Fil-budget li se jigi prezentat din is-sena l-Gvern ghandu jaghti garanzija li l-prezzijiet tad-dawl u l-ilma, kif ukoll tal-fuels ma jizdiedux aktar minn prezz massimu li jkun stabbilit ghal mill-inqas is-sena d-diehla. Dan jaghti cans lill-familji u lin-negozji li jkunu jistghu jippjanaw bil-quddiem, biex johloq certezza u stabbiltà fil-pajjiz.
Dan sostnih il-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jigi intervistat il-Hadd fil-ghodu mill-gurnalist Aleander Balzan fuq Super One Radio.
Dr Muscat qal ukoll li fuq l-istess linja l-Gvern ghandu jiffriza t-tariffi u t-taxxi amministrattivi ghal-livelli ta’ l-2009, u dan bil-ghan li ma jizdiedux tariffi barra l-budget li jitressaq mill-gvern u tiddahhal iktar certezza.
Dan, qal Dr Muscat, qed jghidu ghax jemmen li l-budget mhuwiex hemm biex idahhal taxxi biss izda ghandu jkun pjan ta’ vizjoni ghas-sena d-diehla. Huwa sostna li dan kollu jista’ jsir ghax il-Gvern ghandu jkun kapaci jbassar u jaghmel il-kejl tieghu ghal matul is-sena ta’ wara mill-istudji li jkollu f’idejh.
Il-Mexxej Laburista tkellem dwar il-konferenza nazzjonali dwar l-gholi tal-hajja li matulha ressaq ‘il quddiem 23 proposta u qal li din il-konferenza saret fi spirtu nazzjonali ghax l-oppozizzjoni mhix qeghda hemm biex tikkritika biss izda biex tisma x’qed isir hazin u tipproponi triq ‘il quddiem. F’dan kollu hemm bzonn ta’ l-imsiehba socjali, gvern, oppozizzjoni u anke intelletwali li jaghtu sehemhom u jispjegaw l-affarijiet kif inhuma sejrin minn lenti akkademika.
Huwa tkellem dwar il-proposti pozittivi li ghamel il-Partit Laburista dwar l-gholi tal-hajja u qal li fost l-ohrajn saret proposta biex tiddahhal hafna iktar trasparenza fil-mod kif il-gvern jimporta certi prodotti bhal fil-kaz tal-importazzjoni taz-zejt. Dan b’ebda mod ma jista’ jigi interpretat li jfisser li l-gvern jkollu kontroll fis-suq jew jibda jimporta prodotti kif giet interpretata mill-media tal-PN.
Qal ukoll li l-proposta ta’ agenzija favur il-konsumatur ghandha tahdem u tghasses biex ma jsirux abbuzi.
Fuq kollox, qal Dr Muscat, dan il-moviment li twieled wara l-elezzjonijiet tas-6 ta’ Gunju ma waqafx jahdem anzi, qed jahdem iktar ghax ma jfissirx illi la ghaddiet l-elezzjoni ghadda l-inkwiet tan-nies. Dan il-moviment mhuwiex partit politiku tal-passat li jiddjaloga biss mal-poplu waqt kampanja elettorali imma se jibqa’ jkun miftuh ghall-isfidi li jhabbtu wicchom maghhom in-nies.
Dwar ir-riforma fil-MEPA l-Mexxej Laburista qal li l-proposta ta’ tibdil fil-MEPA hija vot ta’ sfiducja fil-MEPA stess immexxijja mill-PN fil-Gvern. Ma jistax ikun li qabel ma nibdew nharsu lejn il-proposti, ma nanalizzawx min qed jaghmel dawn il-proposti. U Lawrence Gonzi, li qed imexxi din ir-riforma mhuwiex kredibbli.
Lawrence Gonzi huwa l-istess Prim Ministru li qed jitkellem dwar zero tolerance fuq permessi barra z-zona ta’ l-izvilupp imma li kien hu li mexxa ‘l quddiem it-twessigh taz-zoni ta’ l-izvilupp. Kien hu li cekken z-zoni barra z-zoni ta’ zvilupp. Dan huwa l-istess Prim Ministru li fil-gimghat li qabel l-elezzjoni halla hergin applikazzjonijiet galore. U huwa l-istess Prim Minsitru li gimgha qabel l-elezzjoni rrezenjalu bord li appunta hu fuq irregolaritajiet li hargu u fl-istess hin malajr malajr rega’ appunta bord iehor biex fl-ahhar gimgha johorgu mijiet ta’ permessi. Kif jista’ jitwemmen bir-riforma Lawrence Gonzi aktar u aktar meta fil-kwisjtjoni kollha tal-Bahrija mhuwiex jghid min se jerfa’ r-responsabbiltà
Madankollu, sostna l-Mexxej Laburista, qed nirreagixxu ghal dak li qed jipproponi l-Gvern fir-riforma tal-MEPA. Huwa qal li dak li qed jipproponi l-Gvern huma numru ta’ soluzzjonijiet piecemeal, meta fil-fatt il-MEPA tehtieg riforma fundamentali. Ir-riforma kif proposta, qal Joseph Muscat, hija nieqsa mill-vizjoni.
B’hekk il-Partit Laburista qed jibbaza din ir-riforma fuq erba’ principji.
It-trasparenza – li decizjoni, tittiehed meta tittiehed tkun taf ir-raguni kif u ghalfejn ittiehdet biex kulhadd ikun jaf x’inhu ghaddej fil-process ta’ hrug ta’ permess.
Ic-certezza – li tiddahhal iktar kontabbiltà u tintrefa’ r-responsabbiltà tad-decizjonijiet li jittiehdu, kif ukoll il zewg persuni li japplikaw bl-istess kundizzjonijiet ghall-istess permess jitkejlu bl-istess riga.
Il-pratticità – sistema li ma ddahhalx iktar burkorazija anzi tuza s-sens komun biex permessi zghar ma jittawlux izzejjed.
L-infurzar – li l-ligijiet jigu nforzati ghax ninsabu f’sitwazzjoni li qed isiru proposti li diga’ ssibhom fil-ligi li tirregola l-MEPA u li kull ma hemm bzonn huwa li jigu nfurzati bhal fil-kaz ta’ zmien definit ta’ sa meta johrog permess.
Joseph Muscat qal li r-riforma li qed tigi propost hija bil-bicciet u tibdil kozmetiku.
Il-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar is-settur turistiku u qal li jezistu pizijiet zejda fuq dan is-settur u li dawn hemm bzonn li jigu indirizzati ghax dan huwa settur krucjali u li minnu jiddependu hafna impjiegi.
Huwa sostna li xeba jisma’ kliem li hemm bzonn jitjieb il-prodott u nitfixklu t-titjib tal-prodott turistiku ma’ l-iktar affarijiet bazici u komuni bhal tindif, harsien ta’ l-ambjent u affarijiet ohra. Fost l-ohrajn ghad hawn sitwazzjoni fejn isiru zviluppi u bini f’partijiet ta’ Malta fejn ikun hemm koncentrazzjoni kbira ta’ turisti.
Dr Muscat qal li fuq kollox ma jistax ikollok sitwazzjoni fejn il-Prim Ministru rriduca t-turizmu ghal Segretarjat Parlamentari u lil l-istess persuna tghabbiha wkoll fl-istess hin bir-riforma tal-MEPA. Dan kollu f’mument meta ghandek bzonn persuna li tkun koncentrata fuq it-turizmu ghax jinsab f’qaghda hazina hafna.
Mistoqsi minn Aleander Balzan dwar il-hidma tal-Partit Laburista matul is-sena ta’ Joseph Muscat bhala Mexxej, li matulha sar ghadd ta’ xoghol u proposti mill-Partit Laburista, il-Mexxej Laburista sostna li ma hux se jkun kuntent b’dak li sar s’issa. Huwa qal li fadal hafna aktar x’jista’ jsir.
Qal li ghalih is-6 ta’ Gunju ghadda u dan il-moviment ghandu jimxi ‘l quddiem billi jibqa’ jifhem u joffri triq ghall-haddiema, middle-class, studenti, pensjonanti, self-employed u familji. Sostna li l-hin li dan il-moviment jibda jiehu l-affarijiet for granted, huwa l-hin meta l-Partit Laburista jibda sejjer lura. Ghandu jibqa’ jimportana l-hin kollu dwar dawk li jitilfu l-impjieg, dwar il-prezzijiet dejjem joghlew, dwar dawk l-istudenti li qed japplikaw ghall-Università bhalissa. Ghandna jimportana wkoll b’mod partikolari ghal dawn iz-zghazagh li s-socjetà falliethom u nara ghaliex dan sehh u noffru opportunitajiet godda ghalihom ukoll.
Joseph Muscat qal li filwaqt li nifirhu ghal dawn li ghaddew mill-ezamijiet ghandna jimpurtana minn dawk li jew m’ghaddewx jew lanqas biss resqu ghall-ezamijiet. U allura min kapaci jirnexxi ghandna nhegguh jilhaq l-oghla aspirazzjoni li johlom bihom filwaqt li naghmlu kuragg lil dawk li qed jaqghu lura billi nghidulhom li jistghu huma wkoll ilahhqu ma’ dawk li mxew ‘il quddiema. Minghajr mibgheda tal-klassi ghandna naslu f’sitwazzjoni fejn dawk li qeghdin taht jitilghu ‘l fuq ghax jekk dawk li jinsabu taht jirnexxu, jitilghu aktar ‘il fuq ukoll dawk li diga’ mxew ‘il quddiem, temm jghid Joseph Muscat.