PL and PSE
 

Lawrence Gonzi tilef il-kontroll anke fil-qasam tal-ambjent

leadimage

Il-qasam ambjentali huwa qasam iehor li dwaru Lawrence Gonzi qieghed juri bic-car li tilef il-kontroll tat-tmexxija tieghu.

 

Dan qalu l-mexxej Laburista Joseph Muscat meta dalghodu kien qieghed jindirizza konferenza tal-ahbarijiet dwar l-ambjent u li mmarkat il-bidu tat-tielet gimgha tal-kampanja elettorali ghall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

 

Il-Mexxej Laburista tkellem dwar it-track rekord tal-hidma li wettqu l-Ewroparlamentari Laburisti fil-hames snin li ghaddew b'rabta mal-qasam ambjentali. Fuq quddiem nett l-gheluq tal-incineratur tal-isptar San Luqa.

Dan ghall-kuntrarju tal-Ewroparlamentari Nazzjonalisti li fil-Parlament Ewropew b'mod konsistenti vvutaw kontra mizuri ambjentali u favur li jiddghajfu l-miri tal-Unjoni Ewropea dwar l-energija efficjenti.

Il-qasam tal-ambjent huwa qasam iehor bhal dak tal-ekonomija li fih il-gvern ta' Lawrence Gonzi qed juri li tilef il-kontroll tat-tmexxija tieghu, sostna l-Mexxej Laburista.

 

Joseph Muscat fakkar kif, sena wara l-weghda ta' Lawrence Gonzi dwar riforma fil-MEPA, c-cittadini Maltin u Ghawdxin ghadhom qed jiffaccjaw l-istess problemi minn din l-awtorità governattiva.

F’dan il-qasam Lawrence Gonzi qal li se jsib soluzzjoni ghall-problemi fil-Mepa, imma sena wara, il-problemi ghadhom l-istess. Mhux talli hekk talli l-Awditur tal-Mepa ghadu johrog rapporti u jqajjem mistoqsijiet kbar fuq l-operat tal-Mepa.

 

Joseph Muscat tkellem ukoll dwar il-mod li bih il-gvern ta' Lawrence Gonzi qieghed jiehu d-decizjonijiet ambjentali, fosthom fil-kaz tal-progett tal-windfarms. Huwa qal li l-ewwel hargu bl-idea ta’ offshore windfarms, imbaghad gew identifikati postijiet fuq l-art. Imma l-aktar ta’ inkwiet huwa l-mod ta’ kif gew shortlisted il-postijiet. Tant hu hekk li l-ghazla tar-Rabat bhala post ghall-onshore windfarms gie diskuss fil-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Dr Muscat qal lid an ma jibghatx sinjal tajjeb ghall-mod kif jittiehdu  d-decizjonijiet fil-pajjiz.

 

U huwa ghalhekk, qal Joseph Muscat, li n-nies ta’ Marsaxlokk jibdew jistaqsu kif gie deciz li jaghmlu l-inceneratur il-gdid fis-south ta’ Malta.

 

Il-Mexxej Laburista qal li ghandhom jigu ppubblikati l-istudji kollha ta’ l-impatt ambjentali ta’ l-inceneratur. Huwa qal li l-fatt li l-gvern kellu jdahhal sistema ta’ incinerazzjoni huwa certifikat ta’ falliment ghax ma lahhaqx mat-targets f’dan il-qasam.

 

Il-Mexxej Laburista qal li s-sistema ta’ l-incinerazzjoni skont l-ghaqdiet ambjentali ghandha tkun l-ahhar alternattiva ghax taghmel hsara ambjentali kbira.

 

Dr Muscat fakkar ukoll kif il-kumitat ghall-izvilupp sostenibbli ilu ma jiltaqa’ sena u li anke f’haga daqstant zghira l-gvern qed ifalli.

 

Dwar il-kas ta' gassijiet tossici li hargu f'Hexagon House, Joseph Muscat qal li sal-lum hadd ghadu ma ta spjegazzjoni u dan minkejja r-riperkussjonijiet li dan il-kas kellu fuq is-sahha tal-haddiema.

 

Joseph Muscat qal li fil-hames snin li gejjin, l-Ewroparlamentari Laburisti se jahdmu biex pajjizna jikseb aktar fondi mill-Unjoni Ewropeja fil-qasam ambjentali.

Qal ukoll li l-Partit Laburista se jkun qieghed jahdem biex jinholqu aktar impjiegi permezz tal-Patt ghall-Holqien tax-Xoghol u nfittxu potenzjal ghal tkabbir ta’ xoghol fil-qasam tal-Green Jobs li huma jobs ta’ kwalita ahjar u li jaghtu value added lill-ekonomija.

 

Joseph Muscat tkellem dwar ir-rekord tal-MEPs tal-PN u qal li ghandhom l-aghar rekord fil-Parlament Ewropew. Huwa semma kif fost l-ohrajn l-MEPs tal-PN ivvutaw kontra favur emenda biex jintaqqas il-limitu ta’ kemm karozza tarmi duhhan, kontra li l-energy saving targets tal-UE isiru legalment jorbtu u sahansitra kontra zieda fl-investiment fil-green technologies.

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME