PL and PSE
 

5% VAT fuq it-tilqim

leadimage

l-Mexxej Laburista jizvela li l-Maltin u l-Ghawdxin qed jintalbu jhallsu 5% VAT meta jigu biex jixtru t-tilqim ghat-tfal taghhom minkejja li f’pajjizna l-medicinali suppost li huma ezentati mill-VAT. Pajjiz iehor li dahal ma’ Malta fl-UE u bhal Malta ghandu ezenzjoni mill-VAT fuq il-medicinali irnexxielu jgib sitwazzjoni mill-UE fejn ma jimponiex VAT fuq it-tilqim. “Ghalina hija inaccetabli illi minn fuq li qed tiehu interess, f’gieh is-sahha pubblika, li apparti dak obbligatorju qed taghti aktar tilqim lil kull minghandu bzonn l-Gvern qed jimponi l-VAT. Ghalija mhux accetabli. Dan huwa kaz iehor fejn il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi qed izomm mistur u mohbi”, sostna l-Mexxej Laburista.

Il-Mexxej Laburista qal dan meta kien qed ikun intervistat mill-Kap tat-Taqsima ta’ l-Ahbarijiet tar-Radju tal-Knisja l-RTK Leonard Callus. Il-Mexxej Laburista kien qed jiehu sehem f’laqgha ta’ diskussjoni Niltaqghu Mieghek Taht it-Tinda f’B’Kara. 

 

Gonzi bla kredibilita’

Il-Mexxej Laburista spjega kif il-Prim Ministru Lawrence Gonzi dahaq b’diversi kategoriji tal-poplu Malti fosthom it-tarznari, il-kaccaturi, in-nassaba, l-ghalliema, it-tobba, l-infermiera u hafna ohrajn. “Inhalli lil poplu biex jiggudika jekk jemminx lil Lawrence Gonzi illi ser ihalli s-sahha b’xejn”, sahaq Joseph Muscat b’referenza ghal dak li qal il-Prim Ministru wara li kien il-Partit Laburista li zvela l-pjanijiet tal-Gvern dwar dan. Din hija kwistjoni marbuta mal-kredibilita tal-Prim Ministru, sostna Dr Muscat. Fakkar kif ftit biss wara l-Elezzjoni Generali, Lawrence Gonzi kkumissjona task force immexxija minn membru prominenti tas-servizz civili li ghandu l-fiducja tal-Gvern illi qallu biex jaghmel rapport dwar is-sistema tal-kura primarja fejn fost l-ohrajn dan qed jghid li jinghalqu l-polyclinics u li kulhadd irid jirregistra ma tabib. Dan iffisser li biex tiehu dak is-servizz trid thallas u ghalhekk s-sahha ma tibqax b’xejn. “Li kieku Lawrence Gonzi ried jitwemmen l-ewwel haga li ried jaghmel meta kkumisjona rapport bhal dan kienet fit-terms of reference fejn jiddikjara li l-weghda tieghu hija li s-sahha tibqa b’xejn. Dan il-punt Lawrence Gonzi m’ghamlux u ghalhekk mhux kredibli”, sostna Dr Muscat.

Dwar dan ir-rapport, huwa qal li Lawrence Gonzi u s-Segretarju Parlamentari dwar is-Sahha ghamlu sensiela ta’ kontradizzjonijiet kbar, inkluz l-Prim Ministru fejn ghal bidu beda jichad li jezisti xi rapport bhal dan. “Lawrence Gonzi kien ghadu qed jichad li qed isir riforma u ddeskriva dan kollu bhala invenzjonijiet”, sostna l-Mexxej Laburista. “Izda ftit wara Joe Cassar, is-Segretarju Parlamentari dwar is-Sahha, qal li dan ir-rapport mhux talli mhuwiex invenzjoni izda gie diskuss fil-kabinett tal-Ministri”, sostna Joseph Muscat. Huwa ghalhekk li Lawrence Gonzi m’ghadux kredibili.

Sostna li l-konkluzzjoni ta’ dan ir-rapport jaghmilha cara li ser ikun hemm tluq li s-sahha mhux ser tibqa b’xejn. Sahaq li fi zmien meta l-familji Maltin u Ghawdxin huma mghobbija bil-piz ta’ l-gholi tal-hajja u qed jircievu l-kontijiet tad-dawl u ilma l-ahhar haga li ghandhom bzonn hija li jircievu kont dwar is-servizz tas-sahha. “Dan zgur li mhux accetabli ghall-Partit Laburista” sostna l-Mexxej Laburista.

 
Industrija

B’referenza ghaz-zjarja li kellu aktar qabel fil-Foster Clarks huwa qal li din il-fabbrika hija storja success. Mudell ta’ kif f’pajjizna ghada jista’ jisbah jum ahjar, sostna Dr Muscat. Il-Mexxej Laburista qal li l-Partit Laburista fil-Gvern jaghmel minn kollox biex jevita’ l-burokrazija, inissel stabilita’ u johloq sistema ta’ taxxi li ma tghabbix lil min qieghed jinvesti u b’hekk pajjizna jattira aktar investiment.  

 

Il-Partit Laburista b’ruh socjali

Mistoqsi dwar il-komunikat li hargu l-Isqfijiet llum b’referenza ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Mexxej Laburista qal li l-Partit Laburista qatt mhu ser jinsa liz-zghir. “Kien ghalhekk li twaqqaf il-Partit Laburista. Din hija r-ruh socjali tal-Partit Laburista”, sostna Dr Muscat. Joseph Muscat sahaq li l-Partit Laburista huwa kontra l-abort u favur il-hajja u akkuza lill-Partit Nazzjonalista b’agir tal-misthija li qed jinqeda b’kampanja mahmuga biex jaghti l-impressjoni bil-maqlub u zbaljata.

 

Il-Partit Labursta b’politika sabiex ghada jisbah jum ahjar

Il-Mexxej Laburista tkellem fit-tul dwar il-politika tal-Partit Laburista dwar diversi oqsma fosthom dwar l-gholi tal-hajja, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-qghad. Sahaq illi jekk il-Partit Nazzjonalista qed jammetti li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma setgha ddahlu b’mod zbaljat, appella lill-Prim Ministru biex irodd lura l-flus zejda li ha sa minn Ottubru illi ghadda.

Dwar l-Immigrazzjoni illegali, huwa sostna li l-Partit Laburista jrid burden sharing b’mod obbligatrju. Kien il-Partit Laburista li wissa lill-Prim Ministru sa minn Settembru li ghadda li dan il-ftehim b’mod voluntarju mhux ser jahdem. Fakkar illi l-Partit Laburista jemmen illi pajjizna ghandu bzonn Gvern li jqis l-interessi ta’ pajjizna l-ewwel u qabel kollox. L-istess bhal ma jaghmlu Gvernijiet ohra Ewropej, sostna Dr Muscat. Huwa ghalhekk, sostna li l-Mexxej Laburista, illi l-Partit Laburista ma jaqbilx li l-Gvern iffirma l-Patt dwar l-Immigrazzjoni b’mod voluntarju.

Il-Partit Laburista jemmen li l-Gvern ghandu jitfa aktar flus fil-bwiet tan-nies. In-nisa hemm bzonn li jigu incentivati biex johorgu jahdmu mhux ghax ma jistghux ilahhqu ma’ l-gholi tal-hajja izda sabiex ikollna kwalita’ ta’ hajja ahjar ghal familji taghna.

Sahaq li l-Partit Laburista, mhux bhall-konservattivi, jaqbel li l-leave tal-maternita’ jizdied ghal 20 gimgha. Lawrence Gonzi ghal bidu ma kienx jaqbel, ghaliex skond hu kien ser jimmina l-kompettivita’ ta’ pajjizna izda issa wara l-parriri ta’ l-istrategisti tal-PN biddel il-verzjoni tieghu. Il-Mexxej Laburista akkuza lill-Prim Ministru li l-vera ragunjiet li jimmina l-kompettivita’ ta’ pajjizna huma l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u mhux jekk il-leave tal-maternita jizdied ghal 20 gimgha. 

 

Elezzjonijiet difficli hafna ghall-PL

Il-Mexxej Laburista qal li l-elezzjonijiet tas-6 ta’ Gunju huma elezzjonijiet difficli hafna. Fakkar kif ghad hawn hafna Laburisti li ghadhom ma gabrux il-vot. Sahaq li l-unika persuna li tkun kuntenta jekk fis-6 ta’ Gunju ma johrgox jivvota huwa biss Lawrence Gonzi. 

Matul l-istess laqgha ta’ diskussjoni tkellmu Steve Borg, Christian Zammit u John Attard Montalto.

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME