PL and PSE
 

Il-medicini baqghu joghlew minkejja s-sistema ta' registrazzjoni

leadimage

Il-Partit Laburista huwa dizappuntat li minkejja s-sistema l-gdida tar-registrazzjoni tal-medicini, il-prezzijiet tal-medicini baqghu joghlew sahansitra skont rapporti anke sa aktar minn 40 fil-mija tal-prezzijiet li jinsabu fil-bqija ta’ l-Ewropa.

Dan qalu l-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat f’laqgha mal-Union Haddiema Maghqudin it-Tlieta fil-ghodu. Il-Mexxej Laburista rringrazzja lill-UHM ghas-sehem importanti fid-djalogu socjali li ghandu bzonn il-pajjiz.

Dr Muscat qal li hija hasra li l-kumitat li twaqqaf qabel l-elezzjoni generali tal-2008 biex jara li ma jkunx hemm abbuz fil-prezzijiet u li kienet qed tahdem tajjeb, issa mhux jiffunzjona. Huwa qal li dan il-kumitat jehtieg jerga’ jibda jahdem.

Il-Mexxej Laburista tkellem dwar l-gholi tal-hajja u qal li fil-budget li gej in-nies ghandhom bzonn ic-certezza. B’hekk il-Partit Laburista ressaq numru ta’ proposti ghal dan il-ghan. Fost il-proposti li jdahhlu certezza fil-pajjiz u li ghandhom jsiru fil-budget li jmiss hemm dik li jkun hemm ammont massimu ta’ tariffi tad-dawl u l-ilma u li l-prezz ma jkunx jista’ jizdied aktar minn dak l-ammont. Bl-istess mod il-gvern ghandu jaghti commitment politiku li ma jizdiedux it-tariffi amministrattivi li l-gvern jintroduci minn zmien ghall-iehor.

Joseph Muscat tkellem ukoll dwar l-importanza ta’ agenzija ghall-konsumatur li tara li l-prezzijiet ikunu gusti. Dan iddeskrivih bl-ahjar mod l-Isqof ta’ Ghawdex Mario Grech meta tkellem dwar gustizzja komutattiva u qal “meta wieħed jixtri oġġett jew servizz, iħallas il-prezz tiegħu. Sikwit nisimgħu bl-indiċi tal-prezzijiet u ftit jgħaddilna minn moħħna li ħafna minna, bl-imġiba ġusta jew inġusta tagħna, b’xi mod għandna sehem kemm dan l-indiċi jogħla jew jitbaxxa. Ilkoll kemm aħna, Gvern u poplu, għandna kontribut x’nagħtu biex jiġi żgurat li mġiba abbużiva fil-qasam tal-prezzijiet tiġi mnaqqsa kemm hu possibbli. Tajjeb għalhekk li nistaqsu: kemm huma ġusti l-prezzijiet li jintalbu, partikularment il-prezzijiet ta’ dak li huwa essenzjali għall-ħajja? Kemm huwa ġust il-ħlas li jintalab għas-servizzi li nipprovdu? Kemm hu ħieles mill-qerq il-prodott jew is-servizz li tiegħu nitħalsu? Kemm nonoraw il-kuntratti li nkunu dħalna għalihom? Kemm aħna onesti fit-tfassil ta’ dokumenti legali? Daqskemm huwa importanti li jkun hemm pagi ġusti, wieħed ma jistax jittraskura jew jassenti ruħu abbu
żivament mix-xogħol.

Dr Muscat tkellem ukoll dwar l-opportunità li tatna l-Unjoni Ewropea li nnaqqsu l-VAT fuq servizzi intensivi u b’hekk nincentivaw it-turizmu. Huwa sahaq li wisq jibza’ li jekk ma nahtfux l-opportunità allura meta nergghu nigu bzonn din l-ezenzjoni l-UE tghidilna li meta kellna l-opportunità ma hadnihiex.

Il-Mexxej Laburista qal li f’pajjizna hawn il-percezzjoni li liberalizzazzjoni, privatizzjoni u kompetizzjoni huma l-istess haga. Sostna li huwa dizappuntat li sfortunatament f’Malta saret hafna privatizzazzjoni, ftit inqas liberalizzazzjoni u ftit li xejn kompetizzjoni minhabba li gara li l-monopolji mill-gvern qed jghaddu f’idejn il-privat. Dan filwaqt li semma settur – bhala ma huwa dak tat-telekomunikazzjoni – li ffjorixxa bil-liberalizzazzjoni.

Joseph Muscat qal ukoll li huwa dizappuntat bil-mod kif fl-ahhar jiem ghola l-prezz tal-gass ghax inaqqas il-produttività u l-kompetizzjoni u finalment il-haddiema huwa dak li jridu ghal xoghol ahjar.

Il-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar l-inkwiet tieghu li z-zieda fix-xoghol prekarju qed tinhass sew u li hawn aktar haddiema jahdmu part-time u b’kuntratt fiss. Huwa qal li t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-haddiema mhuwiex xkiel, imma investiment. Tkellem ukoll fuq l-importanza li kulhadd jerfa’ r-responsabbiltà fid-decizjonijiet iebsin li jittiehdu u li ma jkunux biss il-haddiema u dawk tan-nofs li jgorru l-pizijiet tad-decizjonijiet li jittiehdu.

Dr Muscat qal li l-Partit Laburista, bhala Oppozizzjoni qed tressaq il-proposti taghha u li jemmen fi djalogu kostruttiv mal-imsiehba socjali kollha anke jekk ikun hemm divergenzi fil-hsibijiet.

Huwa qal li din il-laqgha qed issir fi stadju interessanti hafna meta hafna pajjizi hergin mir-ricessjoni internazzjonali u li allura kif ma nistghux noqghodu nistennew ir-ricessjoni taqa’ fuqna, daqstant iehor ma ghandniex noqghodu nistennew ir-ricessjoni tghaddi wahedha, minkejja l-awtoritajiet u mhux minhabba l-awtoritajiet.

B’hekk Dr Muscat qal li jistenna li l-budget li jmiss ikun budget tajjeb fejn nistennew li l-familji, min jahdem u min ihaddem jinghataw certezza u mhux jibqghu jinghataw sorpriz b’kontijiet u tariffi matul is-sena.

Prezenti ghall-UHM kien hemm il-President Gejtu Tanti, il-Vici President Joe Vella, is-Segretarju Generali Gejtu Vella u l-Assistent Segretarju Generali Jesmond Bonello. Jakkumpanja l-Mexxej Laburista attenda d-Deputat Mexxej Laburista ghall-Affarijiet tal-Parlament u Kelliem Ewlieni ghax-Xoghol u Drittijiet tal-Haddiema Dr Anglu Farrugia.

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME