Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat jizvela kif il-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista ghall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Alex Perici Calascione waqt laqgha organizzata mill-Partit Nazzjonalista qal li qabel id-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja l-Eks Prim Ministru u Kap Nazzjonalista Eddie Fenech Adami qarraq bil-kaccaturi u n-nassaba. Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll l-Assistent Segretarju Generali tal-PN Jean Pierre Debono u l-Kap tal-PN u PM Lawrence Gonzi.
Qal dan il-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt laqgha ta’ diskussjoni bit-tema Direzzjoni Success: Nemmnu Nahdmu Nirnexxu - Niltaqghu Mieghek fil-lukanda Ta’ Cenc Ghawdex u li ghaliha kien hemm prezenti l-eks deputat parlamentari Nazzjonalista Ghawdxi Louis Refalo. Il-Mexxej Laburista sellem u ta’ merhba lil Louis Refalo li kien deputat tal-PN fl-1981, fl-1987 u l-1992. Il-Mexxej Laburista filwaqt li rringrazja u sellem lis-Sur Refalo li nghaqad mal-Partit Laburista u anke ttessera ruhu sostna li dan huwa ezempju iehor li d-dar tal-PL hija miftuha ghal kulhadd. Il-Mexxej Laburista tkellem fit-tul dwar il-mod li bih Prim Ministru u Kap tal-PN dahaq bil-Maltin u l-Ghawdxin, fosthom il-kaccaturi u n-nassaba.
B’refernza ghal dak li qal Alex Perici Calascione “Il-Malti jghid li skond iz-zokk il-fergha. Dan huwa kif mexa l-partit Nazzjonalista. Dawn in-nies kienu lesti jichdu lil Eddie Fenech Adami ahseb u ara kemm lesti jichdu lic-cittadini Maltin u Ghawdxin”, sahaq il-mexxej Laburista. “Meta wiehed jaqra dawk iz-zewg ittri zewg konkluzjonijiet biss hemm, me hemmx wisq fejn imur. Jew dan, Eddie Fenech Adami mignun jew ried jitnejjek bin-nies. Wahda jew l-ohra. Ma hemmx fejn iddur”, qal Alex Perici Calascione fil-prezenza tal-Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi u l-Assistent Segretarju Generali tal-PN Jean Pierre f’laqgha li l-Partit Nazzjonalista ghamel mal-kaccaturi u n-nassaba f’post gewwa l-buskett l-Erbgha li ghadda.
Meta kien qed jindirizza l-laqgha ta’ diskussjoni, l-Mexxej Laburista semma partijiet sostanzjali tad-diskors ta’ Alex Perici Calsacione illi ghamel waqt laqgha mal-kaccaturi u n-nassaba u li ghaliha ma ghamel l-ebda pubblicita’.
Joseph Muscat fakkar kif qabel l-Elezzjoni ta’ l-2003 il-Prim Ministru ta’ dak iz-zmien baghat zewg ittri lill-kaccaturi u n-nassabba u weghdhom li l-Gvern Malti gab rikonoxximent mill-Unjoni Ewropeja ghal kacca u l-insib kif ukoll li dawn ser jibqghu jigu prattikati b’Malta fl-UE. Qal li mir-recordings li waslu ghand il-Partit Laburista Alex Perici Calacsione sahaq kif il-Partit Nazzjonalista qarraq bil-kaccaturi u n-nassaba.
Waqt din il-laqgha organizzata mill-Partit Nazzjonalista mal-kaccaturi u nassaba, il-Kandidat tal-PN ghal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Alex Perici Calascione qal hekk:
“Intom nahseb kollha kemm intom ircevejtu zewg ittri minn ghand Eddie Fenech Adami meta kien Prim Ministru. F’April, f’Marzu 2003 u f’April 2003. Dawn huma zewg ittri, intbghatet wahda qabel ir-referendum ta’ l-Ewropa u wahda qabel l-elezzjoni li giet wara. U z-zewg ittri huma bazikament l-istess.
Jekk naqra ftit minn ta’ Marzu, il-gvern Malti gab rikonoxximent ghall-kacca u l-insib tradizzjonali biex dawn jibqghu jigu prattikati. Innegozjajna b’success. Qed naqbez sewwa. Ir-regolamenti bl-abjad fuq l-iswed jassiguraw li intom il-kaccaturi u n-nassaba tipprattikaw id-delizzju taghkom. Dik kienet ta’ Marzu 2003.
F’April 2003 l-istess Fenech Adami, u ghalija importanti li naghmluha cara. Dawn iz-zewg ittri ma inkitbux minn Eddie Fenech Adami bhala Kap tal-Partit Nazzjonalista. Inkitbu minn Eddie Fenech Adami bhala Prim Ministru. Mela r-responsabilita tieghu meta kitibhom huma ikbar. F’April 2003 kiteb, id-delizzji tal-kacca u l-insib huma minsugin fil-kultura Maltija u hekk se jibqghu anki b’Malta fl-Unjoni Ewropea. U ta lista t’affarijiet. La l-kacca u l-insib mhuma projbiti fl-Unjoni Ewropea. Minkejja dan il-ftehim li ghamel il-gvern ma’ l-Unjoni Ewropea jpoggi l-kaccaturi u n-nassaba Maltin f’pozizzjoni ahjar. Il-kacca fil-harifa mhux se tintmiss. Il-kacca fuq il-bahar se tkompli u l-insib se jkompli.
Mela ma hemmx wisq fejn wiehed imur. Meta inti taqra dawk iz-zewg ittri ma tistax hlief tasal ghal wiehed minn zewg, u dawk l-ittri miktubin nirrepeti minn Prim Ministru, minn Kap tal-gvern u mhux minn Kap ta’ partit. Meta wiehed jaqra dawk iz-zewg ittri zewg konkluzjonijiet biss hemm, me hemmx wisq fejn imur. Jew dan, Eddie Fenech Adami mignun jew ried jitnejjek bin-nies. Wahda jew l-ohra. Ma hemmx fejn iddur”, qal Alex Perici Calascione.
Il-Mexxej Laburista fakkar kif il-Malti jghid li skont iz-zokk il-fergha u bhal ma cahdu lil Eddie Fenech Adami l-istess lesti jaghmlu mal-Maltin u l-Ghawdxin. Qal li bhal mal-Partit Nazzjonalista qarraq bil-kaccaturi qarraq ukoll bin-nisa ommijiet li jridu johorgu fid-dinja tax-xoghol. Semma kif Lawrence Gonzi qarraq b’dawk il-familji li applikaw biex jifdu c-cens taghhom mill-joint office. Semma kif anke t-tobba f’pajjizna spiccaw imqarrqa mill-Gvern prezenti u l-vittma ta’ dan kollu ser ikunu l-Maltin u l-Ghawxin kollha. Bl-istess mod ma zammx kelmtu mas-sewwieqa ta’ tal-linja, tat-taxis, minibuses, infermiera, nursing aides u dawk li jahdmu fl-isptarijiet. Anke l-ghalliema, li ghaliex sfaw ingannati minn Lawrence Gonzi, kellhom sahansitra jirrikorru ghal strajk.
Il-Mexxej Laburista semma kif il-Partit Nazzjonalista qed jipprova jinqeda b’kull strartegija biex jirbah l-Elezzjoni tal-PE. Fakkar kif ghall-Partit Laburista din hija elezzjoni difficli hafna u appella lill-kulhadd biex jaghzel il-kandidati tal-Partit Laburista.
Semma ukoll l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u fakkar kif ghal dawn l-elezzjonijiet l-Partit Laburista qed jipprezenta tim shih ta’ kandidati varji li jappellaw ghall-ikbar fierxaq wiesgha ta’ nies possibli mhux lanqas fil-lokalitajiet Ghawdxin li fihom ser isiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli. Il-Mexxej Laburista appella lil kulhadd, Ghawdxin u Maltin biex nhar il-Hadd filghodu jattendu ghal Mass Meeting kbir taht it-Tinda l-Kbira f’Ta Qali, l-ewwel wiehed tax-xorta tieghu.
Hadu sehem ukoll waqt din il-laqgha ta’ diskussjoni d-Deputat Mexxej Laburista ghall-Affarijiet tal-Partit Laburista Dr Toni Abela, il-Kelliem Ewlieni tal-Partit Laburista ghall-Ghawdex Dr Anton Refalo, il-Kelliema ghal Familja u l-Ugwaljanza Socjali Justyne Carauna u l-Kandidati tal-Partit Laburista ghall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Christian Zammit.