PL and PSE
 

Joseph Muscat izur il-komunita kummercjali fil-Belt

leadimage

Dalghodu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat ghamel zjara spontanja fil-Belt Valletta fejn iltaqa’ ma' bosta nies u sidien tal-hwienet.  Bhala parti mil-attivitajiet ta' l-ahhar gurnata f'din il-kampanja elettorali ghall-elezzjoniijet tal-Parlament Ewropew, Joseph Muscat sab il-hin izur il-hwienet u n-negozji z-zghar fil-komunità kummercjali tal-Belt Valletta.

 

Akkumpanjat mill-kandidati Laburisti ghall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Joseph Muscat tkellem ma’ dawk kollha li waqqfuh u xtaqu jkellmuh. Diversi kienu dawk is-sidien u impjegati tal-hwienet li ilmentaw ma' Dr Muscat li n-negozju jinsab verament batut b'mod dirett minhabba li qed ikun hawn nuqqas ta' turisti. 

 

Kienu wkoll diversi l-kummenti mis-sidien tal-hwienet fuq il-fatt li l-gvern kien qed jabbihom b'wisq taxxi specjalment bil-kontijiet gholja tad-dawl u l-ilma. Dan il-piz kien qed jgholli hafna l-ispejjez tal-hwienet u ghalhekk qed jkollu effett dirett fuq il-kompetitivita tan-negozji, bil-konsegwenza li kemm il-bejjiegh kif ukoll il-konsumatur jigu affetwati b'mod hazin hafna minhabba l-gholi fil-prezzijiet.

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME