Elezzjoni fiha nnifisha tghaddi izda progett politiku jibqa’, progett li fih il-Partit Laburista qed isawwar storja politika gdida f’pajjizna fejn kulhadd jinghaqad f’koalizzjoni u jibghat messagg qawwi f’dan il-pajjiz.
Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt l-ahhar laqgha Taht it-Tinda bit-tema Direzzjoni Success: Nemmnu Nahdmu Nirnexxu fil-Fgura.
Joseph Muscat sostna li l-valuri li gibduh lejn il-Partit Laburista huma dawk tal-ugwaljanza u l-gustizzja socjali u dejjem irriflettew ruhhom fil-hidma li wettaq il-Partit Laburista tul is-snin.
Dr Muscat qal li dahal fil-politika biex ibiddel dan il-pajjiz u biex jghin lill-poplu Malti u Ghawdxin kollu kemm hu. Huwa qal li f’din il-kampanja elettorali kellna min li l-kelma valuri ried jghamilha xi monopolju tieghu, li huwa biss nofs il-poplu li ghandu l-valuri. Huwa sahaq li dak li gibdu bhala cittadin hieles kienu l-valuri li jhaddan il-Partit Laburista.
Joseph Muscat qal li jemmen li l-gid li jigi mill-ekonomija u biex il-gid ikun sostenibbli l-istat irid johloq xoghol li jaghmel sens ghall-pajjizna u li jghin lill-haddiema javvanzaw ‘il quddiem. Lil dak li sejjer tajjeb, j’alla jimxi aktar ‘il quddiem u li jkollu xoghol ahjar u li jekk jimpjega tnejn min-nies mieghu, j’alla jimpjega 200. Imma l-valuri tal-PL jghidulna wkoll li ghandna nharsu lil min qed jaqa’ lura u lil min mhux qed jinghata l-opportunitajiet li jixirqulu.
Il-Mexxej Laburista fakkar kif gvern laburista tejjeb il-kwalita’ tal-hajja tal-persuni u l-familji. Huwa qal li kien dan il-partit, dan il-moviment li holoq il-middle-class f’pajjizna. Li gholla eluf ta’ haddiema fit-tmeninijiet u taghhom ic-cans ghall-ewwel darba f’hajjithom li mhux biss jaqlawha u jikluwaha izda li jibdew igemmghu xi haga. Ghalihom u ghal uliedhom.
Joseph Muscat qal li filwaqt li jemmen li s-suq hieles irid jibqa’ miexi, jemmen ukoll li ma jistax jghaffeg lin-nies. Jemmen li l-irwol tal-istat huwa dak li jipprotegi lil kulhadd, imma specjalment lil min jaqa’ lura.
Ahna rridu ndahhlu l-ekonomija ta’ veru fejn l-istat jiehu rwol ta’ regolatur. Ahna rridu suq li ghandu ruh go fih, suq li jhoss ghaz-zghir u suq li ihoss ghal middleclass, sostna Dr Muscat.
Huwa qal li kien gvern Laburista ta liz-zghazagh d-dritt li jivvutaw ta’ tmintax-il sena u ta d-dritt tal-vot lin-nisa. Kien il-moviment Laburista li dahhal l-idea tal-maternity leave f’pajjizna sahansitra hafna qabel pajjizi Ewropej ohra. Gvern Laburista fis-sebghinijiet kien qal li spicca z-zmien li kulhadd ihallas lill-haddiem kemm irid, u dahhal il-minimum wage nazzjonali u dak iz-zmien il-minimum wage nazzjonali kienet paga sura li tista’ tlahhaq biha u li permezz taghha tista’ taghti u tibda taghti livell ta’ ghejxien dicenti lil dan il-pajjiz.
Gvern Laburista, qal Joseph Muscat, bena ekonomija soda fi zmien meta hadd ma kien jemmen u waqqaf l-kumpanija nazzjonali tal-ajru l-AirMalta, dahhal il-banek f’pajjizna, u waqqaf it-TeleMalta li llum din il-kumpanija spiccat trid tnehhi mat-350 haddiem minn maghha.
Joseph Muscat sahaq li l-kandidati kollha Laburisti se jkunu qed jahdmu biex ikunu eqreb lejn ic-cittadini Maltin u Ghawdxin u huwa ghalhekk li l-Partit Laburista tkellem dwar l-issues lokali matul din il-kampanja.
Joseph Muscat sostna li elezzjoni fiha nnifisiha tigi u tghaddi, imma progett politiku jibqa’. Ahna nhar is-Sibt, min irid jinghaqad ma’ din l-istorja li flimkien qeghdin insawru, l-istorja politika l-gdida ta’ dan il-pajjiz ghandu jibghat dan is-sinjal li mhux tal-homor jew tal-blu, mhux ta’ fuq jew t’isfel, mhumiex ta’ klassi wahda jew ohra … imma huwa messagg li f’dan il-pajjiz bdiet tinghaqad koalizzjoni gdida ta’ zghazagh, studenti, haddiema, middle-class, self-employed u pensjonanti.
Dr Muscat qal li fuq kollox, il-valur li dejjem gie fuq nett ta’ kollox tal-Partit Laburista huwa li dejjem jghid il-verita’.
Il-Mexxej Laburista qal li jifhem lill-haddiema Tarzna, lill-haddiem tal-GO, tat-taxis u tal-linja ... Jifhem sahansitra li jhossuhom dizilluzi. Imma issa ghandhom ic-cans li kienu qed jistennew. Jekk trid tibghat sinjali li f’dan il-pajjzi se jisbah jum ahjar, possibilitajiet godda ghalik u ghal uliedek allura ghandek tivvota ghal kandidati kollha tal-Partit Laburista nhar is-Sibt li gej.