Tard llejla l-Mexxej Laburista Joseph Muscat ltaqa’ mac-Champion tad-Dinja tal-P1 Aaron Ciantar. Huwa ferah lil Aaron Ciantar u rringrazjah ta’ l-unur li ghamel lill-pajjizna permezz tas-success tieghu. “Mhux biss fis-sewqan izda dan huwa kaz fejn hemm teknologija Maltija. Hloqtu xi haga lokali u qed jirnexxielkom tesportawha barra minn Malta”, sostna l-Mexxej Laburista Joseph Muscat.
Il-Mexxej Laburista mhux biss fahhar l-impenn tat-tim Malti, izda qal li dak ghamel is-Sur Ciantar huwa turija li pajjizna mhux biss jista’ johloq xi haga li hija kompettiva’ izda li biha tista’ tkun Champion.
Lejn tmiem l-intervent tieghu, il-Mexxej Laburista qal li t-tama tieghu hija li f’pajjizna inkomplu nisimghu aktar dwar il-P1.
Min-naha tieghu Aaron Ciantar radd hajr lill-Partit Laburista ghal din l-istedina. Huwa sahaq li s-sodisfazzjon tieghu mhux biss li jirbah bhala sewwieq izda anke bhala manifattur. Sahaq li s-sena, f’isem pajjizna ser inkunu qed nikkompetu bi 3 dghajjes Maltin u awgura li dan l-avveniment jibqa jigi organizzat f’Malta ukoll.
Sahaq li din kienet it-tieni sena tieghu fejn huwa kien qed jikkompeti bhala xufieri izda t-tielet sena tieghu bhala dghajsa. Huwa zvela li l-pjani tieghu huma li s-sena d-diehla jikkompeti fi klassi aktar kompettiva’.
Lejl tmiem iz-zjarja l-Mexxej Laburista prezenta lis-Sur Ciantar rigal ta’ l-okazzjoni. Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll l-Kelliem ghall-Isport Chris Aguis.