PL and PSE
 

Il-PL qed igib il-gid nazzjonali fuq quddiem

leadimage

Il-Partit Laburista qed igib il-gid tal-pajjiz fuq quddiem, b’hekk irridu stabbiltà fil-pajjiz, ghandna bzonn gvern sod li jista’ jmexxi ‘l quddiem dak kollu li ghandu bzonn il-pajjiz fi zmien ta’ krizi. Li qed jaghmel Lawrence Gonzi hu li jpoggi bilqieghda u jistenna li l-krizijiet li qed jaffaccja l-pajjiz, il-kabinett tieghu, il-Grupp Parlamentari tieghu u l-PN jghaddu wahedhom.

Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt l-attività Niltaqghu Mieghek – Direzzjoni Success: Nemmnu Nahdmu Nirnexxu fil-Phoenicia Hotel, fil-Floriana.

Il-Mexxej Laburista qal li kien hemm hafna li staqsew x’kien il-punt krucjali li wassal lill-Partit Laburista li jgib rizultat bhal dak li nkiseb fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u Kunsilli Lokali. Dr Muscat qal li kien hemm diversi fatturi imma fost l-iktar krucjali kien hemm l-ghaqda tal-Partit Laburista. Tim wiehed maghqud li warrab id-differenzi tal-passat li firduna u morna ghal Elezzjoni bhala partit maghqud u kumpatt. Huwa rringrazzja lil kull min wassal ghal dan is-success mid-Deputati Mexxejja Anglu Farrugia u Toni Abela, sal-Membri Parlamentari kollha, l-amministrazzjoni tal-partit, il-Kap Ezekuttiv u l-kandidati kollha tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. Dr Muscat irringrazzja b’mod partikolari lit-tmien kandidati ghall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u qal li l-prestazzjoni taghhom kienet wahda meraviljuza u li kollha kemm huma ghandhom bazi elettorali soda ghal hidma fil-Partit Laburista.

Moviment

 

Joseph Muscat sahaq li l-Partit Laburista se jibqa’ l-partit tan-nies u dan huwa l-bazi ta’ dan il-moviment li jhoss dak li jhossu n-nies u li jkun maghhom. Moviment ghall-haddiema u l-middle-class li qed ihossu l-incertezza fuq il-post tax-xoghol, lis-self-employed li qed jaghmlu gid kbir b’xoghlhom u jhaddmu n-nies imma li jispiccaw isibu l-kont tad-dawl u l-ilma ma wicchom. Ghall-istudenti li forsi huma fost ta’ l-ewwel li qed jidhlu l-MCAST, il-Junior College jew l-università, kif ukoll ghal dak iz-zaghzugh haddiem li jahdem bla heda u anke l-pensjonanti li hadmu tul is-snin u hallsu t-taxxi bit-tama li fl-età tal-pensjoni jinghataw lura ftit mill-gid li taw lill-pajjiz.

Dan il-moviment iheggeg ukoll l-ugwaljanza bejn in-nies u l-irgiel u jheggeg il-partecipazzjoni tan-nisa fis-socjetà. Moviment li jrid jara li persuni b’dizabiltà ma jigux trattati bil-karità imma jinghataw drittijiet. Moviment li jigbor fih lill-ambjentalisti li jemmnu li l-ambjent huwa ghodda importanti ghal sahhitna. Jigbor fih ukoll lil Ghawdxin li ghall-ewwel darba f’hamsin sena vvutaw fil-maggoranza taghhom lill-PL, ghax nemmnu bhalhom li Ghawdex mghandux jitqies bhala mazzra m’ghonq Malta imma bhala mutur ekonomiku ghall-pajjizna.

Irridu naghmlu mod kif dan il-moviment ikun wiehed permanenti fejn minn issa ‘l quddiem il-poplu ghandu ghazla cara bejn il-partit tal-bierah u l-moviment tal-lum.


Il-PL mhux se jidhak bin-nies li semma

 

Dr Muscat semma wkoll lil dawk il-gruppi kollha ta’ interess li ssemmew waqt il-kampanja elettorali u qal li l-Partit Laburista se jibqa’ qribhom u se jibqa’ jsemmihom sakem jinstabu s-soluzzjonijiet. Il-haddiema tat-tarzna, is-sidien u l-haddiema tat-trasport pubbliku, nurses, health assistants, tobba, ghalliema, haddiema tal-GO u haddiema ohra li qed ibatu minn incertezza fuq il-post tax-xoghol. Se nkomplu nitkellmu ma’ kull settur u nitkellmu f’isimikom biex naraw li naslu ghal soluzzjonijiet. Zgur li l-Partit Laburista mhux se jidhak b’dawn is-setturi, sahaq Joseph Muscat.

Il-Mexxej Laburista qal li diga’ jidher li l-gvern telaq fuq diskors bl-iskuzi tas-soltu li se jisimghu minghand il-poplu, biex issa diga’ qed jaghmlu bil-kontra u jipprovaw iwahhlu f’xulxin. Ghandna Prim Ministru li ma jridx jisma x’qed jghidlu l-poplu. Nhar is-Sibt li ghadda fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew il-poplu werzaq f’widnejn Lawence Gonzi u xorta ma jridx jisma. Diga’ bdejna bl-iskuzi u l-hmar iwahhal f’denbu ghat-telfa elettorali li garrbu.

Issa, qal Dr Muscat, inbdiet litanija ta’ sejhiet jghidulna, aghtuna s-soluzzjonijiet intom. Mela l-ewwel ghamlu l-frejjeg huma u issa jigu ghas-soluzzjonijiet minghand il-Partit Laburista. Madankollu kif ghamilna fl-ahhar budget, nibqghu naghtu s-soluzzjonijiet, kif fuq kollox sar fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Dak-in-nhar tajnikhom idejna ghall-ghajnuna u warrabtuha.Imma ahna mhux se nissuppervjaw u kif ghamila fl-ahhar budget se nibqghu noffru s-soluzzjonijiet ghax ahna naqbzu ghall-poplu f’kull hin u f’kull mument.

Lawrence Gonzi bilqieghda jistenna l-krizi tghaddi

 

Joseph Muscat sostna li Lawrence Gonzi mhuwiex jinduna li l-gvern tieghu qed jaqa’ bicciet. Lawrence Gonzi jinsab fi krizi fejn qed jitlef anke l-appogg ta’ min kien qed jibni fuqu. Qed jitlef l-appogg anke ta’ min kien warajh sa ftit ilu. U dan ghandu riperkussjonijiet ghall-pajjiz. Ahna rridu l-gid tal-pajjiz. Irridu stabbilta’. Gvern sod li jista’ jmexxi ‘l quddiem dak li ghandu bzonn il-pajjiz. Ghalhekk ma jistax ikun li Lawrence Gonzi ipoggi bil-qieghda u jhalli l-krizi internazzjonali tghaddi, il-krizi fil-kabinett tghaddi, il-krizi fil-Grupp Parlamentari tieghu tghaddi, l-istess kif qed jaghmel biex tghaddi l-krizi interna fil-PN.

Dr Muscat qal li Lawrence Gonzi jinsab bilqieghda ma jaghmel xejn biex itaffi l-impatt tal-krizi internazzjonali. Huwa semma kif f’dawn l-ahhar jiem kellna statistika mill-aktar inkwetanti. Dik li fl-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena – il-gid nazzjonali ckien. Fil-fatt il-gid li jinqasam bejn il-poplu kollu naqas b’rata ta’ 3%.

Is-soluzzjoni ta’ Lawrence Gonzi kienet is-skiet u li jinghad li dak li kellna naghmlu biex intaffu dan in-nuqqas ghamilnih fil-budget u issa se jkollna nistennew 5 xhur ohra biex niehdu azzjoni. Kieku dak li gara f’pajjizna gara f’pajjiz iehor kieku kienu jitlaqqghu l-imsiehba socjali u dawk kollha involuti u jaraw kif flimkien kulhadd icedi bicca ghall-gid tal-pajjiz.

Joseph Muscat qal li l-mod kif qed jitmexxa l-Gvern huwa biss is-sintomu li l-affarijiet mhux qed jahdmu. Ghandna Prim Ministru li tilef il-kontroll u jekk inharsu sew lejn dawn il-figuri tal-gid nazzjonali nindunaw li l-ekonomija naqset b’aktar minn 3%.

Fil-fatt insibu li fil-gid nazzjonali, il-Gvern qal li permezz ta’ l-iskemi ta’ l-irtirar tal-haddiema tat-Tarzna ta’ €14-il-miljun qed jinghaddu mal-gid li holoq il-gvern fl-ekonomija. Hadd ma jemmen, lanqas il-haddiema nfushom, li dik is-somma tfisser li qed jinholoq il-gid fl-ekonomija.

Dr Muscat qal li jekk dawn l-€14-il miljun jitnehhew mill-figura tal-gid nazzjonali, insibu li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena l-gid nazzjonali jkun naqas b’4.6%, li huwa livell rekord ta’ tnaqqis li Malta qatt lahqet fl-istorja ricenti ekonomika. U b’dan kollu qed jigri f’pajjizna l-gvern qed jibqa’ ma jaghmel xejn.

Joseph Muscat qal li dan kollu jaffetwa ghax dak ifisser li t-tfal taghna se jsibuha aktar difficli biex isibu xoghol, tal-hwienet iridu jgibu l-ispejjez li qed jizdiedu, il-prezzijiet ikomplu joghlew, min jixtri jsib li kuljum il-prodotti qed joghlew u allura tigi affetwata l-livell ta’ ghejxien tal-familja u l-pajjiz kollu.

Il-Mexxej Laburista qal li f’dan kollu jidher li d-deficit mhuwiex sejjer biex jipprotegi x-xoghol imma biex jaghmel tajjeb ghall-hela u l-isparpaljar tal-gvern. Madankollu meta gejna quddiem il-barranin rajna li nigbdu habel wiehed ghall-gid tal-pajjiz u fil-laqgha mal-Kummissarju tax-Xoghol Spidla l-pozizzjoni tal-PL kienet li ma jistax ikun li fi zmien ta’ krizi l-KE toqghod tigri wara l-gvernijiet dwar id-deficit. Ir-risposta ta’ Spidla kienet li l-pozizzjoni tal-KE hija qrib hafna tal-pozizzjoni tal-PL, imma l-KE trid tara li d-deficit jintuza ghall-affarijiet it-tajba. U dan naqblu mieghu, qal Dr Muscat.

Imma, qal il-Mexxej Laburista, meta ghandna krizi internazzjonali u minflok rajna kif insolvu l-problemi li din iggib maghha, Lawrence Gonzi kkummissjona rapport dwar hlas fuq is-sahha. Min-naha l-ohra, ir-rapport kien jikkummissjoni l-Partit Laburista kien ikun fuq kif se titnehha l-korruzzjoni mid-Dipartiment tal-VAT.

Is-soluzzjoni ta’ Lawrence Gonzi imma hija li jiehu t-triq il-facli u jiehu minn fuq il-poplu. It-triq tal-PL hija iktar difficli imma thares li taqta’ l-hela li ma jehilx biha l-poplu.

Prezzijiet ta’ hxejjex u frott

 

Dr Muscat qal li l-Partit Laburista jinteressawh in-nies u hekk se jibqa’ jaghmel, jitkellem il-lingwa taghhom u jhoss maghhom. Huwa sostna li jinsab ixxukkjat bil-mod ikredibbli kif zdiedu l-prezzijiet fuq il-hxejjex u l-frott, kif ukoll il-prezzijiet tal-majjal u tat-tigieg.

Min-naha l-ohra tiltaqa’ mal-bdiewa u min irabbi l-majjali u t-tigieg u xorta jghidulek li ma jistghux ilahhqu. Allura x’qed jigri, fejn qed imorru l-flus la min qed jixtri qed jara l-prezz jizdied u min qed ibiegh mhux ilahhaq? Staqsa Dr Muscat.

Il-Mexxej Laburista sostna li l-Gvernatur tal-Bank Centrali tkellem dwar dan u qal minkejja li ma giex irrapportat kemm suppost. Il-Gvernatur qal li dan qed jigri minhabba li hemm xi haga li qed tahdem hazing li hu sejjah bhala market imperfections.

Is-soluzzjoni tal-PL, sostna Muscat, hij li titwaqqaf minnufih agenzija ghall-protezzjoni tal-konsumatur biex tara li l-prezzijiet ikunu gusti. Agenzija li tahdem bl-istess mod kif hadmet l-agenzija ghall-qalba ghall-Ewro.

 

Rizultat tal-Kunsilli Lokali

 

Joseph Muscat heggeg lil kulhadd ixammar il-kmiem u jkomplu jahdem ghax fadal hafna xoghol x’isir u l-pajjiz ma jaffordjax li jinhela z-zmien. Ma nistghux nistennew li fl-ahhar tliet xhur naqdu lin-nies, nhabbtu l-bibien, naraw x’ghandhom bzonn. Ix-xoghol irid jibqa’ ghaddej. Irridu nibqghu qrib in-nies mil-lum stess. Ma nistghux nieqfu ma nistghux nistriehu, sahaq il-Mexxej Laburista.

Dr Muscat qal li r-rizultat tal-bierah tal-Kunsill Lokali, minkejja t-turnout gholi ghal rawnd li jxaqleb lejn il-PN, huwa rizultat u rebha konvincenti ohra. Dan ir-rizultat jikkonferma li l-moviment li beda jingabar madwar il-Partit Laburista. Dan isahhah dak li qed ghedna li dan il-moviment jigbor fih dawk li dejjem ivvutaw PL u anke lil dawk li vvutaw PL ghall-ewwel darba.

Irridu nisimghu u nifhmu u jien lest li niehu l-messagg, qal Joseph Muscat. Niehu l-messagg ta’ min ivvota fil-kunsilli lokali u anke ta’ min ma vvotax. Niehu s-sinjal ta’ lokalitajiet fejn zidna l-maggoranza u se nisimghu hafna hemmhekk ukoll. Imma se nisimgha aktar minn qabel lic-cittadini fejn tlifna l-maggoranzi li ksibna tliet snin ilu. Se naraw u nanalizzaw dan  minghajr ma nduru mal-lewza u nahdmu fuq in-nuqqasijiet li setghu hargu. Huwa semma wkoll b’mod inkoragganti r-rizultat li kisbet il-minoranza Laburista f’Birkirkara li issa hija minoranza qawwija hafna.

Dr Muscat qal li l-messaggi rridu nisimghuhom minn issa u mhux ftit xhur qabel l-elezzjoni biex jergghu jintuzaw makni bhall-Mepa lejliet l-elezzjoni. Huwa qal li kaz partikolari huwa dak tal-Bahrija fejn huwa tal-misthija kif sfregju fil-Wied tal-Bahrija jithalla ghaddej u jinhareg il-permess filwaqt li min qed jistenna biex jinhariglu permess zghir jithalla snin jistenna. Huwa qal li l-mistoqsijiet qed ikomplu jizdiedu meta jkollok ufficjal pubbliku li jiehu l-ilmenti tal-pubbliku mal-MEPA u dan ikun mal-perspex tal-PN fil-counting hall.

Lawrence Gonzi mhuwiex qed jaghti kaz tal-messagg tan-nies li s-Sibt li ghadda werzqulu f’widnejh u minflok qed ihalli l-Gvern tieghu jaqa’ bicciet.

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME