“Fid-diskussjoni li qed isir bhalissa dwar ir-riforma fil-MEPA, l-Partit Laburista qed jiehu l-pozizzjoni tac-cittadin. Ic-cittadin li la jrid madwaru gungla tal-konrit izda lanqas ma jaqbel illi kull minn jipproponi xi zvilupp jigi trattat daqs li kieku xi kriminal”. Sostna dan il-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta dalghodu kien qed jindirizza laqgha specjali tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista sabiex tiddiskuti r-riforma fl-Awtorita’ Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanar, l-MEPA.
Il-laqgha specjali tal-Grupp Parlamentari saret dalghodu u matulha ddiskuttiet rapport indipendenti dwar r-riforma fil-MEPA kkumisjonat mill-Partit Laburista ftit tax-xhur ilu. Din il-kummisjoni, qal il-Mexxej Laburista, ghamlet numru ta’ laqghat ma’ l-istake holders kollha u hejjiet bazi ghad-diskussjoni li ser twassal ghal pozizzjoni finali. Il-Mexxej Laburista qal li din il-kummisjoni hadmet minghajr ma kellha l-ebda indhil mill-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista qed jaqbel fuq 4 punti ewlenin tenna l-Mexxej Laburista. L-ewwel it-trasparenza li turi lic-cittadini l-mod ta’ kif qed jittiehdu id-decizjonijiet u min ser jerfa’ r-responsabilita’ tad-decizjonijiet illi jittiehdu, tenna Joseph Muscat. Il-Mexxej Laburista esprima t-twemmin tal-Partit Laburista illi f’dan il-qasam hemm bzonn ta’ bidla totali sabiex it-tax payer u mhux l-esperti biss jifhmu l-proceduri li bih jittiehdu d-decizjonijiet. “Hemm bzonn li d-decizjonijiet li jittiehdu jkunu miftuha ghal skrutinju, mhux kif qed isir bhalissa. Min ghamel oggezzjoni ghandu jkun jaf x’qed jigri. Anke s-sistema ta’ kif isiru l-apuntamenti ghandha tinbidel ghaliex din is-sistema mhux qed tahdem. Ghalhekk nemmnu li f’din l-Awtorita’ hemm bzonn ta’ bidla fil-mentalita’, liema bidla m’ghandhiex tkun biss wahda amministrattiva”, tenna l-Mexxej Laburista.
Il-Partit Laburista qed jaqbel u jinsisti li fil-MEPA hemm bzonn li tiddahhal ic-certezza u li jekk tnejn min-nies japplikaw ghal zvilupp fl-istess zona dawn ghandhom jigu trattati bl-istess mod. “Ghandhom jintuzaw l-istess kritierji u dak li hu tajjeb jew hazin ghal wiehed ghandu jitqies bl-istess mod fil-konfront ta’ l-iehor li qed jaghmel applikazzjoni simili fl-istess zona”, tenna l-Mexxej Laburista.
Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista jemmen ukoll fil-pratticita’. “Hemm bzonn inehhu l-ammont ta’ burokrazzija. Il-kontabilita’ m’ghandhiex x’taqsam mal-burokrazzija”, sahaq il-Mexxej Laburista. Dr Muscat esprima n-nuqqas ta’ qbil tieghu u tal-Partit Laburista illi kwalunkwe riforma lanqas m’ghandha tfisser biss li jghollew il-mizati b’tali mod li jkunu projbittivi. “Nemmnu li kwalunkwe riforma m’ghandix tfisser zieda projbittiva fil-mizati”, tenna l-Mexxej Laburista.
Il-Partit Laburista qed jaqbel ukoll fil-htiega ta’ infurzar ghaliex din bhalissa ma tezistix. “Kwlunkwe haga li jiddeciedi l-Gvern jew l-Oppozizzjoni ma tiswa xejn jekk l-infurzar ma jigix ppratikat”, tenna l-Mexxej Laburista.
Prezenti ghall-laqgha specjali tal-Grupp Parlamentari Laburista kien hemm kandidati u nies li hadmu jew qed joperaw fil-Partit Laburista u li permezz ta’ hidmiethom ghandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u l-ippjanar. Mistiedna ukoll kien hemm ir-rapprezentanti tal-Kunsilli Lokali. “Dan huwa l-mod li bih nistghu nitkellmu dwar is-suggett tal-Mepa”, tenna l-Mexxej Laburista. Fl-istess laqgha saret espozizzjoni ta’ l-ideat u l-analizi dwar ir-riforma li qed jipproponi l-Gvern, liema diskussjoni issa mistennija tkompli fil-jiem li gejjin.
“Nemmnu li l-MEPA hija problema. Madanakollu filwaqt li l-Gvern qed jipprova jindirizza din il-problema, id-diskussjoni fi hdan il-Grupp Parlamentari Laburista aktar qed tiehu zvolta dwar il-bzonn ta’ bidla fil-vizzjoni ta’ kif fis-snin li gejjin ghandhom jimxu l-affarijiet fl-oqsma kollha ta’ l-ambjent u l-ippjanar”, sahaq il-Mexxej Laburista. Dr Muscat qal li l-Partit Laburista jemmen aktar fil-htiega ta’ bidla strategika fit-tul milli l-bidliet operattivi li qed jipproponi l-Gvern. Sostna li d-diskussjoni li ghaddejja fi hdan il-Partit Laburista mistennija twassal ghal-linji gwida illi ghandhom jghinu lill-Gvern iwettaq ir-riforma li qed jghid li ser isir, tenna Joseph Muscat.
Il-laqgha Specjali tal-Grupp Parlamentari Laburista, li flimkien ma esperti u nies ohra li jifmu fis-suggett iddiskutiet l-MEPA, kompliet fit-tradizzjoni ta’ laqghat simili li nzammu dan l-ahhar meta l-Grupp jkun irid jiddiskuti issues specifici sabiex tigi fformulta l-policy tal-Partit Laburista.