PL and PSE
 

Nehhi l-incertezza

leadimage

Fil-waqt li Lawrence Gonzi rebah l-ahhar elezzjoni generali bil-weghda li se jaghti s-serhan tal-mohh lil kulhadd, fl-ahhar sena u nofs il-gvern immexxi minnu dahhal f’pajjizna incertezza qawwija.

 

Qabel l-ahhar elezzjoni generali Lawrence Gonzi ftahar hafna dwar kemm skont huwa kien pogga l-finanzi tal-pajjiz fuq sisien sodi. Sena u nofs wara jirrizulta bil-fatti li l-verita hija li Gonzi tilef ghal kollox il-kontroll tal-finanzi tal-pajjiz. Il-gvern Nazzjonalista qed ifalli bl-iktar mod qawwi milli jilhaq il-miri finanzjarji ltieghu stess.

 

Illum il-gvern mmexxi minn Lawrence Gonzi ghandu deficit rekord ta’ €370 miljun. Fl-ahhar sena biss id-deficit zdied b’€85 miljun. U dan meta sena u nofs ilu Gonzi kien wieghed li sas-sena d-diehla, sa l-2010, gvern immexxi minnu kien se jibda jdahhal iktar milli jonfoq.

 

Minn naha l-ohra waqt li sena u nofs ilu Lawrence Gonzi wieghed li se jnaqqas id-dejn, illum jirrizulta li d-dejn zdied bi €390 miljun ghal kwazi €3.9 biljun. L-imghax fl-ewwel seba xhur  biss ta’ din is sena fuq dan id-dejn tela ghal €116 miljun – flus li setghu kien investiti b’ghaqal fil-holqien tax-xoghol, fl-oqsma tas-sahha, l-edukazzjoni, il-housing, l-anzjani u oqsma ohrajn.

 

Bil-kontra izda llum l-Maltin u Ghawdxin qed ikollhom jaghmlu tajjeb ghall-inkompetenza u l-irresponsabilita tat-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi. Fl-ahhar sena u nofs il-weghda tas-serhan il-mohh issarfet fl-oghla kontijiet li qatt intbaghtu tad-dawl u l-ilma, fl-oghla prezzijiet tal-fuel u fl-irduppjar tal-prezzijiet tal-gass fost ohrajn. Dan fl-istess hin li ma hija tittiehed l-ebda azzjoni serja fil-konfront tal-problema ta’ l-gholi tal-hajja u l-interessi tal-konsumaturi twarrbu fil-genb, anki jekk sena u nofs ilu Lawrence Gonzi wieghed il-kuntrarju.

 

Dan kollu qed johloq incertezza kbira fost eluf ta’ familji Maltin u Ghawdxin u wkoll fost dawk l-intraprendituri f’pajjizna li jistghu joholqu l-impjiegi u jiggeneraw il-gid. Mhux ta’ b’xejn li l-qasam ta’ l-impjiegi sfortunatament ghaddej minn zmien xejn sabih. Dawk bla xoghol skond ic-cifri ufficjali zdiedu bi kwazi 1,600 fl-ahhar sena. Oqsma bhat-turizmu u l-manifattura qed ihabbtu wicchom ma’ diffikultajiet serji. Sfortunatament fil-pajjiz qed jirrenja sens ta’ qtiegh ta’ qalb.

 

Huwa ghalhekk li fil-budget li jmiss il-gvern ghandu jibghat sinjal favur ic-certezza u l-istabbilità. Il-proposti taghna huma cari. Qed nitolbu lill-gvern jaghti garanzija li l-prezzijiet tad-dawl u l-ilma, kif ukoll tal-fuels ma jizdiedux aktar minn prezz massimu li jkun stabbilit ghal mill-inqas is-sena d-diehla. Fuq l-istess linja l-gvern ghandu jiffriza t-tariffi u t-taxxi amministrattivi ghall-livelli ta’ l-2009. Dan kollu bil-ghan li ma jizdiedux tariffi barra l-budget u li tiddahhal iktar certezza. L-ghan taghna wara dawn il-proposti huwa li naghtu nifs lill-familji u lin-negozji biex ikunu jistghu jippjanaw bil-quddiem. Dan huwa dak li pajjizna ghandu bzonn bhal issa.

 

Pajjizna ghandu bzonn budget tajjeb. Dan huwa dak li qed jistennew il-Maltin u l-Ghawdxin. Iktar u iktar wara d-dikjarazzjonijiet li saru mill-gvern fl-ahhar gimghat li suppost l-aghar ghadda u li qed jidhru sinjali li l-ekonomija bdiet tirkupra. Fil-gimghat li gejjin nistennew li Lawrence Gonzi, mill-kliem jghaddi ghall-fatti.

 

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME