L-Enemalta kellha rapport li nhareg fl-2006 dwar il-pjan ta’ generazzjoni ta’ l-elettriku ghaz-zmien 2006-2013 (EneMalta’s Generation Plan 2006-2013) li kien jghid li jekk mhux se jsir investiment mehtieg l-Enemalta mhux se tlahhaq mad-domanda li se jkun hemm bzonn sas-sajf ta’ l-2009. Bejn l-2006 u l-2009 il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi ma ghamel ebda investiment serju ghall-energija f’pajjizna u b’hekk gara li mar id-dawl il-gimgha l-ohra.
Dan zvelah il-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt l-attività Niltaqghu Mieghek, gewwa Ghawdex. Waqt il-laqgha tkellmu wkoll l-Ewro Parlamentari Laburisti eletti f’isem il-Partit Laburista Louis Grech, Edward Scicluna, John Attard Montalto u Joseph Cuschieri.
Dr Muscat qal li r-rapport Generation Plan 2006-2013 kien diga’ qed iwissi lill-Gvern bil-possibiltà li l-Enemalta ma jkollix spare capacity. Dan qed iqanqal suspett serju li hemm zewg ragunijiet ghall-kontijiet gholja tad-dawl u l-ilma. L-ewwel raguni biex jigbor il-flus ghall-inefficjenzi u l-hela tal-gvern. It-tieni raguni hija li peres li ma sarx l-investiment fl-Enemalta, l-Enemalta ma tistax tlahhaq mad-domanda u ghalhekk qed jigi skoraggit l-uzu.
Il-Mexxej Laburista qal ukoll li jixtieq ikun jaf jekk l-Enemalta hix se taghti xi tip ta’ beneficcju lill-konsumaturi, familji u negozji li tilfu eluf ta’ ewro u qaghdu ghal skumditajiet kbar minhabba l-qtugh ta’ dawl.
Imma ahna m’ahniex biss il-partit tal-kritika, qal Dr Muscat, ahna l-partit tas-soluzzjonijiet ukoll. Il-kwistjoni tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma trid tigi indirizzata.
Huwa qal li l-kontijiet tad-dawl dahlu dahlu sforz l-inkompetenza tal-Gvern. Matul il-kampanja elettorali Austin Gatt kienet harbitlu kelma, u qal li s-surcharge li dahhal il-gvern ta’ Lawrence Gonzi kienet ekwivalenti ghal 185%. Dan huwa ezatt kif kien qed jghid il-Partit Laburista sa mill-bidu. Imbaghad qal li mhux 185% ried jghid imma 125%.
Madankollu nafu li l-kalkoli li ghamilna ahna huma precizi. Jekk xejn huwa l-Gvern li mhux preciz fil-kalkoli tieghu.
Il-Mexxej Laburista fakkar kif fil-Parlament il-Ministru Austin Gatt kien qal li fl-2008 il-gvern hareg 135 miljun ewro biex jissussidja l-kontijiet. Izda jekk wiehed jiehu s-somma globali ta' dak li pprezentat l-Enemalta fir-rapport annwali taghha u dak li hareg minn statistika tal-NSO l-ammont huwa ta' €62 miljun ewro anqas minn dak iddikjarat mill-ministru Austin Gatt
Joseph Muscat qal li jekk naqbdu t-€37 miljun tal-2007 u nghoddu maghhom t-36 miljun ewro tal-2008, b'kollox is-sussidji tal-gvern ghas- sena li ghaddiet kienu 72 miljun ewro. Hawnhekk Austin Gatt mar zmerc €62 miljun.
Issa qed idawru l-loghba fuq il-garanziji, qal Dr Muscat. Il-garanzija li naghtu, qal Joseph Muscat, hi li kieku nkunu fil-gvern illum ma konniex nghollu l-prezzijiet tad-dawl u l-ilma kif gholew taht Lawrence Gonzi.
Joseph Muscat sfida lil Lawrence Gonzi jaghti garanzija hu li jkun xi jkun il-prezz taz-zejt il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma jergghux joghlew sa l-ahhar tas-sena.
Il-Mexxej Laburista qal li lest li jaghti garanzija ohra; li meta jkun hemm Gvern Laburista se jkollna u jibqa’ jkollna u nergghu nsostnu stat socjali b’sahhtu. Naraw li bil-pensjoni tghix hajja tajba, edukazzjoni tibqa’ b’xejn tassew, is-sahha tibqa’ b’xejn b’garanzija.
Gholi tal-hajja
Joseph Muscat qal li l-prezzijiet f’Malta baqghu joghlew u ahna l-iktar pajjiz fiz-zona ewro li qed joghlew il-prezzijiet.
Huwa qal li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed jitfghu pressjoni kbira u qed jikkontribwixxu biex il-prezzijiet joghlew.
Tezisti problema fil-prezz ta’ l-ikel f’liema settur qed jigri xi haga li min hu responsabbli mhux qed jiehu azzjoni dwarha. Huwa semma kif il-haxix u l-frott ta’ Malta qed jinbieghu bi prezzijiet gholja hafna. Dr Muscat qal li jiltaqa’ mal-bdiewa, u jghidu li l-ispejjez gholew, li l-burokrazija zdiedet, il-problemi fit-temp, biex imbaghad meta niehdu l-biegha taghna bil-kemm qed infenduha.
Bl-istess mod min irabbi l-majjali u c-canga qed jghidu li ma jafux kif se jkomplu ghaddejjin u ma nghatawx sussidju. Imbaghad ghall-mara tad-dar il-prezzijiet dejjem joghlew. Xi haga stramba qed jigri, dak li l-Gvernatur tal-Bank Centrali qed isejjah market imperfections.
F’certu oqsma l-prezzijiet zdiedu aktar minn nofs. U Lawrence Gonzi mhu qed jaghmel. Id-dmir tal-gvern huwa li jqum u jintervjeni. Kif, per ezempju l-Gvern ghandu jiehu hsieb sew dwar il-prezzijiet ta’ certu tip ta’ servizzi. Huwa semma sitwazzjoni fejn qed jitgerbeb kollox ma’ kollox u tar-restoranti qed isibuha iktar gholja bniex jixtru l-ikel li se jservu, qed jircievu kontijiet ghola u allura l-prezzijiet joghlew tar-restorant joghla. Imbaghad minn fuq il-PM iwahhal f’tar-restoranti ghall-gholi tal-hajja, sahaq Joseph Muscat.
Il-Mexxej Laburista qal ukoll li bhalissa l-ekonomija qed tiffaccja daqqa kbira minhabba it-turizmu, daqqa li mhux bilfors hija tort tal-gvern. Min qed jinvesti l-miljuni qed jghidu wkoll li l-affarijiet mhux se jmorru ghall-ahjar u allura qed jitolbu lill-Gvern jaghmel xi haga. U s-soluzzjoni tal-gvern x’kienet? Li jipposponi b’erba’ xhur it-taxxa l-gdida ta’ 50 centenzmu fuq kull turist. L-inqas haga li l-operaturi turistici kienu qed jistennew huwa li l-gvern jghid dik it-taxxa ma tidholx, ghax mhuwiex il-waqt li jizdiedu t-taxxi. U fuq kollox, min jifhem fis-settur jaf li l-prezzijiet ta’ l-ewwel erba’ xhur tas-sena d-diehla u r-rati ghas-sena d-diehla huma diga’ lesti.
Progett tal-poplu
Joseph Muscat sahaq li Lawrence Gonzi tilef il-kontroll, mhux biss tal-pajjiz, mhux biss tal-partit tieghu u tal-Grupp Parlamentari tieghu, imma issa anke tal-kabinett.
Il-Mexxej Laburista qa li l-bzonn tal-bidla qed inhossuha u nghixuha, mhux biss nitkellmu dwarha. Dan il-moviment li qed nibnu mhuwiex progett tal-PL biss imma huwa progett tal-poplu Malti u Ghawdxi kollu.
Ghax kif tista’ tispjega li l-iktar regjun konservattiv f’Malta vvutat ghal forza progressive bhal ma hu l-PL li qed imexxi dan il-moviment. U din il-hegga jistghu jippruvaw ixekkluha u jhedduha imma ma jistghux iwaqqfuha u se twassal ghal xi haga kbira.
Dr Muscat qal li huwa sahaq kemm il-darba li s-6 ta’ Gunju ma kenitx biss dwar Elezzjoni, imma dwar progett politiku, progett li bdejna flimkien u li se jbiddel il-wicc ta’ kif issir il-politika f’pajjizna. Se taghti dik il-bixra gdida, dak il-wicc gdid lill-politika li dan il-pajjiz tant jixtieq. Mhux il-politika tal-ahmar u tal-blu imma politika ta’ min jemmen li l-pajjiz jehtieg qawmien ekonomika u socjali.
Il-politika tal-moviment tal-lum u ta’ ghada hija kompletament differenti. Ma nistghux inkunu gvern li naraw il-krizi gejja, imma ghax nemmen li din il-krizi se tilhaq tghaddi sa l-elezzjoni allura nhalluha tghaddi.
Solidarjetà ma’ Charlon Gouder
Il-Mexxej Laburista wassal is-solidarjetà shiha tieghu ma’ Charlon Gouder u l-familja tieghu ghall-attakk kodard li sofra. Dr Muscat sahaq li ma nistghux nigu f’punt fejn is-sahha tal-ponn tiehu r-riedni fuq is-sahha tar-raguni u tal-mohh. Huwa sostna bil-qawwa kollha li ghall-PL il-vjolenza gejja minn fejn gejja ma hija qatt gustifikabbli u qatt ma hi se tkun tollerata.
Bl-istess mod huwa kundabbli t-theddid li ghaddej bhalissa fuq dawk kollha li taw appogg lill-moviment progressive, nies li gejjin minn familji nazzjonalisti, nies li qatt ma ghaddielhom minn mohhhom jivvutaw PL u nies li qed jitkellmu fil-miftuh kif ghandhom dritt. Dawn qed isofru zeblih u theddid fil-maghluq u fil-miftuh. Jghidulhom li jekk qed tara li l-Partit Nazzjonalista m’ghadux il-partit li jirrapprezentak fil-Gvern u qed tara li l-Partit Laburista jista’ jkun ahjar, allura tersaqx ghall-kuntratti tal-gvern, tersaqx aktar ghal konsulenza u mur itlobhom lill-PL. Dan it-tib ta’ theddid mhuwiex gustifikat fil-moviment tal-lum u ta’ ghada, ghax huwa stil tal-politika tal-partit tal-passat.
Lil min jaghmel dan it-tip ta’ theddid infakkarhom li l-flus pubblici mhumiex flus tal-PN imma tal-pajjiz Malti u Ghawdxi u kull persuna ghandha dritt issemma lehinha u tibqa’ tahdem ghall-pajjiz, sostna Dr Muscat.
Il-Mexxej Laburista sahaq li l-ghandu jispicca z-zmien fejn il-haddiem jitpogga kontra l-industrijalist, fejn iz-zghazagh jitpoggew kontra l-pensjonant, fejn il-mara tad-dar titpogga kontra l-mara li tahdem. Ghandha tkompli tinghaqad din il-koalizzjoni fejn nifhmu u nemmnu li l-interessi taghna huma taghna lkoll u mhux ta’ naha jew ta’ ohra.
Iffaccjat b’sitwazzjoni fejn il-gvern qed jaqa’ bicciet, dan il-moviment qed jaghti t-tama. Ghalina mhux il-vot taghkom huwa importanti, imma l-hsieb taghkom. Inheggeg lil kull min irid jinghaqad fi hdan dan il-moviment biex jaghmel kuntatt maghna, ejjew zuruna, ghidulna biex nigu nzurukom. Ahna rridu nsiru nafukom ghax dan mhux moviment mhuwiex se jinghaqad biss ghal zmien ta’ Elezzjoni u jisfaxxa, dan il-moviment jibqa’ u jikber anke wara Elezzjoni generali li anke dik tkun biss il-punt tat-tluq, mhux tal-wasla, pass iehor lejn ix-xoghol kbir li jrid isir fil-pajjiz.