PL and PSE
 

L-gholi tal-hajja jolqot lil kulhadd

leadimage

B’ din il-Konferenza Nazzjonali jidher li giet abbandunata l-idea li ilha prevalenti ghall-ahhar snin f’ pajjizna li hadd ma jista’ jaghmel xejn dwar il-prezzijiet dejjem jizdiedu, u li din hija sempliciment parti mill-hajja li ghandha naccettaw minghajr lanqas biss naghmlu mistoqsijiet dwarha. L-gholi tal-hajja jaffettwa hafna lil min hu fqir u huwa fid-dover taghna li niddefendu lil din il-kategorija, madankollu, illum aktar minn qatt qabel qed jintlaqtu kategoriji ohra.

 

Dan sostnih il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt il-Konferenza Nazzjonali dwar l-Gholi tal-Hajja organizzata mill-Partit Laburista bis-sehem tal-Gvern, shab socjali, rapprezentanti tal-Knisja u l-pubbliku.

 

Matul id-diskussjoni tressqu zewg prezentazzjonijiet teknici, l-ewwel minn Professur Joseph Falzon, Kap tad-Dipartiment tal-Banking u l-Finanzi kif ukoll minn Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi. Indirizza din il-Konferenza Nazzjonali l-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech li kellu l-opportunità jwiegeb anke ghall-interventi li saru.

 

Dr Muscat tkellem dwar kif l-gholi tal-hajja qed tolqot bosta persuni fosthom hemm borderline cases, persuni li ghal ftit Ewro ma jkunux jikkwalifikaw ghall-ebda ghajnuna u li dawn hafna drabi dawn ma jikkwalifikawx mhux minhabba li jkun tjieb il-livell tal-ghixien taghhom. Ironikament, ikunu qabzu il-linja minhabba l-ftit ghajnuna li jtihom l-Istat.  Fil-kaz taghhom, iz-zalza tigi oghla mill-huta, qal Dr Muscat.

 

Izda barra minn dawn hemm ukoll il-middle class, li ghall-ewwel darba f’hafna snin qed ihossu il-pressjoni tal-prezzijiet b’ mod qawwi.  Dawn il-persuni ihossu li huma qed ikollhom igorru l-akbar piz, li huma l-aktar target facli tal-Gvern meta jigi biex izid it-taxxi, u li qeghdin jispiccaw dejjem “between a rock and a hard place”. Nemmen li dawn in-nies li tant jahdmu biex itejjbu l-livell tal-ghixien tal-familja taghhom, haqqhom ahjar, sostna l-Mexxej Laburista.

 

L-inflazzjoni u x-xoghol

 

Joseph Muscat qal li l-gholi tal-hajja huwa fatt f’kull ekonomija, specjalment wahda miftuha u essenzjalment liberalizzata bhal dik Maltija. Mhux bilfors li l-inflazzjoni tkun sinjal ikrah ghall-ekonomija.  Fil-fatt, kull student li ghandu idea bazika ta’ ekonomija jaf jghidlek li perjodi twal ta’ prezzijiet dejjem jaqghu – maghrufa bhala deflazzjoni – tista’ twassal ghal incertezza u stagnar ekonomiku daqs perjodi twal ta’ prezzijiet dejjem joghlew.  Dan ghaliex fiz-zewg cirkustanzi, l-ekonomija tidhol f’cirku vizzjuz.

 

Dr Muscat qal li l-problema l-kbira li qed jiffaccja pajjizna bhalissa mhix sempliciment l-gholi tal-hajja wahedha.  Il-problema vera hija li l-prezzijiet qed joghlew ferm aktar milli qed joghlew il-pagi u l-pensjonijiet filwaqt li l-ekonomija qed tistagna.  Fi zmien ta’ ricessjoni, wahda mill-ftit konsolazzjonijiet s-soltu tkun li l-inflazzjoni titbaxxa.  Il-prezzijiet ma jibqghux joghlew tant bil-goff jew sahansitra jibdew jorhsu ghax ma jkunx hemm bejgh. Izda f’ din ir-ricessjoni li ghaddejjin minnha bhalissa bhala pajjiz, il-prezzijiet qed joghlew aktar, il-pagi mhux qed iservu u x-xoghol qed jiskarsa.  Teknikament din hija sitwazzjoni li jghidulha “stagflation”, wahda mill-aghar cirkostanzi li nistghu nkunu fihom bhala ekonomija.

 

Joseph Muscat fakkar kif daqs 15-il sena ilu, l-ex Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien lissen dikjarazzjoni li: “Jekk hemm bzonn joghlew il-prezzijiet, ha joghlew il-prezzijiet.  Basta jkun hemm ix-xoghol.”

 

Fi frazi wahda, qal il-Mexxej Laburista, huwa qabad dak li kienu u ghadhom ihossu hafna membri ta’ din is-socjeta’ biezla.  Nies li aktar milli kemm huma l-prezzijiet, jinteressahom jekk jistghux ilahhqu maghhom.

 

Dr Muscat qal li llum, il-prezzijiet qed joghlew izda xoghol gdid mhux qed jinholoq.  U l-pagi tax-xoghol li hawn m’humiex bizzejjed biex ilahhqu mal-prezzijiet. Ikun hemm min ghalhekk jikkonkludi bhal frazi li semmejt, jigifieri li x-xoghol huwa l-kura ghall-gholi tal-hajja.  Jekk thares mill-ghajnejn purament ta’ ekonomista, tista’ tkun tezi li taghmel sens.  Jekk thares mill-ghajnejn ta’ politiku li jimmira minn elezzjoni ghall-ohra u mhux x’ jaghmel sens ghal dan il-pajjiz aktar fit-tul, jista’ jkun li jaghmel sens.

 

Izda jekk irridu naghtu lill-haddiema, middle class, studenti, pensjonanti u self-employed dak li jixraqilhom, jigifieri kwalita’ ta’ hajja ahjar b’ mod sostenibbli, ma nistghux nirragunaw hekk, qal il-Mexxej Laburista.

 

Dr Muscat qal li l-holqien tax-xoghol huwa parti mis-soluzzjoni izda mhux is-soluzzjoni wahdanija.  Fil-verità, ma tezistix soluzzjoni wahdanija.

 

Joseph Muscat qal li kien hawn l-idea, u forsi ghad hawn l-idea, f’ pajjizna li barra li ma tista’ taghmel xejn dwar iz-zjieda fil-prezzijiet, ma hemm ghalfejn taghmel xejn. Dan ghaliex il-Maltija u l-Malti meta jaraw li ma jistghux ilahhqu se jaraw kif jaghmlu biex izommu l-livell tal-ghixien li draw bih.  L-idea hi li dawn se jaraw kif jaghmlu aktar overtime.  Jaraw kif jidhlu ghal xi part-time, sabiex lil uliedhom ma jkun jonqoshom xejn.  Sabiex jibqghu ghaddejjin bil-hlasijiet tal-loan fuq id-dar filwaqt li jippruvaw jimlewha kif dejjem xtaqu.

 

Strategija bhal din tahdem meta l-affarijiet ikunu sejrin tajjeb.  Insomma, tahdem skond kif thares lejha, qal il-Mexxej Laburista.

 

Dr Muscat qal li s-sitwazzjoni qed tispicca tali li biex ilahhqu l-omm u l-missier, il-mara u r-ragel, l-gharusa u l-gharus, is-shab li jghixu flimkien, jispiccaw jaraw lil xulxin biss tard bil-lejl, bilkemm jiltaqghu fi tmiem il-gimgha, bl-ulied ikunu dejjem aktar ghand in-nanniet milli maghhom. Huwa staqsa x’tip ta’ hajja hija din, minkejja li tal-inqas ikunu qed ilahhqu.

 

Huwa sostna li mbaghad l-affarijiet verament imorru ghall-aghar meta r-rota ekonomika ma tibqax iddur.  Meta l-overtime jonqos imbaghad jispicca.  Meta min ikun qed jaghtik ix-xoghol part-time jibda jaghfsek aktar ghax hu ma jkollux bejgh u jrid jara kif se jnaqqas l-ispejjez.  Meta jghidlek li ghal kull ghadma hawn mitt kelb.  Meta anki dak il-part-time jispicca ghax min ihaddem ma jiflahx izommok aktar mieghu.  Meta x-xoghol tieghek jispicca fil-periklu.  U meta l-fatt li siehbek spicca bla xoghol ifisser li se jonfoq anqas u li dan it-tnaqqis fl-infieq tieghu se jipperikola l-post tax-xoghol tieghek.

 

Dr Muscat qal li din hija katina wahda. Ahna lkoll – haddiema, middle class, self-employed, studenti u pensjonanti – katina wahda u kif jghinad, “a chain is strong as its weakest link”.  Ghalhekk irrid jimpurtana minn dawk li qed jaqghu lura, ghax meta jaqghu lura huma, naqghu lura ahna ukoll.

 

Il-Mexxej Laburista qal li fl-ahhar snin, il-haddiema, middle-class u self-employed, kienu qed jahdmu.  Kienu qed jaghmlu dan biex isostnu l-livell tal-ghixien li draw bih, jippruvaw itejjbuh, u forsi igemmghu ghall-gejjieni. Bhalissa, dawn l-istess haddiema, middle class u self employed – tal-inqas dawk li ghad ghandhom post tax-xoghol – qed jahdmu aktar biex jaqilghu anqas. U meta jmorru jaghmlu x-xirja ghall-affarijiet ta’ kuljum qed ihossu li l-paga m’ ghadhiex isservihom. Wara li l-bank jiehu sehemu ghal- “loan” tal-maisonette, dar jew appartament, u l-loan tal-karozza, mhux qed jifdlilhom bizzejjed flus ghall-bzonnijiet ta’ kuljum, qal Dr Muscat. 

 

Huwa sostna li wara li jircievu l-kont tad-dawl u ta’ l-ilma, iridu jnaqqru minn gewwa – jekk ikollhom minn fejn – biex jaraw li uliedhom jibqghu mexjin fl-edukazzjoni, li l-genituri taghhom ikollhom kura tas-sahha fil-hin, biex jippruvaw jiehdu il-ftit mistrieh li jixraqilhom. Is-soluzzjoni li kienu draw biha fl-ahhar snin kienet li meta jsibu problemi bhal dawn, jaraw kif jaghmlu u jahdmu aktar.  Izda issa xoghol ma hawnx.

 

U qed isibu ma’ wicchom prezzijiet li qed joghlew aktar mill-pagi.

 

Dr Muscat sostna li f’dan il-kuntest il-holqien tax-xoghol huwa krucjali.  Izda wahdu mhux bizzejjed.   Irridu naraw li t-tip ta’ xoghol li noholqu ikun qed jaghti d-dinjita’ lil bniedem u jaghti c-cans ghal bilanc bejn xoghol u hajja.  Il-bniedem ma jistax jitqies bhala magna.  Jinstema bhala ghan ambizzjuz hafna fi zmien ta’ ricessjoni.  Izda huma fi zminijiet bhal dawn li rridu nippjanaw.

 

Il-Mexxej Laburista qal li dawn huma l-ideali li jemmen li Malta ghandha thaddan fl-Ewropa.  Meta nitkellmu dwar valuri, hafna drabi nispiccaw nitkellmu dwar il-familja, ir-rwol centrali taghha, u kemm Malta trid turi kemm hija importanti l-funzjoni tal-familja.


Familja b’ sahhitha ma tinbeniex wahedha.  Jekk tara l-problemi li ghandhom hafna mill-familji tal-lum, issib li hafna minnhom gejjin mill-pressjonijiet finanzjarji, ta’ xoghol u ta’ prezzijiet, li imbaghad ibeghdu lil membri tal-familji minn xulxin, sahaq Dr Muscat.

 

Huwa qal li ghandna nkomplu nahdmu biex noholqu x-xoghol u nargumentaw favur xoghol etiku u xoghol ahjar.  U fil-fora Ewropej ghandna nghidu car u tond li mhux sewwa li jitnaqqru d-drittijiet tal-haddiema sempliciment biex nikkompetu ma’ pajjizi li ma jirrispettawx id-drittijiet tal-haddiema, li jisfruttaw lit-tfal, li jhaddmu lin-nies ghal 18 -il siegha kuljum, li ma jharsux ir-regoli ambjentali – u li jiswew il-flus – taghna l-Ewropej.

 

Dawn huma l-valuri li rridu nkunu lesti li nitkellmu dwarhom u mhux inbaxxu rasna ghas-sahha tas-suq bla razan, li mbaghad kif rajna fl-ahhar xhur jispicca jigi jitkarrab ghand l-Istat u t-taxpayer meta l-affarijiet jahirbulu mill-kontroll.  U hemm ukoll, jispiccaw ibatu z-zghar u tan-nofs, qal Joseph Muscat.

 

Sostna li ssib minn jghidlek li huwa permezz ta’ dawn it-tip ta’ prodotti li l-konsumaturi qed isibu certu prodotti bi prezzijiet li jistghu jlahhqu aktar maghhom.  Imma dan huwa argument ta’ min mhux qed ihares fit-tul.  Fil-verita’, irridu nirrezistu milli nkomplu nidhlu aktar f’ dan ic-cirku vizzjuz.  Izda llum dan irridu naghmluh fil-forum Ewropew u mhux wahedna minhabba r-regoli internazzjonali li gustament jorbtuna.

 

Joseph Muscat qal li l-ghan taghna ghat-tul m’ ghandux ikun li l-prezzijiet ma joghlewx, izda li meta dawn joghlew, joghlew b’ mod gustifikat u mhux b’ abbuz, u li l-pagi ikunu bizzejjed biex il-haddiema u l-middle class tlahhaq maghhom.  Hawnhekk, il-Gvern ghandu rwol importanti li jara li ma jkunx hu stess li jzid il-pressjoni permezz ta’ “government-induced costs”.

 

Huwa sahaq li hawnhekk jista’ jkollok min jahseb li allura s-soluzzjoni ta’ kollox hija li tgholli l-pagi kemm tiflah.

 

Dr Muscat qal li din tidher sabiha izda mhix is-soluzzjoni. Meta sitt snin ilu Dr George Vella kien qal hekk – jigifieri li sempliciment tgholli l-pagi mhux soluzzjoni – kienet spiccat soundbite ohra famuza.  Izda fir-realtà, kulhadd jaf li ma nistghux sempliciment naqbdu u nistampaw il-flus. Inkunu qeghdin “pricing ourselves out of the market”.  Inkunu qed naghmlu lilna nfusna tant gholjin bhala post tal-investiment, li hadd ma jikkunsidrana bis-serjetà.

 

Iz-zieda ghall-gholi tal-hajja

 

Dwar iz-zieda fl-gholi tal-hajja Dr Muscat qal li kulhadd qed jaghmel sagrificcji f’ dawn il-mumenti.  Qed jaghmel sagrificcji min investa u forsi bhalissa mhux qed jaqla jew qed jitlef il-flus.  Qed jissaporti u mhux qed ikecci, jew mhux qed ikecci daqs kemm qed jinghata parir biex jaghmel, ghax jemmen fil-haddiema Maltin u Ghawdxin.

 

Huwa qal li qed jissapportu wkoll il-haddiema li lesti imorru fuq sighat imnaqqsa u jbiddlu l-funzjonijiet taghhom sabiex jippruvaw isalvaw il-postijiet tax-xoghol ta’ shabhom.  Qed jifhmu li ma jistghux jaghfsu lil kumpaniji fejn jahdmu aktar  minn tant ghax is-sitwazzjoni mhix tajba.

 

Dr Muscat qal li l-argument dwar iz-zieda ghall-gholi tal-hajja iqum prattikament qabel kull budget u ghadda biex spjega l-pozizzjoni tal-Partit Laburista. 

 

Il-Mexxej Laburista qal li l-pozizzjoni tal-PL mhix ankrata f’ dogma ideologika ta’ prekoncetti, jew fil-biza’ li tigi kkritikat jekk tipproponi bidliet. Hija pozizzjoni mehuda ghax inharsu b’ mod miftuh lejn kull proposta ghall-gid Nazzjonali, tigi minn fejn tigi anki jekk fl-imghoddi forsi ma tantx kienet iddoqqilna.

 

Dr Muscat qal li l-proposti li qed isiru ghal bidla fil-mod kif tinghata z-zjieda fil-pagi – jigifieri li bazikament din ma tibqax tinghata skond l-gholi tal-hajja izda tibda tinghata skond il-produttivita’ aktarx fuq bazi ta’ kumpaniji individwali – huwa analizzahom bhala ekonomista, aktar milli bhala politiku.

 

Huwa rrefera ghall-istatistika ppubblikata mill-Eurostat din il-gimgha dwar il-livell tal-prezzijiet ta’ diversi prodotti u servizzi fil-pajjizi Ewropej matul l-2008. Minn fost 12-il kategorija ta’ prodotti u servizzi, Malta, flimkien mad-Danimarka, kienet l-aktar pajjiz bl-akbar numru ta’ kategoriji fejn il-prezz hu l-oghla fost il-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea.

 

Fl-istess hin, il-pagi f’ Malta huma ferm aktar baxxi minn dawk ta’ bosta minn shabna Ewropej.  Haddiem Malti fl-industrija u s-servizzi jithallas 25% ta’ haddiem Daniz, 30% ta’ haddiem Finlandiz u 50% ta’ haddiem Spanjol.  Izda meta jmur jixtri qed ihallas daqshom jew aktar minnhom.

 

L-ghan ewlieni tal-Istat, qal Joseph Muscat, huwa li jtejjeb il-livell tal-ghixien tal-haddiema, middle class, self-employed, studenti u pensjonanti tieghu.  Dan mhux biss minn sena ghal ohra, izda ukoll relattivament ma’ dawk ta’ pajjizi ohra.  Irridu jew ma rridux, din hija tellieqa.  U f’ din it-tellieq mhux qed nigru wahedna.

 

Ghalhekk, mistoqsija importanti hi x’ inhu dak li jaghmel il-livell tal-ghixien f’pajjiz ahjar minn dak f’ pajjiz minn iehor, staqsa Joseph Muscat.

 

Huwa qal li t-twegiba tistrieh fuq zewg pilastri. L-ewwel pilastru huma r-rizorsi naturali.  Jekk pajjiz ikun sinjur fir-rizorsi naturali, ghandu aktar possibilta’ li jipprovdi livell tal-ghixien tajjeb.  Madankollu, dan mhux awtomatiku ghax kollha kemm ahna nafu b’ pajjizi sinjuri fiz-zejt, gass u minerali prezzjuzi, izda li minhabba tmexxija hazina u korrotta min-naha tal-Istat, ikollhom parti kbira mill-poplu taghhom jghix fil-faqar.  Filwaqt li ghandna nkomplu ninvestu fit-tfittxija ghal rizorsi naturali, ma nistghux nistriehu fuq is-sejba eventwali taghhom biex bhala pajjiz intejjbu l-livell tal-ghixien.

 

Ghalhekk, sostna Dr Muscat, kollox idur fuq it-tieni pilastru, jigifieri l-produttivita’.  Din il-kelma uzata u abbuzata hija s-somma tal-kwalita’ tal-investiment li jsir fil-pajjiz, il-hiliet tar-rizorsi umani, l-infrastruttura tal-pajjiz, il-livell tal-burokrazija, l-ammont ta’ korruzzjoni li hija sempliciment taxxa ohra fuq il-familji u n-negozji, il-livell ta’ tassazzjoni, il-kwalita’ tal-arja u tal-ambjent, u iva il-livell tal-pagi u l-prezzijiet, fost l-ohrajn.

 

Il-prezzijiet f’ Malta fl-2008 kienu madwar 78% tal-medja Ewropea.  Fl-istess waqt, il-haddiema Maltin u Ghawdxin idahhlu 44% tal-paga medja Ewropea.  Dawn il-figuri mal-ewwel juru d-dizlivell negattiv, qal Joseph Muscat. Izda hu importanti ukoll li nqabblu dawn ic-cifri mal-livell tal-produttivita f’ Malta u fl-Ewropa.  Skont il-Eurostat, il-produttività Maltija hija 88% ta’ dik Ewropea – medja tajba hafna.

 

Dawn il-figuri juru ukoll li l-livell tal-prezzijiet f’ Malta jikkumpara tajjeb mal-livell tal-produttivita’.  Dan huwa l-kaz f’ hafna mill-pajjizi tal-Unjoni Ewropea.  Dan huwa probabbilment riflessjoni tal-fatt li tezisti mobilita qawwija fil-kapital u kummerc fil-prodotti bejn il-pajjizi tal-Unjoni Ewropea u barra minnhom.  

 

Madanakollu, il-livell tal-pagi f’ Malta hu madwar nofs il-livell tal-produttivita’.  Dan hu rizultat li nsibu ukoll fil-kaz tal-Latvja u l-Ungerija.  F’ dan il-qasam insibu differenzi ferm akbar bejn pajjiz u iehor, li aktarx gejjin mill-fatt li minkejja kollox huwa aktar difficli ghal haddiem li jiccaqlaq minn pajjiz ghall-iehor minhabba ragunijiet familjari, socjali u kulturali.

 

Dr Muscat qal li dan ifisser li l-livell tal-pagi f’ Malta, meta mqabbel mal-livell tal-produttività, huwa fost l-aktar baxxi fl-UE jindika li kuntrarju ghal dak li hemm min jahseb, f’ dak li ghandu x’jaqsam pagi, jew “labour cost”, pajjizna huwa kompettitiv meta mqabbel mall-pajjizi l-ohra tal-Unjoni Ewropea. 

 

Qal li dan jigifieri li min irid jigi jinvesti f’ Malta jaf li jaqbillu ghax ghal paga li jhallas ikun qed igib aktar milli jgib f’ pajjizi ohra Ewropej.  Fi kliem iehor, il-haddiema Maltin jaghtu “value for money”.  Dr Muscat qal li jkun hemm min isibha stramba li l-Oppozizzjoni titkellem b’mod tant pozittiv, izda jien nemmen f’ pajjizi u naf li dak li nizrghu illum, nahsdu ghada.  Xorta ma nistghux nistriehu fuq dan il-punt, izda it-tajjeb irridu nghidulu tajjeb.

 

F’dan il-kuntest staqsa ghaliex allura mela, kif qal intqal din il-gimgha, Malta tinsab “off the radar” tal-investituri barranin. 

 

Dr Muscat sahaq li jekk ghal paga li qed jiehdu, il-haddiema Maltin u Ghawdxin qed iroddu lura tajjeb lill-investituri, dan ifisser li n-nuqqas ta’ investiment, ir-rata baxxa ta’ impjiegi fil-pajjiz, u t-tnaqqis fil-livell tal-ghixien meta mqabbel mall-pajjizi l-ohra taz-Zona Ewro, hu dovut ghal fatturi ohra.  Fi kliem iehor, in-nuqqas ta’ kompetitivita’ ta’ pajjizna ma tidhirx li hi kwistjoni ta’ pagi gholja fis-settur privat, anki meta wiehed jiehu kont tal-livell ta l-produttivita’ ta’ pajjizna.

 

Allura ffaccjati bil-possibiltà ta’ zjieda ghall-gholi tal-hajja ta’ madwar €7 fil-gimgha, l-ghaqdiet ta’ min ihaddem – bis-silenzju, jew kwazi, tal-Gvern – qed jghidu li dawn ghandhom ikunu marbuta biss ma’ zjidiet fil-produttivita, u preferibilment jinghataw fuq livell ta’ kumpaniji individwali u mhux fuq livell Nazzjonali.

 

Dan huwa argument li fit-teorija jista’ jaghmel sens izda li fil-prattika jiltaqa’ ma’ aktar minn skoll wiehed, qal Joseph Muscat. 

 

L-ewwel nett, biex wiehed jasal ghal proposta bhal din, irid ikun hemm kejl maqbul ta’ produttività mhux biss fuq livell Nazzjonali, izda ukoll fuq livell settorjali jekk mhux fuq livell ta’ kull kumpanija individwali.  Ezercizzju bhal dan, specjalment fuq livell ta’ kumpanija huwa kumpless u tqil.

 

It-tieni nett, biex process bhal dan jibda jithaddem, hemm il-pre-rekwizit ta’ informazzjoni shiha u trasparenti lill-haddiema. Dr Muscat sahaq li ghandu d-dubji serji kemm ghadd ta’ kumpaniji jkunu lesti li jaghtu access ghal din it-tip ta’ informazzjoni sensittiva, li hafna drabi titqies kwazi bhala sigrieta minn bosta.

 

Joseph Muscat qal li din l-informazzjoni trid tkun maghrbula minn esperti u jrid jintlahaq ftehim dwarha.  Dan il-ftehim huwa imprattiku li jsir ma’ haddiema individwali, izda jrid isir b’ mod kollettiv, jigifieri permezz ta’ union tal-haddiema.  Fis-settur privat, minbarra l-qasam tal-manifattura – l-aktar dak propjeta’ ta’ investituri barranin li jaghrfu l-vantaggi ta’ ftehim kollettiv – il-livell ta’ unjonizazzjoni f’ pajjizna huwa relattivament baxx.  Fil-lukandi, hwienet, f’ negozji zghar u medji, huma ftit il-haddiema li huma membri jew jithallew jidhlu membri ta’ “trade union”.

 

Qal ukoll illi li tigi abbandunata s-sistema ta’ zieda mandatorja ghall-gholi tal-hajja, ifisser “disclosure” ta’ informazzjoni korporattiva kif ukoll shubija mandatorja fi trade unions sabiex is-sistema tithaddem bis-serjeta’.  

 

Dr Muscat sahaq ukoll li anke jekk nghidu li ghandna nibdew norbtu zieda fil-pagi maz-zieda fil-produttivita Nazzjonali skont statistika mahruga mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika. 

 

Il-Mexxej Laburista qal li fl-Indici tal-Prezzijiet generalment qatt ma jsiru revizjonijiet b’lura ghax il-prezzijiet qeghdin hemm u kulhadd jista’ jarahom.  Izda dan mhux l-istess ghal kejl tal-produttivita’, li hu bbazat fuq il-Prodott Gross Domestiku u n-numru ta’ persuni impjegati, jew in-numru ta’ sighat ta’ xoghol mahduma.  Kull min ghandu idea ta’ statistika jaf li dawn ic-cifri jigu riveduti spiss.  Jigu riveduti anki ghal perjodi ta’ erba’ snin b’ lura u r-ragunijiet ghar-revizjonijiet huma generalment validi.  Dawn ir-revizjonijiet ikunu hafna drabi sinjifikanti. 

 

Dan ifisser, sahaq Dr Muscat, li jekk issir revizjoni u l-produttivita’ ghal erba’ snin ilu tinstab li kienet oghla minn kemm ikkalkulat dakinhar, il-kumpanija tista’ tkun marbuta li thallas zieda b’ lura lill-haddiema irrespettivament minn kif tkun sejra bhalissa.  Jista’ jkun minghaliha li erba’ snin ilu ghamlet il-qliegh u issa ssib li ghamlet it-telf.  Is-sitwazzjoni tista’ ovvjament tkun bil-maqlub. 

 

Joseph Muscat sostna li l-punt centrali hu li sistema bhal din iddahhal incertezza u fil-prattika hemm dubju dwar kemm tghin biex tattira aktar investiment.

 

Dr Muscat qal li huwa forsi minhabba f’ hekk li diversi pajjizi, anki dawk taz-Zona Ewro, fosthom Cipru u l-Belgju, ukoll jorbtu zidiet fil-pagi maz-zieda fil-prezzijiet.

 

Il-vantagg ta’ din is-sistema, kompla Joseph Muscat, hi li l-informazzjoni hija migbura u mahduma minn awtorita’ indipendenti.  Fl-istess hin, Malta ghandha ukoll sitwazzjoni unika fejn il-partijiet socjali huma rapprezentati fuq ir-“Retail Price Index Management Board”, li taghti opportunita’ ta’ kontabilita akbar fil-kejl tal-indici tal-prezzijiet.

 

Ghalhekk, qal Dr Muscat, nahseb li s-sistema taz-zieda ghall-gholi tal-hajja hija l-aktar prattika fis-sitwazzjoni prezenti.  Jekk xejn, min ihaddem, specjalment importaturi u dawk li jissuplixxu s-suq lokali, ghandhom jifmhu li huwa fl-interess taghhom stess li ma jzidux il-prezzijiet b’ mod mhux gustifikat ghax fl-ahhar mill-ahhar mhux biss se jnaqqsu l-bejgh, izda se jkollhom ihallsu ghaz-zjieda fil-prezzijiet permezz ta’ zjieda fil-pagi lil min ihaddmu.

 

Fil-verita’, nissuspetta li min qed jipproni bidliet fis-sistema qed jaghmel dan mhux ghax jemmen fil-bzonn ta’ sistema ohra, izda ghax huwa ippressat minhabba l-ispejjez dejjem jizdiedu u l-kompetizzjoni minn barra.  Nifhem.  Izda onestament nemmen li z-zidiet fl-ispejjez li qed jiffaccjaw in-negozji u l-familji irid jaghmel tajjeb ghalihom min qed jikkawzahom u mhux min qed ibatihom.  U nahseb li lkoll nafu min l-aktar li kkawzahom matul din is-sena, qal Joseph Muscat.

 

Ghalhekk, il-kontroll tal-inflazzjoni ghandu jiehu l-priorità ghax tnaqqas il-pressjoni fuq iz-zjieda fil-pagi. B’ dan il-mod tigi mghejjuna l-kompetittivita’ ta’ pajjizna.  Ma jfissirx li m’ ghandniex inhallu l-bieb miftuh ghal soluzzjonijiet ohra f’ dawn u fi zminijiet ohra.  Ahna lesti li b’mod miftuh niddiskutu ma’ kulhadd.

 

Ma tezistix soluzzjoni wahda.  Izda s-soluzzjoni mhix li ma naghmlu xejn u nistennew li l-problemi jghaddu, qal il-Mexxej Laburista.

 

Azzjoni ghall-futur

 

Fil-konkluzjoni tieghu, Dr Muscat sahaq li esperti f’ dan il-qasam qed janticipaw li fix-xhur li gejjin se nesperjenzaw tnaqqis fiz-zjieda tal-inflazzjoni.  Dan minhabba l-effetti bazi tal-prezzijiet tal-energija u tal-ikel.

 

Madankollu, qabel ma nikkunslaw fl-istatistika, tajjeb li nifhmu li l-livell tal-gholi tal-hajja huwa elevat ghal pajjizna, u mistenni xorta jibqa oghla minn dak medju taz-Zona Ewro.

 

Sfortunatament, qal Dr Muscat, anki jekk l-inflazzjoni tonqos, din se tkun naqset minkejja l-Gvern u mhux minhabba l-Gvern. 

 

Joseph Muscat qal li ghalih wahda mill-akbar kisbiet ta’ din il-Konferenza Nazzjonali hija li jidher li qed nabbandunaw l-idea bhala pajjiz li nirrassenjaw ruhna li l-prezzijiet iridu bilfors joghlew u ma nistghu naghmlu xejn. Qal li qed nirrealizzaw li hemm hafna x’ nistghu naghmlu.  Li hemm bzonn hija rieda li nahdmu flimkien. 

 

Il-Mexxej Laburista sostna li jittama li l-proposti li l-PL ressaq ikunu incentiv ghal diskussjoni u jwasslu ghal soluzzjonijiet. Il-politici ma jistghux jibqghu jahsbu f’ termini ta’ minn elezzjoni ghall-ohra izda iridu jaraw kif il-haddiema, middle class, self-employed, studenti u pensjonanti qed jghixu minn xahar ghall-iehor, minn sena ghall-ohra, temm Joseph Muscat.

 

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME