PL and PSE
 

Innehhu l-incertezzi mis-settur tat-turizmu

leadimage

Waqt laqgha mal-Malta Hotels and Restaurants Association, il-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat iddiskuta numru ta’ mizuri li pprezenta fost it-23 proposta biex titrazzan il-problema ta’ l-inflazzjoni u tigi stimolata l-ekonomija.

Din il-laqgha saret fic-Centru Nazzjonali Laburista u ghaliha kien hemm prezenti wkoll il-Kelliem Ewlieni tal-Partit Laburista ghat-Turizmu Marie-Louise Coleiro Preca. Id-delegazzjoni ta’ l-MHRA kienet immexxija mill-President Kevin Decesare.

Dr Muscat semma fost l-ohrajn kif il-Partit Laburista jaqbel mas-sejha tal-MHRA biex titrahhas ir-rata tal-VAT u nnota wkoll kif l-MHRA qed tikkommetti ruhha biex it-tnaqqis mill-VAT ikun qed jghaddi ghand il-konsumatur. Huwa qal li dan ikun ta’ stimolu ghall-ekonomija fi zmien meta l-Unjoni Ewropea qed taghti opportunità li jehtieg niehdu, jekk ma rridux li nitilfu c-cans.

Il-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar proposti ohra li ressaq waqt il-Konferenza Nazzjonali ghall-Gholi tal-Hajja u li jistghu jghinu l-ekonomija u s-settur turistiku.

Joseph Muscat qal li jehtieg li b’mod immedjat titnehha l-incertezza mis-settur turistiku u allura l-Gvern ghandu fil-budget li gej jaghmel ‘ceiling’ tar-rata tal-kontijiet massimi tad-dawl u l-ilma ghas-sena d-diehla. Kif ukoll jimponi ‘ceiling’ tal-prezzijiet massimi tal-petrol u l-fuel ghas-sena d-diehla u jiffriza t-taxxi u tariffi amministrattivi tal-gvern ghal-livelli ta’ l-2009.

“Nemmen li kull ewro li npoggu fl-ekonomija tkun tfisser ekonomija aktar b’sahhitha fl-istess fi pjan ghat-tul l-ekonomija taghna tkun qed tistejqer,” sostna Joseph Muscat.

Il-Mexxej Laburista qal li dan huwa zmien difficli hafna ghas-settur tat-turizmu, madankollu dan mhuwiex zmien li naqghtu qalbna. Dan il-perjodu huwa difficli ghat-turizmu kemm minhabba cirkostanzi internazzjonali imma anke minhabba ragunijiet nazzjonali. B’hekk dan hu certament iz-zmien li nnehhu l-incertezzi minn dan is-settur.

 

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME