzi tilef il-kontroll minn fuq il-kwistjoni ta’ l-imigrazzjoni illegali.

Sahaq li l-Partit Laburista prezenta pjan ta’ 20 punt izda l-Gvern baqa ma implimentahx. Fakkar ukoll kif il-Gvern stenbah 3 snin tard dwar il-mod li bih ghandu jitratta l-imigranti illegali fuq il-bahar. Qal ukoll kif f’Ottubru illi ghadda Joseph Muscat kien wissa l-burden sharing voluntarju ma kienx ser jahdem izda Lawrence Gonzi induna 8 xhur wara. “Ghal darb’ohra Lawrence Gonzi qed jaghti ragun lill-Partit Laburista”, sahaq Joseph Muscat.

 

L-iskandlu fi hlassijiet tal-VAT

Joseph Muscat fakkar kif il-Partit Laburista ghadu qed jistenna twegibiet ghal mistoqsijiet li kien ghamel xi gimghat ilu dwar l-iskandlu fi hlassijiet ta’ VAT. Kemm hemm flus involuti f’dan l-iskandlu, staqsa Joseph Muscat. Joseph Muscat sahaq li l-poplu qed jistenna bi dritt minn ser ikun dak jew dik il-persuna li ser terfa’ r-responsabilita’ politika ta’ dan il-kaz ta’ korruzzjoni. “Ghaddew 3 gimghat u ghadna bla risposta politika. Il-gudizzju politiku jista’ jsir u Lawrence Gonzi ghandu jkollu l-kuragg jghid dan kollu”, sostna l-Mexxej Laburista.

Lawrence Gonzi jfisser qghad, gholi tal-hajja u kontijiet tad-dawl u l-ilma

Il-Mexxej Laburista qal li Lawrence Gonzi sar iffiser gholi tal-hajja, kontijiet u qghad. Fakkar kif fiz-zmien li ghadda, Lawrence Gonzi attira investiment barrani lejn Ghawdex b’0.2% biss. “Gab lejn Ghawdex 20c ghal kull mitt lira”, qal Joseph Muscat. Dan huwa dak li ghamel Lawrence Gonzi ghal Ghawdex. Sahaq li Ghawdex ghandu potenzjal kbir u l-Partit Laburista lest li jikkontribwixxi fid-direzzjoni success tal-Gzira Ghawdxija. Qal li l-Partit Laburista fil-gzira Ghawdxija jwarrab il-burokrazzija u jgib l-investiment. Din hija s-soluzzjoni ghall-problema l-kbira tal-qghad dejjem jikber f’Ghawdex. Filwaqt li l-unika kejl ta’ Lawrence Gonzi huwa biss kemm ser igib voti, ghall-Partit Laburista l-ewwel u l-unika interess huwa l-kwalita tal-hajja tal-familji Maltin u Ghawdxin.

Qal li Lawrence Gonzi sploda d-deficit mhux ghaliex salva l-impjiegi kif qed jghid hu izda f’hela u tberbiq ta’ flus il-poplu. Joseph Muscat qal li dan mhux accetabli. Fakkar kif fl-isptar Mater Dei Lawrence Gonzi ffirma kuntratt ta’ direct order ta’ miljuni ta’ ewros u minn fuq qed jghid li ma ddispjacih ghaliex jekk ikollu cans li jerga jaghmilha ma jiddejjaq xejn, sostna Joseph Muscat.

Ghal dan kollu qed ibaghti l-poplu Malti u Ghawdxin.

Fl-ahhar 7 xhur, pajjizna kellu l-akbar rata ta’ l-gholi tal-hajja minn fost il-pajjizi taz-zona ewro. Fakkar kif skond Lawrence Gonzi t-tort ta’ l-gholi tal-hajja huwa tal-lukandiera u tar-ristoranti. “Mhux ser naccetta sitwazzjoni fejn il-Prim Ministru ta’ pajjizna jipprova jakkuza lis-self employed ta’ pajjizna bil-problema ta’ l-gholi tal-hajja. Ir-responsabilita’ ta’ dan kollu huwa wiehed: Lawrence Gonzi”, qal Joseph Muscat. Fakkar kif il-Partit Laburista jaqbel li tiddahhal agenzija biex tirregola l-prezzijiet u tikkontrolla l-abbuzi.

 
Ghawdex minsi mill-PN

Il-Mexxej Laburista fakkar ukoll kif qabel Malta ssiehbet fl-Unjoni Ewropeja, dak iz-zmien Simon Busuttil wieghed li dwar Ghawdex ghandu jithejja rapport sabiex il-gzira tibbenifika minn fondi specjali. Qal li fl-ahhar xhur il-Kummisjoni Ewropeja kixfet il-Gvern Malti li ma hejjiex dan ir-rapport ghal Ghawdex. Issa, sahaq Joseph Muscat, il-Partit Nazzjonalista fil-Manifest Elettorali tieghu qed jerga jwieghed dan ir-rapport li kien hu stess li m’ghamlux. “Qed jaghmlu weghda li diga’ kisru. Ara vera ma jafux jisthu!!”, sahaq Joseph Muscat. Il-Mexxej Laburista sfida lil Lawrence Gonzi jghid ghaliex ma zammx kelmtu dwar dan ir-rapport bil-konsegwenza li tellef fondi importanti ghal gzira Ghawdxija” sostna Joseph Muscat.

 
Grazzi Chiara

Il-Mexxej Laburista beda d-diskors tieghu f’Ghawdex billi radd hajr lil Chiara ghall-prestazzjoni tajba li kellha l-bierah fil-Eurovision. Qal li l-kantanta Chiara ghamlet dak kollu li setghet u minkejja li r-rizultat ma kienx l-aktar wiehed mistenni, il-Partit Laburista jirrigrazzjha tas-servizz lil tat lill-pajjiz.

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME