PL and PSE
 

Il-vot tieghek fis-6 ta' Gunju jista' jaghmel id-differenza

leadimage

Nifhem l-ugigh ta’ min qata’ qalbu, ta’ min kien imwieghed kollox u qed jara li minflok ma jistax ikompli jghix il-hajja li kien jghix. Il-vot tieghek jista’ jaghmel differenza enormi ghall-pajjizna. It-tim ta’ kandidati tal-Partit Laburista se jkunu rapprezentanti tal-haddiema kollha, tal-middle class kollu, tal-pensjonanti kollha, tal-istudenti kollha, taz-zghazagh kollha, tas-self-employed kollha. Dawk il-haddiema tal-GO, haddiema tat-Tarzna, sidien u haddiema tal-linja, tat-taxis, mini-buses, vannijiet il-bojod, ghalliema nurses tobba, health assistants, nursing aides, distributuri tal-gass. Il-kaccaturi u n-nassaba li dahak bihom. Dawk kollha li Lawrence Gonzi weghdhom kollox u issa mhu qieghed iwettaq xejn milli weghdhom. Il-Hadd li gej ibghat sinjal bil-vot tieghek li ghada se jisbah jum ahjar.

 

Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat fi tmiem attività Festa Familja fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali fejn attendew eluf ta’ familji Maltin u Ghawdxin.

 

Joseph Muscat appella ghal dawk li ghadhom mhumiex konvinti mhumiex se jivvutaw u qal li dawn ghandhom juru li hawn triq ohra li nistghu nimbarkaw flimkien. Dawk kollha li huma ta’ twemmin Laburista, dawk li vvutaw lil Lawrence Gonzi fl-ahhar Elezzjoni u qed ihossuhom traduti, dawk li kienu Laburisti u ma baqghux u issa gejjin lura, lil dawk kollha s-soluzzjoni mhijiex li tibqa’ d-dar u ma tivvituax imma li tohrog u tivvota ghall-kandidati kollha tal-PL.

 

Dr Muscat qal li l-klikka li qed tmexxi bhalissa l-PN qeghdin jaghmlu minn kollox biex jergghu jerbhu din l-elezzjoni u sahansitra regghu bdew ihaddmu minn issa x-xibka ta’ spjunagg fejn hawn nies li ressqu lmenti taghhom f’ministeri u issa qed icemplulhom biex jaqduhom lejlet l-elezzjoni. Irridu niftakru kif fit-8 ta’ Marzu 2008 il-PN rebah l-elezzjoni b’maggoranza ta’ ftit nies u li ghamluha minkejja li kulhadd kien qed jghid li se tkun xi rebha facli ghall-PL. Irridu niftakur li kull vot jghodd. Il-PL se jibda minn telfa elettorali u allura hemm bzonn li nikkonvincu lil kulhadd johrog jivvota.


Elezzjoni li tolqot il-hajja ta’ kuljum

 

Il-Mexxej Laburista qal li din hija Elezzjoni li tolqot il-hajja ta’ kuljum ta’ kull wiehed u wahda minnha. Din hija Elezzjoni li tista’ taghmel id-differenza meta kuljum qed nixtru l-affarijiet u naraw li qed nixtru inqas prodotti u nhallsu iktar. Il-prezzijiet qed joghlew ta’ kuljum minghajr kontroll. Ghalhekk il-weghda tal-PL li mill-Unjoni Ewropea u minn Malta naghmlu pressjoni biex issir agenzija tal-konsumatur li tipprotegi l-konusmatur u li tassigura kompetizzjoni gusta.

 

Din hija wkoll elezzjoni li ghandha x’taqsam max-xoghol. Xoghol ta’ kwalita, xoghol ahjar. Mhux xoghol li jpoggi l-haddiema kontra xulxin. Mhux xoghol fejn min ihaddem igieghlek tahdem bhala self-employed biex ma jkollokx drittijiet. Il-Partit Laburista se jahdem ghax-xoghol, xoghol ahjar, xoghol li jhallas tajjeb, xoghol li jaghmilna kompetittivi bhala pajjiz.

 

Dr Muscat qal li wkoll li bhala pajjiz rridu nkunu pajjiz sod kull fejn ikun hemm bzonn u ma nibzghux nieqfu fejn ghandna nieqfu. Hemm bzonn li nkunu sodi mal-politici dwar l-immigrazzjoni.

 

Il-Mexxej Laburista sostna li l-elezzjoni li gejja ghandha x’taqsam ukoll mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma li qed jircievu l-familji Maltin u Ghawdxin bhalissa. Issa qed jghidulna li l-Partit Laburista kellu ragun u li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma l-godda ma jmisshomx dahhlu lura minn Ottubru, imma minn Jannar. Huwa qal li mhux paroli hemm bzonn f’dan il-mument, li kieku vera indunaw li ghamlu zball imisshom ivvutaw mal-PL fil-Parlament dwar il-kontijiet u mhux ivvutaw mill-qalb kontra l-mozzjoni tal-PL.

 

“Issa ghandkom cans tad-deheb li nhar is-Sibt li gej tibghatu messagg u tivvutaw bil-qalb lill-kandidati kollha tal-PL. Vot bil-qalb biex nuru li iva dan il-poplu jemmen li jista’ jisbah jum ahjar. Vot bil-qalb biex lil min irid idahhal hlasijiet fuq is-sahha nghidulu LE is-sahha ghandha tibqa’ b’xejn,” sostna l-Mexxej Laburista.


Sahha bi hlas

 

Dr Muscat qal li wara li hu hareg rapport dwar is-sahha bil-hlas Lawrence Gonzi l-ewwel ma kkonfermax imbaghad kellu jammetti li dak ir-rapport kien diskuss fil-Kabinett Nazzjonalista. Dan meta fl-ahhar Elezzjoni kien tela’ bil-weghda solenni li s-sahha se tibqa’ bi hlas. Jekk dan kien minnu Lawrence Gonzi qatt ma jmissu kkummissjona rapport dwar hlasijiet bis-sahha. Li kieku ma kellu ebda intenzjoni li jdahhal dawn il-hlasijiet allura jmissu ta terms of reference lil min ghamillu r-rapport u jghidlu car u tond li mhemmx hlasijiet fuq is-sahha. Imma Lawrence Gonzi dan qatt ma ghamlu.

 

Joseph Muscat fakkar kif f’pajjizna Lawrence Gonzi qieghed jimponi l-VAT fuq is-sahha, fuq it-tilqim tat-tfal, ta’ l-anzjani, tal-persuni morda.

 

Dr Muscat qal li lanqas ma huwa accettabbli li l-listi ta’ medicini out of stock qeghda dejjem tizdied u jispiccaw persuni jkollhom jixtru l-medicini bi prezz gholi. Dawn il-medicini qed joghlew u sahansitra huma ghola minn pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan mhux accettabbli, sahaq il-Mexxej Laburista.

 

Il-verità hi li Lawrence Gonzi rega’ sar Prim Ministru wara li wieghed kollox lil kulhadd biex issa dawn il-weghdiet kisirhom.

 

“Lawrence Gonzi qarraq bik u bil-familja tieghek. In-nies qed jghiduli, dahku bijja u issa ma rridx nivvota. Jghidulek mghadx fadal tama. Jghidulek din l-elezzjoni ma tistax tbiddel xi haga. Imma nghidilhom iva, tista’ tbiddel, ghandek ghazla, mhux li tibqa’ d-dar imma li tivvota lill-kandidati kollha tal-PL. U jrid ikun mhux sempliciment vot, irid ikun vot mill-qalb tal-poplu Malti u Ghawdxi kollu kemm hu,” qal Joseph Muscat.

 

Il-Mexxej Laburista temm jghid li kbar kemm huma kbar il-problemi ta’ dan il-pajjiz, jemmen li dawn jistghu jinghelbu. Jinghelbu jekk nemmnu, nahdmu biex nirnexxu halli ghada jisbah jum ahjar. Jum ahjar li jigbor koalizzjoni kbira ta’ zghazagh, studenti, pensjonanti, self-employed, haddiema, middle-class, u l-familji kollha.

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME