PL and PSE
 

L-Ambjent huwa qasam importanti ghall-ekonomija

leadimage

Il-qasam ambjentali huwa qasam importanti hafna ghall-ekonomija tal-pajjiz u l-Partit Laburista se jkun kommess biex igib lejn pajjizna aktar opportunitajiet ta' xoghol f'dan il-qasam.

Dan qalu l-mexxej Laburista Joseph Muscat fi tmiem zjara li ghamel dalghodu fil-mixtla ta' Wied Incita u li matulha ltaqa' mal-haddiema li jahdmu f'dan il-post.

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat flimkien mal-kelliema Laburisti Leo Brincat u Joe Sammut kienu milqghuha mic-chairman tal-Environmental Landscapes Consortium, Peter Calamatta li dawwarhom mall-post.

Il-Mexxej Laburista zar is-serer li fihom jitkabbru l-pjanti u l-fjuri li jintuzaw biex isebbhu l-ambjent pubbliku ta' pajjizna.

Id-delegazzjoni Laburista ltaqghet mill-qrib mal-haddiema li b'kollox jammontaw ghal kwazi tliet mija.

Fi tmiem iz-zjara tieghu, Joseph Muscat fahhar il-kapacitajiet tal-impjegati kollha.

Prezenti ghal din iz-zjara kien hemm ukoll il-kandidati Laburisti ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Claudette Abela Baldacchino, Kirill Micallef Stafrace u Steve Borg.

 
 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME