Wasal iz-zmien li f’pajjizna jkollna regoli etici li mhux johonqu izda jippermettu l-uzu ta’ metodi bhall-IVF b’mod partikolari ghal koppji li ma jistax ikollhom tfal.
Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt laqgha mal-Membri tal-Parlament taz-Zghazagh fic-Centru Nazzjonali Laburista dal-ghodu. Il-Membri Parlamentari zghazagh ipprezentaw lil Joseph Muscat numru ta’ mozzjonijiet li ghaddew fil-Parlament taz-Zghazagh meta ltaqaw f’sessjoni specjali iktar kmieni din il-gimgha.
Il-Mexxej Laburista rringrazzja liz-zghazagh talli kellhom il-kuragg jiddiskutu kwistjonijiet li ghadhom sensittivi f’Malta. Dr Muscat sostna li huwa sinjal tajjeb immens li l-generazzjoni l-gdida lesta titkellem u tesprimi ruhha kif tahsibha anke fuq issues sensittivi.
Huwa qal li jaqbel mal-Parlament taz-Zghazagh ghar-rigward ta’ regoli biex jibda’ jintuza l-metodu tal-IVF skont regolamentazzjoni etika, kif ukoll jaqbel bl-iktar mod assolut mal-pozizzjoni tal-istess Parlament fil-pozizzjoni kontra l-abort, fl-istess hin huwa wera li hu kontra l-pozizzjoni li ttiehdet dwar il-morning after pill.
Dr Muscat sostna li dan huwa l-mod kif issir diskussjoni franka u matura. Li filwaqt li kulhadd jesprimi l-opinjoni tieghu fil-miftuh fl-istess hin kulhadd ghandu jkun lest li mhux kulhadd se jaqbel dejjem.
Il-Mexxej Laburista qal li bhala partit politiku rridu naghtu s-sinjal li qed nisimghu anke liz-zghazagh u sahaq li huma parti mis-socjetà civili. Dr Muscat qal li hu ma jharisx lejn dan il-forum bhala xi role play jew loghob tat-tfal imma bhala forum serju li jikkontribwixxi f’diskussjoni importanti ghall-pajjiz.
Qal ukoll li huwa kuntent mir-rapprezentanza tajba hafna tan-nisa fil-Parlament taz-Zghazagh u qal li dan ghandu jservi ta’ ezempju ghall-Parlament Nazzjonali li huwa wiehed mill-iktar parlamenti li ghandu rapprezentanza zghira ta’ nisa.
Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm il-Kelliem ghaz-Zghazagh Dr Owen Bonnici li rringrazzja liz-zghazagh ghall-mod matur li bih iddiskutew kwistjonijiet importanti filwaqt li qal li bhal ma’ f’Malta hawn fora bhall-MCESD li jaghtu l-veduti taghhom fuq oqsma socjali, bl-istess mod ghandu jsir mal-Parlament taz-Zghazagh.
Tkellmu wkoll diversi zghazagh li wrew il-fehma li l-Parlament taz-Zghazagh ghandu jiltaqa’ iktar minn darba fis-sena.