“M’hemmx prezz ghad-dinjita’ tal-bniedem. L-istess il-kura tas-sahha fejn din ghandha tkun accessibli ghal kulhadd, inkluz dawk li qed jaqghu lurafis-socjeta’ taghna. Tiswa kemm tiswa flus, dawk li ma jifilhux ihalsu ghal kura ta’ sahhithom ghandhom dritt ukoll li jehduha meta jigu bzonnha. Dan il-principju m’ghandu qatt jitlaq minn taht ghajnejna.” Kien dan l-appell li ghamel il-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta dalghodu zar il-Malta Hospice Movement. Akkumpanjat mill-mara tieghu is-Sinjura Michelle Muscat u l-Kelliem tal-Partit Laburista ghas-Sahha l-Professur Anthony Zammit, il-Mexxej Laburista zar il-post, iltaqa mal-haddiema u voluntiera kif ukoll ukoll il-pazzjenti li juzaw is-servizzi tal-Hospice.
Dr Muscat fahhar ix-xoghol kbir li qed taghmel l-Malta Hospice Movement. Sahaq li b’mod kuxjenzjuz huwa hass li z-zjarja lil din l-organizazzjoni kellha ssir mhux fi zmien ta’ kampanja elettorali ghaliex fejn tidhol il-kura ghal marda tal-kancer, fost il-klassi politika, jezisti konsensus shih. “Dan il-qasam m’hemmx differenzi politici. Madanakollu wasal iz-zmien li l-pajjiz jaghmel qabza koncetwali”, sahaq il-Mexxej Laburista. Hawn il-Mexxej Laburista semma li fil-principju huwa jaqbel illi d-dinjita’ ghandha tinghata lil kull persuna, anke lil dawk b’mard terminali.
Mart il-Mexxej Laburista Joseph Muscat fahret ix-xoghol kbir li qed taghmel l-organizazzjoni u ghal futur hija offriet l-ghajnuna kollha taghha lill-Hospice Movement. Sahqet li fl-Organizazzjoni ma tarax biss id-dinjita’ u t-tama li toffri lill-pazzjenti. Sahqet li fil-hidma taghha, l-Organizazzjoni hemm hafna ohrajn illi jew b’mod voluntier inkella b’imhabba lejn il-professjoni taghhom jaghmlu minn kollox biex joffru servizz ta’ kwalita’ gholja. F’messagg qasir li ghaddiet lil dawk kollha prezenti hija appellat lill-klassi politika sabiex meta jiehdu d-decizjonijiet jehduhom b’mod miftuh u b’qalb miftuha.
Jilqa’ lill-Mexxej Laburista kien hemm ic-chairman tal-Malta Hospice Movement Dr Vincent Zammit. Dr Zammit spjega ix-xoghol li qed taghmel l-Malta Hospice Movement, organizazzjoni volontarja spirata minn valuri nsara biex tipprovdi u tippromwovi l-oghla standards possibli ta’ Kura Paljattiva ghal persuni bil-kancer jew bil-motor neurone disease. Il-Malta Hospice Movement jghin u jappogja ukoll il-familji tal-pazzjenti li jkunu ghaddejjin mill-marda taghhom. Dr Zammit radd hajr lill-Mexxej Laburista taz-zjarja li ghamel u wera l-apprezament tieghu ghall-imhabba specjali li ghandha mart il-Mexxej Laburista lejn ix-xoghol li taghmel l-organizazzjoni. Huwa spjega u appella lill-klassi politika fil-pajjiz biex tghin lill-organizazzjoni fi progett kbir illi ghandha, fejn issa b’direttiva tal-WHO il-kura li toffri lill-pazzjenti morda bil-kancer trid tinfirex fost dawk kollha li jigu bzonn kwalunkwe tip ta’ kura f’pajjizna.
Fi tmiem il-laqgha mart il-Mexxej Laburista Joseph Muscat giet prezenta b’bukett ta’ fjuri.