PL and PSE
 

L-investiment tal-Grupp Brandstatter f'Malta huwa sinjal ta' fiducja fil-haddiem Malti u f'pajjizna kollu kemm hu

leadimage

L-investiment li ghamel il-Grupp Brandstatter f’pajjizna mhux investiment tal-paroli izda investiment li bil-fatti prova lilu nnifsu. Dan kien investiment li wera fiducja fil-haddiema Malti u f’pajjizna kollu kemm hu. Sostna dan il-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta kmieni llum wara nofs in-nhar zar il-fabbrika tal-Playmobil Malta operata mill-Grupp Brandstatter. Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat akkumpanjat mill-Kelliem Ewlieni ghall-Industrija u Investiment Barrani Carmelo Abela ddawwar mal-fabbrika fejn segwa mill-qrib il-process ta’ l-ghamla tal-pupi u mudelli ohra li jipproducu l-Playmobil Malta.

Mal-wasla tieghu fil-Fabbrika Dr Muscat gie milqugh mill-Kap Ezekuttiv tal-Grupp Helga Ellul u ufficjali gholja ohra tal-Kumpanija.

Fi kliem il-Mexxej Laburista, iz-zjarja fil-Fabbrika Playmobil hija parti minn sensiela shiha ta’ zjarjar li qed jaghmel il-Partit Laburista fuq diversi postijiet tax-xoghol u li matulhom il-Partit Laburista qed iwassal messagg t’appogg lill-investituri li qed jaghzlu li jigu jinvestu f’pajjizna.

Dwar il-Playmobil Malta, Dr Muscat wera l-apprezament tieghu ghal mod ta’ kif il-kumpanija mhux biss baqghet turi interess f’pajjizna izda sahanistra dejjem ziedet l-investiment taghha. Il-Mexxej Laburista qal li d-decizjoni tal-kumpanija li dejjem izid l-investiment taghha f’pajjizna hija xhieda ta’ kif l-affarijiet jimxu ‘l quddiem. Huwa awgura lill-kumpanija sabiex ir-relazzjoni taghha ma’ Malta tibqa tissahhah b’tali mod li pajjizna jibqa jaghmel sens biex jitkattar l-investiment ta’ Playmobil Malta.

Min-naha taghha l-Kap Ezekuttiv tal-Grupp Brandstatter Helga Ellul spjegat kif sa mill-1971, is-sena li fiha bdiet topera minn pajjizna, il-kumpanija dejjem ziedet l-investiment. B’kollox huwa stmat li l-kumpanija investiet f’pajjizna mal-120 miljun, jigifieri medja ta’ 7 miljun ewro kull sena. Investiment, qalet Ellul, li mar dirrettament f’apparat u teknologija.

Hija fahret ukoll lill-haddiema li jahdmu mal-Kumpanija. Sahqet li r-rizors uman fil-kumpanija dejjem wera d-disponibilita’ tieghu li jitghallem u jhaddan dejjem aktar it-teknologija. “Il-haddiema taghna huma ta’ generazzjoni zaghzugha u dejjem lesti li jitghalmu aktar. Dan huwa sinjal ta’ inkoraggiment”, sahqet Helga Ellul.

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME