“L-iskandlu tal-bini ta’ Power Station gdida f’Delimara qed isir ferm aktar gravi ma kull jum illi jghaddi. Sejjer zball jekk Lawrence Gonzi jahseb li l-Partit Laburista ser joqghod kwiet u mhux ser jiehu azzjoni fuq dan il-kaz.” Sostna dan il-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta kien qed jigi intervistat mill-gurnalista Wendy Borg fuq Super One Radio.
Il-Mexxej Laburista qal li dan l-iskandlu jdur mal-bini ta’ Power Station gdida f’Delimara li ser ikun qed tiswa lill-popu Malti u Ghawdxi mal-mitejn miljun ewro, b’4 miljun ewro minnhom imorru f’kummissjonijiet. Fakkar kif il-poplu Malti u Ghawdxi ser ikun imgieghel li jhallas spiza bhal din biex imbaghad 7 snin ohra is-sistema terga tinbidel.
Fakkar kif l-Gvern ghazel din l-offerta meta kien jaf li setgha jmur ghal teknologija aktar nadifa madanakollu l-ghazla waqghet fuq kumpanija li s-sid taghha, f’kumpanija ohra, jhaddem ic-chairman ta’ l-istess Enemalta. Il-Mexxej Laburista qal li flus mifuqa zejda fuq dan il-progett huma taxxa li jkollhom jaghmlu tajjeb ghaliha l-poplu Malti u Ghawdxi. Fakkar kif flok 4 miljun ewro f’kummisjonijiet, dawn il-flus setghu imorru fi progetti intizi li jgawdu minnhom il-poplu Malti u Ghawdxi kollu. Sostna li bhall-kaz tal-Korruzzjoni fl-ADT, tal-Power Station u kazijiet ohra li jistghu iqumu fil-futur, il-Partit Laburista mhux ser joqghod lura milli jitkellem dwarhom ghaliex wara kollox il-korruzjoni hija taxxa li qed ikollu jhallas ghaliha l-poplu Malti u Ghawdxi. “Dawn huma flus li setghu jintefqu ahjar”, tenna l-Mexxej Laburista.
L-Akkuzi ta’ Frank Portelli
Meta kien qed jitkellem dwar il-kaz ta’ korruzzjoni fl-ghoti tat-tender ghal bini ta’ power station gdid f’Delimara il-Mexxej Laburista fakkar f’dak li qal dan l-ahhar l-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli. Portelli, eks President tal-Partit Nazzjonalista qal li huwa jaf b’kazijiet ta’ korruzjoni ferm akbar minn dak ta’ Delimara. Il-Mexxej Laburista staqsa jekk meta ffacjat b’dikjarazzjoni daqstant serja, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi baghatx ghal Frank Portelli sabiex privatament jghidlu ghal-liema kazijiet ta’ korruzjoni kien qed jirreferi u dan sabiex jkun jista’ jiehu azzjoni fuq akkuzi bhal dawn.
L-iskandlu fil-hlas tal-VAT … Xi hadd irid jerfa’ responsablita politika
Il-Mexxej Laburista tkellem dwar is-sentenzi mghotija mill-qorti fil-konfront ta’ dawk li abbuzzaw mill-hlas tal-VAT. Sostna li l-messagg li qed jinghata lil dawk li josservaw il-ligi huwa wiehed hazin. Fakkar kif l-abbuz fid-Dipartiment tal-VAT kien ilu snin ghaddej fi zmien li Lawrence Gonzi kien responsabli minn dan il-qasam. Dan fl-istess zmien li l-appelli specifici li saru mill-Awditur Generali fuq dan id-dipartiment kienu waqghu fuq widnejn torox.
Il-Mexxej Laburista esprima x-xewqa tieghu illi minn dan l-iskandlu ma jkunux biss il-hut iz-zghir li jinqabad izda anke klieb il-bahar. “Dan huwa l-mument li min qed jghid li jrid jiggieled il-korruzjoni jaqbad anke l-huta l-kbira”, tenna l-Mexxej Laburista.