Dalghodu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat laqa’ fl-Ufficcju tieghu fic-Centru Nazzjonali Laburista l-Hamrun s-sitt Ewro Deputati eletti f’isem pajjizna fl-elezzjoni tas-Sibt li ghadda. Il-Mexxej Laburista radd hajr lill-Ewro Deputati eletti talli laqghu din l-istedina u appellalhom sabiex flimkien jahdmu ghall-interess ta’ pajjizna.
Il-Mexxej Laburista sahaq li l-Ewro Parlamentari eletti fil-hames snin li gejjin ser ikomplu jibnu fuq l-esperjenza pozittiva li kiseb pajjizna fl-ahhar snin. Huwa appella lill-Ewro Parlamentari Maltin sabiex iwaslu l-messagg fil-gruppi politici taghhom halli fl-interess ta’ pajjizna ma jkunx hemm dewmien bla bzonn dwar is-sitt siggu fil-Parlament Ewropew. Dan, qal Joseph Muscat, wara l-approvazzjoni u imbaghad r-ratifikazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona.
Matul l-istess laqgha tkellmu Simon Busuttil, il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew u Louis Grech, l-Ewro Parlamentari Laburista.
Simon Busuttil radd hajr ta’ l-istedina li ghamel il-Mexxej Laburista. Huwa ferah lill-Partit Laburista tar-rebha li kiseb fl-elezzjoni tas-Sibt illi ghadda, liema elezzjonijiet, qal l-Ewro Parlamentari Nazzjonalista, il-Partit Nazzjonalista ghamel minn kollox biex jirbahom. Qal li l-Ewro Parlamentari eletti f’isem pajjizna, minkejja li dawn ser ikunu qed ipoggu fi gruppi politici differenti, ghandhom jikkoperaw flimkien fl-interess tal-pajjiz. Fost il-mezzi li ghandhom jigu diskussi biex din il-koperazzjoni tisahhah, Simon Busuttil qal li l-Ewro Parlamentari eletti f’isem pajjizna ghandhom jiltaqghu b’mod regolari flimkien. Qal ukoll li fl-interess ta’ pajjiza, ghandu jibda jigi diskuss jekk fuq il-Bord tal-Muesec ikunx hemm rapprezentanza ta’ l-Ewro Parlamentari Maltin.
Louis Grech, min-naha tieghu, qal li l-ghan principali ta’ l-Ewro Parlamentari Maltin huwa li jgibu l-interessi ta’ pajjizna l-ewwel u qabel kolox. Sahaq li ghandu jkun hemm struttura fejn isir kuntatt aktar mal-parlament Malti. Dwar din l-istruttura, Grech qal li l-ispeaker tal-Kamra qed jaqbel. Sahaq ukoll li issa wasal iz-zmien l-Ewro Parlamentari Malti jibda jippartecipaw b’mod shih fil-Kumitati Parlamentari. “Nemmnu li ghandu jkun hemm struttura biex nikkoperaw aktar u ahjar bejnietna”, sostna l-Ewro Parlamentari Laburista Louis Grech.