PL and PSE
 

Hadd ma ghandu jirfes is-sovranita' ta' pajjizna

leadimage

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li hadd ma ghandu jirfes fuq is-sovranità ta’ Malta, b’referenza ghall-kwistjoni li ghaddejja bhalissa bejn Malta u l-Italja dwar iz-zona ta’ Search and Rescue (SAR) ta’ Malta. Il-problema tal-immigrazzjoni waslet f’punt krucjali u qed tkun ta’ sfida fuq kbira ghall-pajjizna.

Joseph Muscat qal dan waqt laqgha mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kungress Libjan Suleiman Al Shahoumi li jinsab f’Malta fuq stedina tal-Partit Laburista. Suleiman Al Shahoumi qed jiehu sehem f’konferenza organizzata mis-Segretarjat Internazzjonali tal-Partit Laburista dwar l-40 Sena ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Libja.

Dr Muscat qal li l-Partit Laburista jhares 'il quddiem biex ikompli jsahhah ir-relazzjoni bilaterali bejn Malta u l-Libja mhux biss mill-aspett ekonomiku izda anke fuq bazi ta' hbiberija. 

 

Min-naha tieghu, Suleiman Al Shahoumi qal li l-istedina tal-Partit Laburista tikkonferma r-relazzjoni tajba hafna li tezisti bejn il-Libja u l-Partit Laburista Malti. Huwa sellem lill-Maltin kollha li matul is-snin taw il-kontribut taghhom biex ir-relazzjoni bilaterali ta' bejn iz-zewg pajjizi tissahhah.

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME