PL and PSE
 

Irrid niehu messagg minghand kulhadd u jehtieg li nisma lil kulhadd

leadimage

“Irrid niehu messagg minghand kulhadd u jehtieg li nisma lil kulhadd.” Sostna dan il-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta kien qed jindirizza Konferenza ta’ l-Ahbarijiet fic-Centru Nazzjonali Laburista b’reazzjoni ghar-rizultat miksub mill-Partit Laburista fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Il-Mexxej Laburista fakkar kif ir-rizultat tas-Sibt li ghadda tefgha responsabilita’ kbira fuq il-Partit Laburista. “Lesti li ngorru dik ir-responsabilita’ u naqdu lil dawk li ghazlu u m’ghazlux lill-Partit Laburista fl-elezzjonijiet tas-Sibt illi ghadda”, tenna l-Mexxej Laburista.

 “Nemmnu li l-elezzjonijiet jigu u jmorru imma l-progetti politici le. L-elezzjonijiet tas-Sibt li ghadda kienu l-bidu ta’ progett illi weldu Moviment. L-ebda partit politiku ma jista’ jikseb dak ir-rizultat; ghalhekk it-twelid ta’ Moviment u mhux partit”, tenna l-Mexxej Laburista. Il-Mexxej Laburista qal li dan il-Moviment jghaqqad fih nies li minn dejjem ivvutaw Partit Laburista ghal nies li ghazlu l-Partit Laburista ghall-ewwel darba. Il-hidma tal-Partit Laburista, qal Joseph Muscat, issa trid tkompli biex tikkonvinci lil dawk li fis-6 ta’ Gunju m’ghazlux Labour.  

Hawn il-Mexxej Laburista rringrazja lill-votanti kollha li xehtu l-vot taghhom fl-elezzjoni tas-6 ta’ Gunju, kienet x’kienet l-ghazla taghhom. Il-Mexxej Laburista qal li anke l-Partit Laburista ha l-messagg li wassal l-elettorat fl-elezzjoni tas-6 ta’ Gunju, inkluz dawk li ghazlu li ma johorgux jivvutaw. Il-hidma taghna, qal il-Mexxej Laburista, issa trid tiffoka biex tkompli tikkonvonci lil dawk li m’ghazlux Labour sabiex huma ukoll jsibu posthom f’dan il-Moviment.

“Ftahna widnejna u qed nisimghu dak li qed tghidu. Is-sibt li ghadda saret ghazla u l-ghazla hija parti minn process demokratiku. Il-poplu vvota biex jesprimi l-gudizzju tieghu dwar il-mod li bih qed jitmexxew l-affarijiet f’pajjizna bhalissa”, sostna Joseph Muscat. Dwar dan il-Mexxej Laburista qal li bil-gudizzju tieghu l-poplu wera bic-car illi mhux kuntent bl-affarijiet kif mexjin bhalissa. Dan, sostna Dr Muscat, fl-istess hin li nies ohra minkejja li ghazlu l-Partit Nazzjonalista xorta wahda jhossu li l-affarijiet f’pajjizna mhux sejrin tajjeb. “Il-votant wettaq dmiru issa x-xoghol taghna l-politici, huwa li nagixxu fuq dan il-vot”, sostna Dr Muscat.

“B’mod koerenti jehtieg li mmexxu u nimxu ‘l quddiem. Dmiri huwa li nisma lil min ivvota Partit Labrista, Partit Nazzjonalista, Altrenattiva Demokratika jew kwalunkwe Partit Politiku iehor. Irrid niehu messagg minghand kulhadd u jehtieg li nisma lil kulhadd. Komplejna nahdmu u fadlilna hafna x’naghmlu biex intejbu l-kwalita’ tal-hajja tal-familji Maltin u Ghawdxin”, sostna Dr Muscat. Il-Mexxej Laburista fakkar kif id-dmir tal-politiku huwa li jtejjeb il-kwalita’ tal-hajja tal-familji Maltin u Ghawdxin kollha, u mhux jhedda bil-figuri. Fakkar kif fl-ewwel kwart ta’ din is-sena l-ekonomija ta’ pajjizna regghet ckienet bil-konsegwenzi kollha li ahbar bhal din tista’ ggib maghha fuq pajjizna inkluz inqas prospetti ta’ xoghol gdid, theddida tax-xoghol prezenti kif ukoll li l-gholi tal-hajja jkompli jirranka ‘l fuq.

Il-Mexxej Laburista fakkar kif fl-interess Nazzjonali, il-Partit Laburista ghandu l-mandatt u lest jahdem biex jaghmel qabza fil-kwalita tal-hajja tal-familji Maltin u Ghawdxin. “Lesti li nohorgu idejna lil hinn mill-barrieri politici u nahdmu ghal gid ta’ dan il-pajjiz. Dan il-Moviment ma jistax jibqa maghluq izda jrid jikber, lil hinn mill-poplitika li ahna mdorrijin biha bhalissa”, tenna Joseph Muscat.

Ghalhekk il-Mexxej Laburista tenna l-ottimizmu tieghu u appella biex kulhadd ihares ‘l quddiem sabiex ghada jisbah jum ahjar. Fakkar kif fl-elezzjonijiet tas-Sibt li ghadda, il-poplu baghat dan il-messagg. Fuq kollox, qal il-Mexxej Laburista, dan huwa messagg li qed imiss l-gherq ta’ dak li qed ihossu l-familji Maltin u Ghawdxin. Il-Mexxej Laburista fakkar kif dak li qal u ghamel il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni tas-Sibt li ghadda mhu ser jinsih qatt u ghalhekk fuq nett ta’ l-agenda tieghu ser jibqa’ jkun hemm id-difiza tieghu lill-kategoriji differenti tas-socjeta’ taghna. “L-iskop taghna mhux li niehdu l-vot ghaliex il-progett taghna huwa ferm akbar minn hekk. Lesti li noffru s-soluzzjoni ghal problemi kollha li qed niffacjaw”, sostna l-Mexxej Laburista. Il-Mexxej Laburista fakkar kif wara kull vot hemm storja u l-Partit Laburista mhux mill-vot jinteressah izda mill-istorja li hemm wara dak il-vot, tenna Joseph Muscat.

Matul l-istess Konferenza ta’ l-Ahbarijiet, il-Mexxej Laburista radd hajr kemm lill-kandidati eletti, kif ukoll dawk ohrajn li b’tant sagrificju personali taw is-sehem taghhom permezz tal-kandidatura taghhom. Il-Mexxej Laburista rringrazja ukoll lill-grupp Parlamentari, zewg deputati Mexxejja, Amministrazzjoni tal-Partit Laburista u ohrajn.

Il-Mexxej Laburista habbar li nhar il-Hadd li gej il-Partit Laburista ser jiftah il-bibien tac-Centru Nazzjonali Laburista biex jiltaqa ma’ kulhadd u jitkellem ma’  kulhadd, ghaliex huwa fid-dmir tal-Partit Laburista li mac-cittadini Maltin u Ghawdxin ma jiltaqax biss lejliet xi elezzjoni.

Prezenti ghall-Konferenza ta’ l-Ahbarijiet kien hemm iz-zewg Deputati Mexxejja Anglu Farrugia u Toni Abela, il-Kelliem Ewlieni tal-Partit Laburista Dr George Vella kif ukoll Luciano Busuttil. Prezenti ukoll l-4 kandidati eletti f’isem il-Partit Laburista jigifieri Louis Grech, Edward Scicluna, John Attard Montalto u Joseph Cuschieri. 

Isegwi l-Konferenza ta’ l-Ahbarijiet il-Mexxej Laburista stieden lill-kandidati eletti fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ghal-laqgha qasira fl-ufficcju tieghu fic-Centru Nazzjonali Laburista.

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME