Il-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat iltaqa’ mat-tim nazzjonali Malti tas-Subbuteo li se jkun qed jirrapprezenta lil Malta fit-Tazza tad-Dinja tas-Subbuteo – Table Football li se ssir f’Settembru, f’Rotterdam l-Olanda.
Il-Mexxej Laburista awgura lit-tim nazzjonali Malti tas-Subbuteo ghat-Tazza tad-Dinja filwaqt li rringrazzjahom tal-kontribut taghhom.
Dr Muscat qal li l-irwol taghna bhala politici m’ghandux ikun biss li naghtu l-appogg biss lil sports mainstream, imma anke sports iehor bhal ma huwa s-Subbuteo. Sahaq li sfortunatament sports li mhux mainstream ma jinghatawx l-ghajnuna necessarja u bhal fil-kaz tas-Subbuteo l-players jispiccaw jaghmlu sagrificcji kbar anke finanzjarji.
Il-President tal-Malta Table Football Sport Association Tony Sapiano sahaq li l-players tas-Subbuteo jaghmlu sagrificcji kbar personali biex jipprattikaw l-isport tas-Subbuteo. Huwa qal li fost il-players tezisti aspettativa ghat-Tazza tad-Dinja tas-Subbuteo specjalment minhabba li fl-ahhar edizzjoni Malta telghet sal-finali tat-Tazza tad-Dinja.
Fi tmiem il-laqgha, is-Sur Sapiano pprezenta tim tas-Subbuteo bil-flokk nazzjonali Malti lill-Mexxej Laburista Joseph Muscat.