Wahda mill-weghdiet il-kbar li Lawrence Gonzi imbotta fuq quddiem nett matul il-kampanja ta’ l-ahhar elezzjoni generali kellha x’taqsam ma x’suppost kellu jaghmel gvern immexxi minnu dwar l-income tax. Lawrence Gonzi kien wieghed li gvern Nazzjonalista kien se jwessa l-faxex tat-taxxa tad-dhul kollha billi jgholli l-limitu ta’ meta wiehed jibda jhallas it-taxxa bi 15% u ta’ meta wiehed jibda jhallas b’25%. Fil-programm elettorali li ressaq quddiem il-Maltin u l-Ghawdxin, l-Partit Nazzjonalista qal li dan kellu jfisser li l-faxxa ta’ nies li ma jhallsux taxxa kellha tizdied u kellha tizdied ukoll il-faxxa ta’ nies kellhom jibdew ihallsu bil-15% minflok bil-25%.
Weghda ohra li Lawrence Gonzi ghamel qabel l-ahhar elezzjoni generali kienet dik li kellu jnaqqas ir-rata massima tat-taxxa tad-dhul minn 35% ghal 25%, hlief ghal min jaqla’ aktar minn €60,000.Il-Partit Nazzjonalista kien qal li kien qed jistma li sat-tieni sena wara li jidhlu dawn il-mizuri, il-Gvern kien se jkun digà dahhal aktar minn kemm kien idahhal minghajrhom.
Fi zmien l-ahhar elezzjoni generali, Lawrence Gonzi kien jiftahar li dawn il-weghdiet dwar l-income tax kienu t-twegiba tal-Partit Nazzjonalista ghas-shab u l-maltemp ekonomiku li kien jghid li kien qed jigema fuq ix-xefaq. Kien jiftahar li sa l-2010 gvern immexxi minnu kien se jibda jdahhal iktar milli johrog biex minflok deficit ikollu surplus u dan kien se jaghmilha iktar facli biex jitwettqu l-weghdiet dwar l-income tax. Ftit gimghat biss wara l-elezzjoni generali, l-Prim Ministru anki ftahar li l-Partit Nazzjonalista kien fassal dawn il-weghdiet dwar l-income tax bi hsieb kbir.
Sena u nofs wara izda pajjizna qed ihabbat wiccu ma realta ghal kollox il-maqlub ta’ dak li gie mwieghed minn Lawrence Gonzi. Il-gvern Nazzjonalista llum ghandu l-oghla deficit li qatt ezista. L-ekonomija minflok tikber kif kien bassar il-gvern sena ilu, qed tickien. Quddiem dan kollu dil-gimgha l-Ministru Tonio Fenech hareg jiddikjara li fil-budget ghas-sena d-diehla l-gvern mhux se jkun qed inaqqas l-income tax.
Decizjoni bhal din ma taghmilx sens mil-lat ekonomiku fiz-zmien li ninsabu fih. Ghaliex huwa inutli li l-gvern ihaffef it-toqol meta l-ekonomija tkun f’sahhitha. Il-piz ghandu jithaffef meta l-ekonomija tkun sejra hazin u huwa propju ghalhekk li l-Partit Laburista ilu jishaq issa gimghat shah li fil-budget ghas-sena d-diehla ghandu jkun hemm mizuri konkreti ta’ kif se jithaffef il-piz minn fuq il-familji Maltin u Ghawdxin. Ghamilna anki l-proposti taghna f’das-sens.
Fl-istess hin mhux sew, li kif iddikjara Tonio Fenech issa b’mod ufficjali, fil-budget iċ-ċittadin onest li dejjem ħallas it-taxxa se jiġi mċaħħad minn tnaqqis fl-income tax, waqt li fl-istess zmien imbaghad dawk involuti fl-iskandlu tal-VAT ingħataw sentenzi ħfief u oħrajn li naqsu milli jħallsu t-taxxa tad-dħul fl-aħħar snin, issa qed jiġu offruti amnestiji. Dak li ddikjara Tonio Fenech dil-gimgha, apparti milli ghal darb’ohra jmur kontra dak li kien imwieghed qabel l-ahhar elezzjoni generali, huwa inġustizzja fil-konfront taċ-ċittadin onest u serju li dejjem onora d-dmirijiet tiegħu fil-hlasijiet tat-taxxi.