Fl-2007 l-Awditur Generali fir-rapport annwali tieghu kien ghamel diversi osservazzjonijiet dwar irregolaritajiet li kienu qed issehhu fid-Dipartiment tal-VAT, dan meta Lawrence Gonzi kien Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi. Id-Dipartiment tal-VAT kien qal li ha nota taghhom biex issa hareg li x-xibka ta’ korruzzjoni fid-dipartiment tal-VAT ilha ghaddejja s-snin.
Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal dan waqt li kien qed jiehu sehem fil-programm L-Argument f’Nofs il-Gimgha mmexxi minn Anna Bonanno fuq RTK Radio. Waqt il-programm bosta semmiegha kellhom l-opportunità li jpoggu mistoqsijiet diretti lill-Mexxej Laburista.
Dr Muscat sahaq li fl-istess rapport annwali tal-Awditur Generali, fost l-irregolarijiet li ssemmew kien hemm zewg kazijiet wiehed ta’ madwar €2 miljun u kaz iehor ta’ ftit ‘il fuq minn €1,000 li kienu mnizzlin fuq numru tal-VAT hazin.
“Hawn bzonn li tiddahhal kultura ta’ responsabbiltà li min jaghmel xi haga tajba jiehu l-mertu li haqqu, imma fejn ikun xi haga li mhux sejra tajba jiehu responsabbiltà u jerfa’ l-piz ta’ dik id-decizjoni,” qal Joseph Muscat.
Huwa kkwota lill-Isqof ta’ Ghawdex li fil-pastorali tieghu ghall-okkazjoni tal-Festa ta’ Santa Marija sahaq li amministrazzjoni tajba tal-fondi pubbliċi hija barka; imma amministrazzjoni hażina tista’ twassal ghal piżijiet finanzjarji kbar li jkollhom jerfghu ġenerazzjonijiet futuri. L-Isqof t’Ghawdex qal ukoll li ghandna naħdmu aktar biex il-kultura li min hu responsabbli jirrispondi personalment tkompli taqbad l-gheruq.
Fil-kaz tad-Dipartiment tal-VAT, qal Joseph Muscat, ghadha ma ttehditx ir-responsabbiltà politika kif titlob kull demokrazija moderna.
Dejn nazzjonali
Joseph Muscat qal li llum qed nirrealizzaw iktar minn qabel li meta t-temp ekonomiku kien tajjeb, il-Prim Ministru ma sewwiex fejn kellu jsewwi biex illum qed nindunaw li meta gie l-maltemp qed insibu li ahna esposti ghal problemi kbar. Sahaq li l-Prim Ministru qed jizbalja fuq kwistjonijiet fundamentali ta’ l-ekonomija u li jhares lejn l-ekonomija b’mod catt bhala accountant.
Dr Muscat qal li l-ekonomija trid thares lejha billi tara kif kull ewro li se titfa fi bwiet in-nies se tiggenera aktar flus. Dan kien imhaddem tajjeb taht Gvern Nazzjonalista ta’ Eddie Fenech Adami fejn il-Ministru tal-Finanzi George Bonello Du Puis kien ipprova u rnexxielu jnaqqas it-taxxa biex in-nies jonfqu aktar.
Joseph Muscat qal li huwa b’hekk li l-Partit Laburista qed jistenna budget tajjeb li jitnaqqsu t-taxxi kif imwieghed qabel l-elezzjoni.
Il-Mexxej Laburista qal li qabel l-elezzjoni kien intqal li kollox kien ghaddej tajjeb fil-pajjiz, imbaghad wara l-elezzjoni ntqal kemm hi difficli s-sitwazzjoni, u ftit wara wahhal fit-Tarzna u fl-Enemalta, issa li tat-Tarzna ghaddiet u sussidji fuq dawl u ilma u gass spiccaw, issa m’ghadx hemm problemi ta’ dan it-tip, imma fl-istess hin id-dejn nazzjonali baqa’ jizdied. B’hekk staqsa Joseph Muscat ghandu jkollna idea ta’ ghalfejn qed jigri dan specjalment fid-dawl li l-investiment li johloq ix-xoghol mhuwiex isir.
Dr Muscat qal li issa l-poplu qed jispicca jaghmel tajjeb ghat-tmexxija hazina tal-finanzi billi jhallas ghall-inefficjenzi, l-inkompetenza u ghall-korruzzjoni fit-tmexxija tal-pajjiz.
Minkejja dan fejn jidhol il-gid nazzjonali l-PL dejjem lest jigbed l-istess habel u kien ghalhekk li mill-Parlament Ewropew, l-MEP Laburista Edward Scicluna talab lill-Kummissjoni Ewropea biex f’dan il-mument ma tigrix wara Malta dwar il-kwistjoni tad-deficit.
Huwa rrefera wkoll ghal dak li gara mill-bonds tal-gvern li ma nxtrawx kollha. Sahaq li dak li gara jista’ jkun li jew min jixtri dawn il-bonds – l-aktar in-negozjanti l-kbar – ma ghandhomx fiducja f’kemm il-gvern se jhallas lura l-flus, li mhux il-kaz. Però jista’ jkun ifisser ukoll li ninsabu fis-sitwazzjoni li issa meta johrog bonds ohrajn il-gvern ikollu jaghti imghax ikbar biex jittiehdu.
Inefficjenzi, inkompetenza
Mistoqsi minn diversi semmiegha dwar inkompetenza u inefficjenzi, Dr Muscat tkellem dwar kazijiet li jixhdu nuqqas ta’ serjetà fit-tmexxija. F’dan il-kuntest tkellem fuq l-Iskema tal-Ispizjar tal-Ghazla Tieghek li jidher li wara hafna storbju qabel l-elezzjoni issa mhijiex qed tahdem.
Tkellem ukoll fuq il-progett tal-Crafts Village li wara snin shah jistennew weghda wara l-ohra ssehh iffirmaw konvenju, imbaghad hallewhom jistennew snin twal ohra u wara hafna qalulhom li se jmorru f’Bacir Numru 1. Wara ftit taz-zmien regghu qalulhom li mhu se jsir xejn f’Bacir Numru 1 u se jsir progett iehor. Li kieku kien il-PL fil-Gvern dan ma kienx isir ghax jekk ikun ftehim il-Partit Laburista kien jonorah.
Semmiegh qajjem il-punt tal-moll tac-Cirkewwa. Dr Muscat qal li anke f’dak il-kaz thabbar progett li ilu s-snin biex jitlesta fejn in-nefqa zdiedet b’miljuni ta’ ewro u l-pjanijiet inbiddlu kemm il-darba.
Dawn, sostna l-Mexxej Laburista, huma kwistjonijiet li mhumiex necessarjament marbutin ma’ politika imma ta’ nuqqas ta’ pjanar u inkompetenza.
Fl-istess hin semma l-kaz tat-triq li mill-Mosta taghti ghal San Pawl il-Bahar fejn qal li t-triq inghalqet u x-xoghlijiet bdew fil-gimgha li x’aktarx l-aktar li jmorru nies lejn in-naha ta’ fuq ta’ Malta.
Dr Muscat qal li wahda mill-affarijiet li ghamel kien li rrifjuta li jdawwar il-progett ta’ Bieb il-Belt fi progett tal-blue jew ta’ l-ahmar ghax ried li din tibqa’ kwistjoni tan-nies u jemmen li l-progett ghandu jkun tan-nies. Madankollu jekk dan ghandu jkun il-kaz progett magguri bhal dan ghandhom jinstemghu n-nies. Xi haga li dejqitu kienet kif certi hwienet spiccaw ircevew karta li sa Dicembru jridu jitilqu mill-post. L-istess bhal negozji fit-Triq ir-Repubblika triq principali li kull turist li jigi Malta jghaddi minnha, li qed iwahhlu stickers b’messagg – Belt Kapitali jew Cimiterju. Huwa qal li dan isehh minhabba nuqqas ta’ konsultazzjoni.
Estensjoni tal-power station
Dr Muscat tkellem ukoll dwar l-estensjoni tal-Power Station u qal li fid-decizjoni li ttiehdet qed isir sagrilegg ambjentali fejn intefqu €200 miljun fuq teknologija ta’ power station antika li se jkollha tinbidel fi zmien ftit snin minhabba regolamenti ta’ l-emissjonijiet tal-UE. Huwa qal li qed jghidulna li se tiddahhal tekonologija maghrufa bhala emissions abatement imma li din se tkun qed tigi ppruvata l-ewwel darba f’Malta filwaqt li staqsa jekk hux se nintuzaw bhala fniek ta’ l-Indi.
Il-Mexxej Laburista qal li fuq kollox hemm bosta mistoqsijiet ohra x’jigu mwiegba fosthom li jidher car li min ha l-kuntratt kellu informazzjoni interna u kif f’nofs process inbidlet ligi li biha setghu jiehdu l-kuntratt min rebah dan il-kuntratt tal-powerstation. Staqsa kif se jkun hemm min jiehu commissions ta’ 2 fil-mija mill-€200 miljun u qal li dawn se johorgu mit-taxxi tal-poplu.
Dr Muscat qal li ghal Lawrence Gonzi, is-soluzzjoni ghal dawn l-inefficjenzi, inkompetenzi u kaz li jekk mhux korruzzjoni huwa kaz ta’ xi haga li tixbah il-korruzzjoni, kienet li jzid is-surcharge u jhallas il-poplu ghalihom.
Dr Muscat qal li l-korruzzjoni hija sempliciment taxxa ohra. Sostna li dawk il-commissions qed ihallas ghalihom kull min imur ghax-xoghol, kull min ihallas it-taxxi.
Joseph Muscat qal li sal-lum ghadu qed nistenna lill-Prim Ministru jibghat ghal Dr Frank Portelli, kandidat tal-PN, u jghidlu ghalxiex kien qed jirreferi meta qal li hemm kazijiet ta’ korruzzjoni fl-Enemalta u li mhumiex relatati mal-Power Station. Kont nistenna li Lawrence Gonzi jitolbu d-dettalji ta’ x’ried jghid b’dak id-diskors u jitolbu aktar informazzjoni.
Gholi tal-hajja
Mistoqsi dwar l-gholi tal-hajja, il-Mexxej Laburista qal li hafna kienu jghidulu li jkun min ikun fil-gvern ma jistax jiggieled l-gholi tal-hajja. Huwa sahaq li dan mhuwiex minnu u li l-PL sahanistra ghamel mat-23 proposta fuq l-gholi tal-hajja.
Tkellem fost l-ohrajn fuq l-gholi fil-prezz tal-hxejjex li mhux gej mill-bidwi, imma li qed jigri xi haga li jidher li l-gvern ma jafx x’inhi u staqsa allura fejn sejrin il-flus tal-prezzijiet gholjin. Semma wkoll kif kien hemm kumitat li twaqqaf mill-PN fil-gvern dwar monitoragg tal-prezzijiet tal-medicini, li izda wara l-elezzjoni waqaf jahdem.
Dr Muscat rega’ ghamel il-proposti tal-PL biex il-gvern fil-budget li jmiss jaghti assigurazzjoni ta’ kemm l-aktar li jista’ joghla l-prezz tad-dawl u l-ilma matul is-sena d-diehla. Bl-istess mod jiddikjara li mhux se joghlew certi tariffi amministrattivi. Dan biex il-familji jkunu jistghu jippjanaw bil-quddiem.
Ir-risposta tal-gvern ghal dawn il-proposti mill-PL kienet li gimgha wara gholla l-prezz tal-gass bi kwazi mija fil-mija, qal Dr Muscat.
Joseph Muscat qal ukoll li kien ippropona li titwaqqaf agenzija tal-konsumatur. U qal li x’aktarx l-iktar wiehed li hareg car x’ried ifisser il-Partit Laburista b’din il-proposta kien l-Isqof Mario Grech fil-Pastorali tieghu ta’ din il-gimgha fejn qal:
Fir-relazzjonijiet ta’ bejnietna suppost nipprattikaw il-ġustizzja komutattiva – dik li tħares ir-relazzjonijiet bejn l-individwi. Per eżempju, meta wieħed jixtri oġġett jew servizz, iħallas il-prezz tiegħu. Sikwit nisimgħu bl-indiċi tal-prezzijiet u ftit jgħaddilna minn moħħna li ħafna minna, bl-imġiba ġusta jew inġusta tagħna, b’xi mod għandna sehem kemm dan l-indiċi jogħla jew jitbaxxa. Ilkoll kemm aħna, Gvern u poplu, għandna kontribut x’nagħtu biex jiġi żgurat li mġiba abbużiva fil-qasam tal-prezzijiet tiġi mnaqqsa kemm hu possibbli. Tajjeb għalhekk li nistaqsu: kemm huma ġusti l-prezzijiet li jintalbu, partikularment il-prezzijiet ta’ dak li huwa essenzjali għall-ħajja? Kemm huwa ġust il-ħlas li jintalab għas-servizzi li nipprovdu? Kemm hu ħieles mill-qerq il-prodott jew is-servizz li tiegħu nitħalsu? Kemm nonoraw il-kuntratti li nkunu dħalna għalihom? Kemm aħna onesti fit-tfassil ta’ dokumenti legali? Daqskemm huwa importanti li jkun hemm pagi ġusti, wieħed ma jistax jittraskura jew jassenti ruħu abbużivament mix-xogħol.
Dr Muscat qal li dan ifisser dak li jemmen il-PL li mhux is-suq isuq akkost ta’ kollox imma is-suq isuq b’responsabbiltà. Ma ahniex nitkellmu dwar protezzjoni imma dwar kompetittività vera, sahaq il-Mexxej Laburista.
“Irridu ndahhlu mill-gdid il-pride li mhux ghax prodott ta’ Malta dan huwa hazin u ta’ barra tajjeb. Il-barrani se jibqa’ jikkompeti mal-Malti imma nemmen li ghandna prodotti li ghandna nkunu kburin bihom u ndahhlu mill-gdid li l-kburija li tixtri prodott Malti fil-kuntest ta’ kompetizzjoni mill-prodotti internazzjonali,” qal Dr Muscat.
Joseph Muscat sahaq li dawn l-ezempji kollha huma inkompetenza ta’ Gvern li ma tghallem xejn mill-elezzjoni tas-6 ta’ Gunju. Rizultat ta’ Prim Ministru li tilef il-kontroll tat-tmexxija tal-pajjiz u ta’ gvern li qed jitmermer u jaqa’ bicciet.
Tkellem ukoll dwar il-kazin tas-Siggiewi l-Mexxej Laburista qal li hu jinsab cert aktar minn qabel li din saret b’vendikazzjoni politika f’komunità fejn tezisti ghaqda anke bejn il-kunisillieri tal-PL u tal-PN. Huwa qal li dan kompla jikkonfermah is-Sindku tal-PN stess li qal li qed jirrikonoxxi li dan il-kaz dahhal firda fis-Siggiewi.
Xoghol u servizzi socjali
F’risposta ghal telefonata dwar ix-xoghol, Dr Muscat qal li llum qed johrog iktar minn qabel kemm ix-xoghol huwa problema fejn qed jidher li l-qghad qed jizidied. Fl-istess hin sahaq ukoll li qed jidher bic-car aktar minn qabel il-kwistjoni tax-xoghol prekarju fejn l-impjiegi part-time bhala dhul ewlieni qed jizdied b’rata mghaggla, qed jizdied ix-xoghol b’kuntratti definite. Dan qed iwassal ghal problemi socjali fejn anke koppja li tixtieq tixtri dar ma tkunx tista’ ghax il-bank irid jiggarantixxi li l-koppja ghandha dhul assigurat.
B’hekk nemmnu li wara kull numru hemm persuna u ghalhekk mhux se nserrhu rasna bi statistika ghax mhux bizzejjed li persuna jsib xoghol. Kulhadd ghandu dritt ghal xoghol u xoghol ahjar ghax ix-xoghol huwa d-dinjità tal-persuna, sostna Dr Muscat.
Dwar diversi telefonati fuq servizzi socjali Joseph Muscat qal li hawn min qed jipprova jdahhal l-idea li s-servizzi socjali jittiehdu mill-hallelin. Huwa sahaq li dan mhux minnu ghax is-servizzi socjali huma investiment fis-socjetà. Sahaq li jemmen li min qed jaghti servizz bhal jghin persuni b’dizabiltà ghandu jinghata kumpens ghax fl-ahhar mill-ahhar jekk din il-persuna ma tiehux hsieb persuna ohra li ghandha bzonn l-ghajnuna, din tispicca f’istituzzjoni tal-gvern li fuq kollox xorta huma flus li jittiehdu mit-taxxi li nhallsu.
L-ewwel sena bhala Mexxej tal-Partit Laburista
Meta kien mistoqsi dwar l-ewwel sena tieghu bhala Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu jhalli lill-poplu jiggudikah. Qal li din kienet l-ewwel sena fi progett gdid ghall-poplu Malti kollu. Joseph Muscat qal li meta kien inghata din ir-responsabbiltà hu ma kienx interessat li jidhol ghall-battibekki politici tas-soltu u dahal biex f’Malta jkun hawn stil gdid ta’ politika fejn tista’ taqbel mal-avversarju politiku tieghek, filwaqt li fejn ma taqbilx taghmel l-argumenti tieghek. Dan huwa progett ghax jinvolvi bidla ta’ kultura.
Dr Muscat qal li l-ghan tieghu huwa li jinholoq dan il-progett ghal moviment politiku li jilhaq fih lil dawk li dejjem ivvutaw lill-Partit Laburista sa dawk li qatt ma vvutaw lill-Partit Laburista. Dawk li dejjem hassewhom qrib il-Partit Laburista sa dawk li qatt ma hassewhom komdi mal-Partit Laburista. Sostna li hu interessat ihares lejn il-futur li jghaqqad dan il-moviment. Moviment li beda bir-rizultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fejn inkisbet maggoranza ta’ 55%. Maggoranza li ebda partit wahdu ma seta kiseb, u b’hekk hija maggoranza ta’ moviment shih filwaqt li sahaq li dan huwa biss il-bidu.
“Nemmen li dan il-pajjiz bi ftit sforz nistghu nbiddluh ta’ taht fuq. Nemmen f’pajjizna u l-fatt li jghiduli x’se taghmel meta tkun fil-gvern jaghtina l-opportunità li nuru li nafu x’irridu. U l-PL fi zmien ftit xhur hareg proposti fuq id-dawl u l-ilma. Ghoxrin proposta fuq l-Immigrazzjoni Illegali. Ressaq ukoll 23 proposta fuq l-gholi tal-hajja. Mill-parlament ewropew wassalna biex il-gvern ibiddel it-taxxa tar-registrazzjoni u qed naraw li nkomplu b’din sal-ahhar. Rajna li l-gvern jinghata lura l-flus fuq it-taxxa tas-satelliti u li l-Maltin jibqghu jgawdu attivitajiet sportivi fuq it-televizjoni. Dan il-poplu esperjenza wisq politici li qabel l-elezzjoni jghidu mod u wara l-elezzjoni jaghmlu mod iehor. Jien dak li nghid naghmlu,” sostna l-Mexxej Laburista.