PL and PSE
 

Mehtiega investigazzjoni dwar tender ghall-bini ta' powerstation gdida f'Delimara

leadimage

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat zvela ittra li tpoggiet quddiem il-kumitat tal-kontijiet pubblici minn kumpanija Izraeljana li tefghet tender ghall-bini tal-powerstation il-gdida f'Delimara.

 

Kumpanija Izraeljana, Hutny-Batemen, qed tallega li l-awtoritajiet Maltin mhumiex se jaghzlu t-tender taghha minkejja li l-offerta taghha kienet l-orhos u l-anqas wahda li tohloq tniggiz tal-arja.

 

Fix-xhur li ghaddew il-korporazzjoni Enemalta ghamlet sejha ghall-offerti ta' tenders ghall-bini ta' powerstation gdida f'Delimara. Ghal din is-sejha ghall-offerti, ntghazlu tliet kumpaniji li pprezentaw sistemi differenti dwar x’tip ta’ impjant se jinbena u b’liema fjuwil se jahdem.

 

L-orhos offerta ntefghet minn din il-kumpanija Izraeljana, li pprezentat sistema li tahdem bil-gass b'livell ta' tniggiz baxx hafna u liema offerta kienet ta' mija disgha u erbghin miljun ewro.

Il-mexxej Laburista zvela kif il-kumpanija Izraeljana ipprezentat protest fejn fih qed tghid li z-zewg offerenti l-ohra tefghu offerti sittax-il miljun u wiehed u erbghin miljun aktar minnha.

 

Jirrizulta wkoll li f’nofs il-process li matulu kienu qed jigu evalwati l-offerti dahal avviz legali li salva liz-zewg offerenti l-ohra milli jkunu skwalifikati u dan minhabba lis-sistema mressqa minnhom ma kinitx f’konformità ma’ kemm kien stipulat li setghu johorgu gassijiet fl-arja fl-offerta originali tal-Enemalta.

 

Joseph Muscat qal l-impjant maghzul mistenni johloq bejn erbghin u sittin tunnellata ta' skart nociv kuljum, u d-daqs tieghu se jkerrah l-ambjent.

 

Il-Partit Laburista qieghed jistenna li l-allegazzjonijiet li saru mill-kumpanija Izraeljana jigu nvestigati u ccarati malajr kemm jista' jkun, qal Dr Muscat.

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME