Fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tas-6 ta’ Gunju il-poplu tana sinjal car biex inkunu qrib in-nies. Il-messagg li qed jiehu l-Partit Laburista huwa pozittiv u se naraw li meta jkollna l-ghazla bejn il-burokrazija u n-nies ingibu dejjem fuq quddiem lin-nies fil-hidma taghna fil-lokalitajiet.
Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet dwar ir-rizultat pozittiv li kiseb il-Partit Laburista fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta’ Gunju 2009.
Dr Muscat qal li l-messagg ghall-PL huwa pozittiv u l-PL se jkun qed jaghti kas dak li johrog mir-rizultat fil-lokalitajiet kollha kemm huma. Huwa qal li fir-rawnd ta’ elezzjonijiet ta’ din is-sena, id-distakk bejn iz-zewg partiti zdied b’1560 vot f’termini reali filwaqt li l-persentagg baqa’ fil-livell ta’ dak li hareg mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li kien ta’ 55 fil-mija ghall-PL.
Joseph Muscat sahaq li l-PL huwa lest li jisma’ lil dawk kollha li dejjem ivvutaw lill-PL, lil dawk li vvutaw l-ewwel darba lill-PL imma anke lil dawk li vvutaw PN, AD u anke lil dawk li ghazlu li ma jivvutawx.
Il-kunsilli lokali huma mod kif il-lokalitajiet jinghqdu u mhux jinfirdu. Fil-lokalitajiet kollha ghandna ninsew il-politika partiggjana u nahdmu biex nimxu flimkien favur is-socjetà u l-lokalita li fiha nkunu qed nahdmu, sahaq Dr Muscat.
Dr Muscat sahaq li huwa ta’ pjacir ghall-PL li jiehu l-messagg li baghtu n-nies ta’ l-Imsida, Sannat, l-Gharb, u Birkirkara. Kif ukoll il-PL se jkun qed jiehu nota tal-messagg li baghtu n-nies ta’ San Gwann, tal-Pietà u ta’ l-Imtarfa. L-impenn tal-PL se jkun li jerga’ jersaq lejn il-poplu f’dawn il-lokalitajiet ukoll u li niehdu l-lezzjonijiet minn din l-esperjenza. Semma wkoll il-lokalità ta’ l-Imgarr li ghall-ewwel darba l-PL irnexxielu jikseb 2 kunsillieri u rringrazzja wkoll lin-nies ta’ Haz Zabbar li taw lill-PL 7 kwoti meta kellu 6 kandidati.
Il-Mexxej Laburista tkellem dwar l-irwol taz-zghazagh fil-Partit Laburista u qal li terz tal-kunsillieri li telghu f’isem il-PL huma zghazagh filwaqt li gew eletti 67% tal-kandidati zghazagh li hargu f’isem il-PL. Huwa qal li l-poplu qed jghabbi lil dawn iz-zghazagh b’responsabbiltajiet anke fit-tmexxija tal-lokal taghhom fejn. Fil-fatt fl-Imsida gie elett Sindku gdid zaghzugh. Fis-Sannat ghandna Sindku gdid zaghzugh li kien l-izghar sindku elett f’dan ir-rawnd. Fil-Fgura rega gie konfermat Sindku zaghzugh. F’Bormla ghandna vici-sindku gdida mara u zaghzugha. Fil-Kalkara ghandna vici-sindku gdid zaghzugh, f’Hal-Lija minority leader zaghzugh, fl-Mgarr minority leader zaghzugh u fin-Naxxar minority leader zaghzugh iehor. Dr Muscat qal ukoll li fost il-kandidati eletti f’isem il-PL hemm kwart minnhom li huma nisa.
Dan ifisser li hemm caqliqa favur il-moviment progressiv li qed jibni l-PL.
Dr Muscat qal li jidher car li Lawrence Gonzi ma tghallem xejn mir-rizultati elettorali tas-6 Gunju fejn qed jiehu dawn l-elezzjonijiet qishom kwazi xi rebha elettorali. Dan huwa hazin hafna ghall-pajjiz ghax il-poplu ghandu bzonn Prim Ministru li jisma’ l-messagg li qed jibghat l-elettorat.
Il-Mexxej Laburista qal li b’dan ir-rizultat il-Partit Laburista ghandu responsabbiltà kbira hafna x’igorr, anke minhabba t-turnout gholja ta’ votanti.
Dr Muscat qal li fit-tim tal-PL ghall-Kunsilli Lokali kien hemm kandidati minn kull oqsma tal-hajja, minn pensjonanti sa zghazagh, nisa ta’ karriera u nisa tad-dar, professjonisti, haddiema ta’ l-id u studenti. Dan juri kif il-koalizzjoni li qed jigbor warajh l-moviment gdid f’dan il-pajjiz hija reali, temm jghid il-Mexxej Laburista.