PL and PSE
 

Responsabilita politika

leadimage

Issa hareg b’mod ufficcjali fil-qorti li l-iskandlu fi-Dipartiment tal-VAT jaf il-bidu tieghu sitt snin ilu. Dan ifisser li l-abbuz ta’ eluf kbar ta’ ewros f’dan id-Dipartiment kien ghaddej fi zmien li Lawrence Gonzi, apparti milli kien Prim Ministru, kien ukoll Ministru tal-Finanzi b’responsabilita politika diretta ghad-Dipartiment tal-VAT. Ma dan kollu hadd mill-gvern ta’ Lawrence Gonzi ma xamm xejn mill-frodi kbir li kien ghaddej. Minflok kellu jkun xi hadd minn barra li wara das-snin kollha t’abbuzi kixef din ix-xibka. Minn fuq izda l-Prim Ministru qed jipprova jiehu l-mertu daqs illi kieku kien il-gvern tieghu li skopra l-korruzzjoni li kienet ghaddeja.

 

Mhux biss dan mhux minnu. Anzi sa iktar minn sena qabel ma kien żvelat l-iskandlu tal-VAT l-Awditur Ġenerali kien ta rendikont sħiħ tan-nuqqasijiet fid-Dipartiment tal-VAT. Fl-2007 l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu kien għamel diversi osservazzjonijiet dwar irregolaritajiet li kienu qiegħdin iseħħu fid-Dipartiment tal-VAT. Fost l-irregolaritajiet li ssemmew kien hemm żewġ każi, wieħed ta’ madwar €2 miljun u każ ieħor ta’ ftit ’il fuq minn €1,000 li kienu mniżżla fuq numru tal-VAT ineżistenti.

Dan
kollu ġara fi żmien li, kif issa huwa ikkonfermat ufficjalment permezz ta’ l-investigazzjonijiet tal-pulizija, Lawrence Gonzi, bħala Ministru tal-Finanzi, kien politikament responsabbli mid-Dipartiment tal-VAT. Madankollu minkejja l-appelli tal-Awditur Ġenerali jirrizulta issa bil-fatti li baqa’ ma sar xejn, bil-konsegwenza li qed ikun il-poplu Malti u Għawdxi li jagħmel tajjeb għall-korruzjoni li tħalliet tikber. U ghal darb’ohra nfakkar li dwar dan l-iskandlu għadha ma ttieħdet l-ebda responsabbiltà politika kif titlob kull demokrazija moderna. Lawrence Gonzi huwa fid-dmir li jara li tintrefa r-responsabilita politika. B’hekk biss il-Prim Ministru jkun jista’ jittiehed bis-serjetà biex kif kien jghid huwa stess, ikun iggudikat fuq li jaghmel u mhux li jghid.

 

 

 ------

 

Qabel l-ahhar elezzjoni generali Lawrence Gonzi u l-Partit Nazzjonalista kienu favur li jibqghu jinghataw is-sussidji. Ghalihom dan kien turija tas-suppost ruh socjali taghhom. Tant kienu jemmnu fis-sussidji, li weghduwhom bl-iswed fuq l-abjad fil-programm elettorali taghhom, li suppost qed iwettqu bhal issa. Ma dan kollu issa li l-elezzjoni generali ilha li ghaddiet sena u nofs qed tidher fl-aqwa taghha l-politika taz-zewg t’ucuh tal-gvern ta’ Lawrence Gonzi.

 

F’intervista fil-jiem li ghaddew f’gazzetta lokali l-Ministru Tonio Fenech hareg jiftahar li fil-budget ghas-sena d-diehla li ghandu jipprezenta fi ftit tal-gimghat ohra se jkollu fil-mira tieghu lis-sussidji. Fenech ftahar li l-gvern ta’ Lawrence Gonzi nehha s-sussidji minn fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma – u dan meta qabel l-ahhar elezzjoni generali weghdu li se jibqa jissusidjawhom. Ftahar ukoll li nehha s-sussidju minn fuq ic-cilindri tal-gass. Li ma qalx Tonio Fenech huwa li fi ftit tal-gimghat il-prezz ta’ cilindru tal-gass irdoppja.

 

Imbaghad Fenech fetah attakk fuq l-oqsma tat-turizmu, l-biedja u t-trasport – setturi li sena u nofs ilu Gonzi u l-Partit Nazzjonalista weghduwhom li se jibqghu jghinuwhom finanzjarjament. Issa izda l-gvern qed jghid li se jpoggi lil dawn is-setturi taht il-lenti. B’dil-politika ta’ zewg t’ucuh Lawrence qed ikompli jzid l-incertezza fil-pajjiz ghaliex min ippjana l-hidma tieghu fuq il-bazi tal-weghda li kien se jkun mghejjun finanzjarjament mill-gvern, issa qed jisma diska ghal kollox differenti minn dik ta’ qabel l-ahhar elezzjoni generali.

 

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME