PL and PSE
 

Joseph Muscat jipprezenta 23 proposta konkreta dwar l-Gholi tal-Hajja

leadimage

Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u Mexxej tal-Partit Laburista pprezenta 23 proposta konkreta dwar il-problema ta’ l-gholi tal-hajja waqt Konferenza Nazzjonali dwar l-Gholi tal-Hajja, li kienet organizzata mill-Partit Laburista.

Il-Gvern permezz tal-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment, awtoritajiet governattivi, shab socjali, rapprezentanti tal-Knisja u l-pubbliku taw sehem f’din il-Konferenza Nazzjonali, l-ewwel tax-xorta taghha organizzata minn partit politiku.

Joseph Muscat sahaq li l-irwol tal-Oppozizzjoni ma tistax tkun li sempliciment tikkritika izda irridu naghtu proposti.

B’hekk Joseph Muscat ipprezenta 23 proposta mnebbha minn rapport li hareg il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) dwar Malta, din il-gimgha.

1.      L-ewwel proposta hija li jsiru l-isforzi kollha li hemm bzonn biex jinholoq xoghol, xoghol produttiv u xoghol etiku. Ir-rwol tal-Istat huwa li jinvesti permezz ta’ nefqa kapitali mahsuba u mmirata. Id-deficit rekord li l-Gvern tella’ bhalissa mhux gej minn dan it-tip ta’ investiment – li fil-fatt naqas – izda min nefqa rikorrenti, fost l-ohrajn ghal nefqiet li l-Gvern ikkommetta ruhu ghalihom matul is-sena li ghaddiet. F’dan ir-rigward, il-Gvern ghandu jimpenja ruhu aktar biex jaghmel uzu ahjar mill-fondi ta l-Unjoni Ewropeja li ghandha dritt ghalihom Malta. Dwar dan, anki il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), fir-rapport li ppubblika din il-gimgha, qal car u tond li: “the authorities should act swiftly to remove bottlenecks that have so far held back EU fund absorption”. 

 

2.      Huwa essenzjali li biex il-Gvern ma jkollux aktar pressjoni biex izid id-dhul tieghu permezz ta’ taxxi godda – li izidu l-gholi tal-hajja, irid jara li jikkontrolla n-nefqiet tieghu. Fuq kollox, irid jara li ma jidholx fi ftehim mhux sostenibbli li l-uniku ghan taghhom huwa elettorali, li jara li izomm ma’ miri finanzjarji realistici, li jimbarka fuq progetti kapitali ppjanati sewwa u li verament ihallu value-added ghall-pajjiz, u li jara li dawn isiru bla hela u fil-hin.

 

3.      Il-Gvern jimporta prodotti u servizzi huwa stess. Dawn jinbieghu lill-pubbliku b’modi differenti. Huwa ghalhekk krucjali li jkun hemm trasparenza shiha, jitnaqqsu l-inefficjenzi, titwaqqaf il-burokrazija zejda u tigi miggielda n-negligenza biex ikun zgurat li l-konsumaturi ma jkollhomx ihallsu ghal dawn l-inefficjenzi.

 

4.      Il-Gvern ghandu jassigura li kull riforma li jwettaq ma twassalx ghal zieda fil-prezzijiet. Il-liberalizazzjoni fiha nnifisha hija ghodda u mhux ghan – a means not an end. Il-liberalizzazzjoni ghandha twassal ghal aktar kompetizzjoni u ghalhekk prezzijiet ahjar ghal konsumaturi. F’ dak li rajna sa issa fir-riforma tat-trasport, dan ma sehhx. Sempliciment f’settur zghir bhal dak tat-trasport tal-mejtin, wara l-liberalizzazzjoni ta’ sena ilu, il-prezzijiet gholew u mhux rahsu. Wiehed ghalhekk jinkoragixxi lill-Gvern li jara li fir-riforma fit-trasport pubbliku ma nigux f’ sitwazzjoni fejn sidien u haddiema jitilfu xogholhom, kollox jinbela minn erbgha min-nies, u l-konsumatur ikollu jhallas aktar.

 

5.      Similarment, il-Gvern ghandu jkun ta’ ezempju. Niehdu r-riforma fil-Ligi tal-Kera. Bhala Oppozizzjoni hdimna mal-Gvern u wasalna fi ftehim. Issa nistennew li l-Gvern jaghti sinjal li ma jridx li r-riforma twassal ghal gholi bla razan fil-prezzijiet. Dan jista’ jaghmlu billi jkun hu li jagixxi b’ kuxjenza, specjalment f’dan il-perjodu, meta jigi biex jiddeciedi l-kirjiet godda ghall-postijiet li jikri hu stess, specjalment fil-housing socjali.

 

6.      Il-korruzzjoni hija taxxa ohra fuq il-haddiema, middle class, self-employed, studenti u pensjonanti. Il-korruzzjoni tgholli l-prezz tal-prodotti u servizzi tal-Gvern. Ghalhekk, li tigi indirizzata l-korruzzjoni f’livelli differenti mhijiex biss decizjoni etika. Attitudni bhal din ikollha effett pozittiv ghax tnaqqas il-hlasijiet li jkollhom jaghtu n-negozji u ghalhekk il-pressjoni fuq il-prezzijiet.

 

7.      Ghandna nikkunsidraw bis-serjeta’ t-tnaqqis tat-taxxa mhux biss fuq l-individwi izda ukoll fuq in-negozji sabiex tirrifletti l-valur mizjud u l-impjiegi. Li wiehed inaqqas il-pressjoni fiskali ifisser li tizdied il-kompetittività filwaqt li tnaqqas il-pressjoni ghal zieda fil-prezzijiet u tinkoragixxi lin-negozji biex ma jghollux il-prezzijiet.

 

8.      Nahdmu biex jigu eliminati il-monopolji jew kwazi-monopolji u tiddahhal kompetizzjoni bis-serjetà. Jekk wiehed ihares lejn is-Settur Pubbliku, jara kif matul l-ahhar 40 sena imxejna minn pozizzjoni fejn interessi barranin kellhom f’idejhom assi stategici Nazzjonali ghal sitwazzjoni fejn dawn gew nazzjonalizzati filwaqt li gew mahluqa kumpaniji godda tal-Istat biex jipprovdu servizzi li sa qabel ma kienux jezistu. Fl-ahhar snin, Gvernijiet sussegwenti immarkaw fi process ta’ divestiment minn dawn l-assi permezz ta’ forma jew ohra ta’ privatizzazzjoni. Bhala Partit Laburista naraw zewg punti ewlenin fis-sitwazzjoni li qed tizviluppa. L-ewwel nett, il-privatizzazzjoni wahedha ma ggibx liberalizzazzjoni, u wisq inqas kompetizzjoni. Fil-fatt, hlief f’eccezzjonijiet notevoli bhat-telekomunikazzjoni, il-bejgh ta’ assi pubblici wassal biex minflok monopolju Pubbliku ghandna monopolju privat. Is-servizzi, meta jitjiebu, jitjiebu marginalment, is-sitwazzjoni tal-haddiema ma titjiebx, filwaqt li l-privat jirnexxielu jaghsar aktar profitti mill-ekonomija u l-bwiet tal-familji u n-negozji permezz ta’ prezzijiet oghla u tariffi godda. Dan kollu iwassalni ghat-tieni punt, jigifieri li ninsab konvint aktar minn qatt qabel li assi strategici bhall-Air Malta ghandhom jibqghu f’idejn l-Istat ghax fuqhom tiddependi l-ekonomija taghna. Issa, qabel ma’ xi hadd jghid li qed nargumenta kontra s-sehem tal-privat fl-ekonomija, tajjeb li nibdew nifmhu f’dan il-pajjiz id-differenza bejn privatizzazzjoni, liberalizzazzjoni u kompetizzjoni. F’Malta kellna hafna privatizzazzjoni izda ftit liberalizzazzjoni, u wisq anqas kompetizzjoni. Hija bil-kompetizzjoni, u kompetizzjoni ta’ vera li ma thallix ftehim bejn il-ftit, li l-konsumatur jista’ verament ikollu ghodda kontra z-zieda fil-prezzijiet. Ghalhekk din hija proposta centrali ghalina: li nimxu ghal liberalizzazzjoni mahsuba li twassal ghal kompetizzjoni bil-fatti.

 

9.      Ghal kompetizzjoni li tahdem ghandna bzonn regolaturi li jahdmu. Ikolli nistqarr li wiehed mill-ftit dizappunti ta’ din il-Konferenza Nazzjonali hija n-nuqqas ta’ ghadd ta’ regolaturi, b’ mod specjali tal-Awtorità Maltija ghar-Rizorsi (MRA) li regghet ghazlet li tkompli tghix fl-anonimat kwazi komplet minkejja li taf li d-decizjonijiet li hadet huma fost l-aktar kontroversjali u li hallew effett fuq il-prezzijiet. Dan ir-regolatur tilef cans kwazi uniku li jispjega l-pozizzjoni tieghu. Madankollu, ma rridx nitfa’ lil kulhadd fl-istess keffa. Hemm regolaturi li qed jahdmu hafna minkejja li s-setturi taghhom huma difficli. L-Awtorità Maltija ghall-Komunikazzjoni (MCA) hija ezempju ta’ dan, minkejja li mhux bilfors naqbel mad-decizjonijiet kollha taghha. F’ekonomija moderna, ir-regolatur ghandu u se jkollu funzjoni krucjali. Ir-regolatur mhux timbru. Irridu nharrgu aktar persuni f’dan il-qasam pjuttost gdid u l-Università ghandha thares lejn dan il-bzonn tal-ekonomiji kollha, specjalment dawk emergenti. Ir-regolaturi huma krucjali ghall-konsumatur biex jigu zgurati prezzijiet realistici u kompetizzjoni gusta. Ghalhekk, ir-regolaturi, fosthom dawk responsabbli mill-Kompetizzjoni u Kummerc Gust, ghandhom jinghataw ir-rizorsi necessarji biex jiehdu passi prattici u fil-hin.

 

10.  F’pubblikazzjoni ta’ din il-gimgha li diga’ rreferejt ghaliha, il-Eurostat wera ukoll li matul it-tieni nofs tal-2008, meta wiehed jeskludi t-taxxi, il-familji Maltin u Ghawdxin kienu qed ihallsu l-hames l-oghla kontijiet tad-dawl fl-Unjoni Ewropea filwaqt li n-negozji kienu qed ihallsu t-tieni l-oghla kontijiet. Dan huwa effett dirett ta’ kemm qed inhallsu flus ghaz-zejt. Huwa car li pajjizi ohra, anki dawk zghar, qed ihallsu inqas minna ghaz-zejt. Jghidu x’ jghidu l-politici u l-burokrati, il-Maltin u l-Ghawdxin ma jistghux jifhmu kif kienu jhallsu kontijiet gholja meta l-prezz taz-zejt kien gholi, u kellhom ihallsu kontijiet sahansitra oghla meta l-prezz taz-zejt rahas. Tant kemm intqalu verzjonijiet differenti u nghataw numri differenti li kulhadd ghandu jammetti li n-nuqqas ta’ trasparenza hija evidenti. Dan sahansitra qalitu wkoll l-IMF fir-rapport li ppubblikat din il-gimgha fejn stqarret li hemm bzonn ta’ trasparenza u prevedibbilità fl-aggustament tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Ghalhekk ghandha tiddahhal trasparenza f’dan il-qasam, permezz ta’ kontroll effettiv tar-regolatur, biex b’hekk titnaqqas l-incertezza u titnaqqas il-pressjoni fuq il-prezzijiet.

 

11.  Fil-pubblikazzjoni tieghu, il-Eurostat idahhal fil-kalkolu wkoll il-pagi u jghid li meta wiehed iqis kemm idahhlu l-Maltin u l-Ghawdxin, dawn fil-fatt huma t-tielet l-aktar li jhallsu ghall-energija fl-Unjoni Ewropea. M’hemmx dubju li din l-istatistika li harget propju din il-gimgha tikkonferma kemm il-familji Maltin u Ghawdxin ghaddejjin minn tbatijiet u zminijiet ferm difficli. Fi studji u pozizzjonijiet li l-Partit Laburista beda jippubblika sa mis-sena li ghaddiet urejna minghajr l-icken dubju li s-surcharge li l-familji u n-negozji qed jigu mgeghla jhallsu hija oghla minn kemm jista’ jigi gustifikat mill-prezz taz-zejt. Hemm bzonn li titnaqqas din l-incertezza. Nifhmu li punt li qed iwassal biex ghadd ta’ negozji jiddeciedu li jghollu l-prezzijiet huwa sabiex jaghmel tajjeb ghal zjidiet fil-kontijiet tad-dawl u ilma, kif ukoll fil-prezz tal-petrol u diesel li jkunu qed jistennew matul din is-sena. Dan tal-ahhar huwa kaz iehor fejn tezisti liberalizzazzjoni, jista’ jkollna privatizzazzjoni, izda m’ghandniex kompetizzjoni. Fl-istess hin, din l-istennija ghall-kontijiet oghla u spejjez oghla qed twassal biex il-konsumaturi joqghodu lura min-nefqiet li mdorrijin jaghmlu, b’mod li l-ekonomija qed tkompli tnaqqas mir-ritmu taghha. Ghalhekk qed nipproponu li fil-budget li gej il-Gvern jerfa’ r-responsabbiltà tieghu u jiddikjara x’inhuma l-kontijiet massimi tad-dawl u ilma, kif ukoll il-prezzijiet massimi ta’ petrol u diesel li se jkun qed jittollera u li fuqhom se jkun qed jintervjeni matul is-sena d-diehla. Dan filwaqt li ntennu li l-livelli prezenti diga’ huma gholja zzejjed. F’sitwazzjoni fejn l-interventi statali f’ghadd ta’ pajjizi huma aktar minn ovvji, il-Gvern ikun gustifikat li jimponi pubblikament dan is-“ceiling”, specjalment fuq kumpanija bhall-Enemalta li hija propjetà tieghu. Naturalment, ghandha tkun mizmuma l-flessibiltà f’kaz ta’ flutwazzjoni konsistenti u persistent.

 

12.  Proposta li torbot ma’ din hija dik li ghandha x’taqsam ma’ taxxi – ikun x’ikun l-isem li jigi maghzul ghalihom, jekk hux tariffi, spejjez, “administration fees” – dawn huma taxxi imposti mill-Gvern. Dawn mhux qed jithabbru fil-budget izda n-negozji u l-konsumaturi qed isibuhom ma’ wicchom meta jmorru japplikaw ghal xi licenzja, permess jew imqar servizz baziku. Nipproponu li l-Gvern jimpenja ruhu li fiz-zmien ta’ ricessjoni jiffriza dawn it-taxxi kollha ghal-livell tas-sena 2009. B’ hekk, in-negozji u konsumaturi ikunu certi li mhux se jsibu ma’ wicchom aktar spejjez min-naha tal-Gvern ghall-inqas matul is-sena d-diehla. Dan ikollu effett pozittiv, kemm dirett u indirett, fuq l-gholi tal-hajja.

 

13.  Il-Gvern ghandu jirrispetta l-obbligazzjonijiet tieghu ghall-hlasijiet. Is-sitwazzjoni fejn il-Gvern qed ikaxkar saqajh hafna zmien biex ihallas negozji li jixtri minghandhom prodotti u servizzi, per ezempju l-medicini, iwassal minnu nniffsu ghal pressjoni fuq il-prezzijiet. Dan ghaliex b’mod kwazi instintiv, in-negozji jinternalizzaw dan id-dewmien li jfisser spejjez zejda ghalihom, fost l-ohrajn ghax ikollhom jissellfu biex jaghmlu tajjeb ghall-flus li jkollhom jiehdu minghand il-Gvern. Iz-zieda fl-ispejjez tfisser zieda fil-prezzijiet. Ghalhekk, ir-rispett tat-termini tal-pagamenti min-naha tal-Gvern inaqqas il-pressjoni fuq il-prezzijiet li jkollhom ihallsu l-konsumaturi.

 

14.  Wiehed mill-oqsma fejn qed tigri xi haga stramba u li ma tantx tista’ tigi spjegata malajr huwa dak tal-frott u hxejjex friski. Bid-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, dan is-suq gie liberalizzat. It-teorija ekonomika tghidlek li meta dan isir, allura l-prezzijiet jistabilizzaw u fil-fatt jonqsu. Bosta bdiewa u rahhala qed jghidu kif bl-ispejjez dejjem joghlew bilkemm qed jigbru haqq l-isforz li jaghmlu ta’ kuljum fil-qilla tax-xemx u l-elementi ghal prodotti taghhom. Dan huwa kaz car fejn il-prezz tal-fuel u tal-kontijiet qed izid il-prezzijiet anki f’dan il-qasam. Izda ma nahsibx li din l-ispjegazzjoni wahedha hija bizzejjed. Dan ghaliex jekk il-bdiewa qed jigbru prezz baxx tal-prodotti taghhom, anki ghax jafu li ghandhom kompetizzjoni qawwija mill-prodotti ta’ barra, suppost li l-familji qed igawdu minn prezzijiet orhos. Minflok izda l-familji jghidulek kemm gholew il-prezzijiet tal-hxejjex u l-frott. Allura jekk il-bidwi qed jigbor prezz baxx u jekk hawn kompetizzjoni minn prodotti ta’ barra, ghaliex kif jikkonferma l-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika, il-prezzijiet splodew f’ certu kazijiet b’ 70% f’ sena wahda? It-twegiba diplomatika hija dik tal-Gvernatur tal-Bank Centrali li qal li jezistu “market imperfections”. Fi kliem iehor, sakemm il-prodott jitlaq minghand il-bidwi sakemm jasal ghand il-familja qed jigri xi haga. Huwa car li hemm bzonn il-kuragg li tigi kunsidrata riforma tas-suq tal-hxejjex u l-frott, sabiex jitnehhew prattici kwazi monopolistici, jigi zgurat li prodotti ta’ barra mhux qed jinbieghu bhala prodotti ta’ Malta, u jitharsu fuq kollox l-interessi tal-konsumaturi u tal-bdiewa.

 

15.  Hemm bzonn li minghajr aktar dewmien titwaqqaf l-Agenzija Nazzjonali ghall-Harsien tal-Konsumaturi fuq l-istess mudell li hadem tajjeb tal-Kumitat Nazzjonali ghal Qalba ghall-Ewro (NECC). Bi pjacir ninnota li wara li giet imwarrba, din il-proposta issa qed tigi appoggjata ukoll mill-Gvern. Nittama li ma nhallux aktar zmien jghaddi u din l-Agenzija tant bzonnjuza ma tibqax vittma ta’ turf war bejn entitajiet differenti li qed izommu milli jkun hemm ir-rieda u l-impetus li titwettaq. Xoghol l-Agenzija ghandu jkun li hekk kif gara fil-kaz tal-NECC tara li ma jkunx hemm zidiet mhux gustifikati fil-prezzijiet, kif ukoll tkun lesta li tirrapporta u tipprocedi quddiem l-entitajiet kompetenti kontra prattici monopolistic u ta’ kartels fil-kaz ta’ agenti li jiftehmu bejniethom biex jghollu jew izommu prezzijiet gholja. Din l-Agenzija m’ghandhiex ikollha biss rwol statutorju, izda ghandha tkun l-istituzzjoni “champion” tal-konsumaturi.

 

16.  Bl-istess mod li sar bil-ftehim ta’ qabel id-dahla tal-Ewro, l-Agenzija Nazzjonali ghal Harsien tal-Konsumaturi ghandha tfittex li tinkoragixxi ftehim fejn importaturi, agenti u produtturi jintrabtu fuq livelli ta’ prezzijiet ghal zminijiet definiti. Dan il-ftehim ikun jista’ jiggedded u l-Agenzija tintrabat li taghti pubblicita’ lil dawk in-negozji li volontarjament jintrabtu li jiehdu sehem f’ dan il-ftehim, bl-istess mod li sar qabel il-qalba ghall-Ewro.

 

17.  Hemm bzonn li tinghata attenzjoni specjali lill-medicini u prodotti relatati mas-sahha. Il-Gvern diga’ ghandu l-ghodda biex jagixxi permezz ta’ Kumitat li waqqaf bejnu, l-agenti u l-ispizjara. Wara bidu tajjeb, dan il-Kumitat ma baqax jopera. Dan mhux aktar accettabbli. Il-Kumitat ghandu jerga’ jibda jiltaqa’ u mbaghad jigi ntegrat fi hdan l-Agenzija ghall-Harsien tal-Konsumaturi meta din titwaqqaf. F’dan il-kuntest tajjeb li ntenni l-pozizzjoni tal-Partit Laburista li ma nistghux naqblu ma’ l-introduzzjoni ta’ hlas ghas-sahha.

 

18.  Bhala parti minn din il-kampanja ghandha titnieda website li fiha ikun hemm ir-“Recommended Retail Price” tal-prodotti kollha ikel u medicini fis-suq Malti, kif ukoll prodotti ohra selezzjonati. Din id-database ghandha tigi aggornata kull xahar jew skont il-bzonn u sservi bhala ghodda ewlenija kontra abbuzi fil-prezzijiet.

 

19.  Permezz tal-istess struttura, ghandha titwaqqaf linja ta’ Informazzjoni li sservi biex il-konsumaturi – u anki negozji zghar – jinghataw u jaghtu informazzjoni.

 

20.  L-Agenzija ghall-Harsien tal-Konsumaturi ghandha timbarka fuq paraguni bejn il-prezzijiet ta’ prodotti fis-suq Ewropew u s-suq Malti u tagixxi fejn issib differenzi mhux gustifikati fil-prezzijiet.

 

21.  Nipproponu li bl-istess mod kif saret kampanja ta’ informazzjoni effettiva fi zmien il-qalba ghall-Ewro, issir kampanja li tghin lill-konsumaturi kif ukoll lin-negozji jaghmlu l-ahjar ghazliet li jwasslu biex jiffrankaw il-flus u jnaqqsu mill-pressjoni fuq il-prezzijiet.

 

22.  Is-sitwazzjoni li ninsabu ghaddejjin minnha ghandha tittiehed bhala opportunita’ ghal kompetittivita’ sew fl-immedjat kif ukoll fit-tul. Bhalissa ghandna window of opportunity fil-qasam tal-VAT fejn l-Unjoni Ewropea qed taghtina l-opportunità li nnaqqsu l-VAT fuq servizzi labour-intensive, fosthom ir-restoranti. Din hija opportunita’ biex nistimulaw l-ekonomija lokali, innaqqsu l-prezzijiet u nzidu l-kompetittività permezz ta’ tnaqqis tal-VAT. Ghalhekk qed nipproponu li l-Gvern jikkunsidra dan it-taqqis filwaqt li jorbot lir-restoranti, permezz tal-Agenzija tal-Harsien tal-Konsumaturi, li t-tnaqqis fit-taxxa ikun mghoddi lill-konsumaturi permezz ta’ tnaqqis fil-prezzijiet. Bi pjacir ninnota li l-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) taqbel ma’ din il-proposta u ghalhekk nappellaw lill-Gvern li ma jharisx lejn dan il-qasam bhala kwistjoni ta’ dhul u hrug, izda bil-kuragg li jaghti incentiv lill-ekonomija.

 

23.  Fit-tul, issa huwa l-mument li ninvestu f’ dik l-infrastruttura sew umana sew materjali li tippermettielna – f’perspettiva li tmur lil hinn mill-perspettiva elettorali ta’ legislatura wahda – li nizviluppaw b’ tali mod li l-kompetittività ta’ Malta tkun tiddependi dejjem anqas fuq il-kompetizzjoni internazzjonali biex nkunu l-irhas, u dejjem aktar fuq il-kompetizzjoni internazzjonali biex nesportaw prodotti u servizzi (inkluz turizmu) li jinxtraw ghax ikunu ta’ kwalita’ gholja u innovattiva. Dan l-izvilupp itaffi l-effett ta’ l-gholi tal-hajja fuq il-kompetittività.

 

Joseph Muscat fakkar kif f’punt 16 tar-rapport taghha, id-delegazzjoni tal-IMF qalet li “The causes of persistent inflation have to be rapidly tackled. Inflation currently stands at 4 percent, substantially higher than in the rest of the euro area. While the lagged pass-through of oil prices to domestic energy prices accounts for part of the differential, food price inflation has remained high. The competition authority needs to adopt a more proactive stance, expeditiously addressing any monopolistic behavior in the wholesale and retail markets, while the regulated segments of the markets should be liberalized. Adequate capacities and institutional independence should be granted to the competition authority.”

Dr Muscat qal li l-Partit Laburista ressaq 23 proposta konkreta li huma l-qafas ta’ proposti ohra li jistghu johorgu minnhom u l-vizjoni ta’ azzjoni konkreta li nemmnu li ghandha titwettaq. Proposti li qed isiru minghajr il-biza li jkun hemm min jikkupjahom. Anzi niehdu pjacir jekk dawn jitwettqu illum qabel ghada ghal gid tal-poplu Malti u Ghawdxi. Dik hija l-vizjoni taghna li lesti li noffru fl-interess Nazzjonali, sostna Dr Muscat.

Dr Muscat qal li kien hemm proposti u punti ohra ta’ diskussjoni li ma kienx hemm cans jigu diskussi, fosthom hemm l-ispejjez tal-port – fejn ukoll saret privatizzazzjoni izda l-prezzijiet ma rahsux – kif ukoll is- “supply” u l-prezzijiet tal-propjetà kummercjali u industrijali, li ghandhom effett dirett fuq il-prezzijiet lill-konsumaturi.

 

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME