Jekk Lawrence Gonzi m’ghandux problema u jemmen dak li qed jghid Austin Gatt dwar il-mod kif inghata t-tender ghall-estensjoni tal-bini tal-power station u jekk Lawrence Gonzi ghandu Gvern stabbli bizzejjed, allura ejja niddiskutu l-mozzjoni li tressqet mill-Partit Laburista minnufih, fl-ewwel sessjoni meta jiftah il-Parlament. Dan biex kulhadd jintalab jerfa’ r-responsabbiltà politika. Jekk Lawrence Gonzi minhabba li ghandu Gvern instabbli jaghzel li ma jaghmilx hekk, allura ahna lesti nistennew ghax nafu li s-sewwa jerbah zgur.
Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat il-Hadd fil-ghodu meta kien qed jindirizza l-Laqgha Generali Annwali tal-Kumitat ta’ San Pawl il-Bahar.
Dr Muscat tkellem dwar it-tender li nghata ghall-estensjoni tal-power station u fakkar kif biex inghata dan it-tender inhargu €4 miljun li marru fil-but ta’ xi hadd f’commissions. Qal ukoll li l-kumpanija barranija li hadet il-kuntratt tat il-kuntratt tal-bini tal-power station lil kuntrattur li jimpjega lic-chairman tal-Enemalta f’kumpanija ohra tieghu stess.
Huwa qal li filwaqt li xi hadd qed jiehu €4 miljuni f’commissions ghal kuntratt tal-power station, il-gvern qed idur u jaghfas fuq il-beneficcji ghal ommijiet wahedhom, ghal romol u pensjonanti. Sahaq li €4 miljuni jista’ jsir hafna bihom ghall-gid tal-pajjiz imma minflok qed imorru commissions.
Il-Ministru Austin Gatt wiegeb ghall-mozzjoni ta’ Joseph Muscat dwar it-tender tal-power station billi qal li hu ma jaghtix il-kuntratti, madankollu l-Mexxej Laburista zvela kif il-Partit Laburista ghandu f’idejh rapport intern tal-Gvern u l-Enemalta li jghid: “There is a high degree of political interference in the running of the corporation” (Jezisti ndhil politiku qawwi fit-tmexxija tal-korporazzjoni), dan filwaqt li stieden lil Austin Gatt jaghmel pubbliku dan ir-rapport.
Dr Muscat irrefera wkoll ghat-teknologija li ntghazlet ghall-power station il-gdid li hija sistema jkollna nbiddlu fi zmien seba’ snin u li tiggenera tunnellati ta’ skart, zjut u trab kuljum. Dan filwaqt li sostna li l-istess teknologija se tkun tfisser zieda fil-kontijiet tad-dawl.
Il-Mexxej Laburista sahaq li fit-twegiba tieghu ghall-mozzjoni Austin Gatt hareg isabbat saqajh u jiddefendi l-kuntratt biex minghalih jimpressjoni. Imma forsi jekk jimpressjona u jbezza’ lil uhud minn shabu, mhux se jimpressjona u jbezza’ lill-Partit Laburista li se jibqa’ ghaddej biex jinghata rendikont serju ta’ x’gara f’dan il-kaz.
Joseph Muscat sostna li kulhadd jaf min hadhom id-decizjonijiet f’dan il-kaz u fl-ahhar mill-ahhar, ir-responsabbiltà tieqaf ghand il-Prim Ministru.
Dr Muscat fakkar ukoll dwar dikjarazzjoni tal-kandidat tal-PN Frank Portelli li qal li hemm korruzzjoni kbira fl-Enemalta u li meta mistoqsi jekk kienx qed jghid jekk il-korruzzjoni kenitx tal-power station, l-istess Portelli qal li dak li qed jirreferi ghalih hija korruzzjoni ferm u ferm ikbar. B’hekk, il-Mexxej Laburista rega’ staqsa jekk Lawrence Gonzi bghatx ghall-kandidat tieghu talbux jghid x’inhi din il-korruzzjoni l-kbira fl-Enemalta. Huwa qal li ghamel l-istess mistoqsija lill-Prim Ministru gimgha ilu imma Lawrence Gonzi baqa’ sieket.
Gonzi se jdur ghas-servizzi socjali
Dr Muscat qal li issa Lawrence Gonzi qed jinduna li ghandu problemi fil-finanzi tal-pajjiz u din il-gimgha baghat lill-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech jghid li l-gvern se jibda jirrevedi s-servizzi socjali. Huwa qal li l-istrategisti tal-PN ftehmu li jsemmmu kategorija wahda, lill-ommijiet wahedhom, biex idahhlu element ta’ ghira fost iz-zghir. Strategija li Joseph Muscat sejhilha meskina u konservattiva ta’ gvern instabbli. Filwaqt li qal li hawn min jabbuza minn dawn is-servizzi socjali u li dan ghandu jinqata’, huwa qal li issa wara s-servizzi socjali ghall-ommijiet wahedhom, imbaghad il-gvern se jibda’ jdur ghall-pensjonanti, romol, dawk li wegghu fuq postijiet tax-xoghol. Idur ghal nicec ta’ persuni biex ikisser lil min hu zghir.
Joseph Muscat appella u qal li dan huwa zmien fejn inkunu maghqudin u naqbzu ghal min hu zghir ghax jekk jitkisser iz-zghir jitkisser anke l-kbir u jekk int thalli lil min ikisser lil ta’ hdejk u lil gar u lil kull min hu madwarek, jekk imbaghad il-gvern idur biex ikisser lilek, ma jkollok lil hadd min jiddefendik.
Ghalhekk dan il-moviment gdid li qed jinbena madwar il-Partit Laburista, moviment gdid biex ikollna pajjiz ahjar, qal Joseph Muscat.
Il-hlas tat-taxxi
Il-Mexxej Laburista semma wkoll kif f’pajjizna tezisti sitwazzjoni bhalissa fejn min jevadi l-VAT, min jikkorrompi n-nies fid-dipartiment tal-VAT u hu korrott fid-dipartiment tal-VAT, naghtuh sentenza tal-qorti hafifa. Fl-istess hin min isibha facli jevadi t-taxxa u ma jhallasx dak li ghandu jhallas, jghidulu qabel l-elezzjoni li jista’ ma jhallas xejn, ghax wara l-elezzjoni jirrangawlu u tidhol amnestija.
Imbaghad inti, ic-cittadin onest, li t-taxxa tinqghatalek mill-paga, jew in-negozjant onest li jhallas dak kollu li ghandu jhallas, Lawrence Gonzi qed jghidlu li mhux se jnaqqaslu t-taxxi.
Joseph Muscat qal li meta l-Partit Laburista jitkellem dwar korruzzjoni, ma jkunx qed ifisser korruzzjoni tal-vopi, imma korruzzjoni tal-klieb il-bahar. Dan ghax f’kazijiet kbar jidher li hadd ma hu qed igorr ir-responsabbiltà politika, bhal ma gara bil-kaz ta’ korruzzjoni fid-dipartiment tal-VAT.
Dan meta llum nafu li l-korruzzjoni bdiet snin ilu, bdiet taht Lawrence Gonzi bhala ministru tal-finanzi, u l-Awditur Generali ghamel rapport shih dwar dan l-abbuz u qatt ma taw kasu. U biex inqabdet din il-korruzzjoni kollha kellu jkun xi hadd minn barra li kixef dan kollu.
L-iskema tal-bozoz
Joseph Muscat semma kif Imhallef iktar kmieni din il-gimgha kkummenta dwar l-iskema tal-gvern li jaghti l-bozoz fid-djar fejn ikkummenta li mhuwiex konvint li l-iskema li dahhal il-gvern kienet gusta u trasparenti. L-Imhallef qal li ma jistax jifhem kif kumpanija ddahhlet fl-iskema tat-tqassim tal-bozoz meta prima facae ma kelliex r-rekwiziti mitlubin. L-imhallef qal ukoll li mhuwiex konvint li dan sar bi zball u li ma jidhirx li hemm spjegazzjoni valida ghalfejn sar dan.
Dr Muscat staqsa kif hadd mill-Gvern, mill-Ministru li tahtu kienu jaqghu dawn id-decizjonijiet sal-Prim Ministru ma kkummentaw quddiem dikjarazzjonijiet daqstant serji mill-Qrati Maltin. X’qal dak l-Imhallef qieghed hemm ghal kull min ghandu widnejn biex jisma’ u mohh biex jifhem, sostna l-Mexxej Laburista.
Gvern instabbli
Dr Muscat qal li l-Partit Laburista se jkompli jikkoncentra fuq il-Gvern instabbli ta’ Lawrence Gonzi fiz-zmien li gej u qal li sfortunatament qeghdin f’sitwazzjoni fejn Gonzi huwa iktar fi hsiebu fl-instabbiltà interna fil-partit u l-gvern tieghu milli biex jirranga s-sitwazzjoni tal-pajjiz.
Dan huwa Gvern li tela’ bl-ghajta ta’ Gonzi jgib ix-xoghol u propju din il-gimgha statistika tal-Eurostat qed tghid li naqsu 1,300 impjieg iehor f’Malta. Dan huwa kollu minhabba ta’ decizjonijiet li ha, jew li ma hax, Lawrence Gonzi f’dawn l-ahhar xhur.
Dr Muscat qal li dan il-Gvern huwa instabbli minhabba Lawrence Gonzi stess li gab din is-sitwazzjoni b’idejh.
Sussidji
Dr Muscat qal li qabel l-elezzjoni generali Lawrence Gonzi ftahar li se jzomm is-sussidju fuq il-biedja, ftahar li se jzomm is-sussidju fuq it-turizmu u b’hekk hajjar lil min ried jinvesti f’dawn l-oqsma biex jinvesti, imbaghad wara l-elezzjoni beda jghid li se jnehhi s-sussidji.
B’dan il-mod qed jispicca jnehhi s-sussidji minn fuq certi oqsma u qed nispiccaw ahna nissussidjaw lil min jinsab id-dar qieghed ghax mhux jahdem. Dr Muscat sostna li ghandna nissussidjaw il-gid u noholqu l-gid biex b’hekk inkunu qed nissussidjaw ix-xoghol, mhux in-nuqqas tieghu,
Issa, qal Joseph Muscat , Lawrence Gonzi nduna li ghandu problema finanzjarja. Allura beda jibghad lill-ministru tal-finanzi jghid kif il-gvern se jnaqqas ‘l hemm u jnaqqas ‘l hawn, dan biex fejn ma jnaqqasx jidher qisha xi kisba tal-gvern. Dr Muscat sostna li dik hija tattika tal-passat. Ghax li jkollok ministru tal-finanzi jghid lil min qed jithajjar jinvesti fil-biedja jew f’oqsma ohra li se jnaqqas is-sussidji, allura jkun qed idahhal l-incertezza, nuqqas ta’ investiment u xoghol f’pajjizna.
Dr Muscat qal li l-Partit Laburista mhux se jtellef l-investiment lejn pajjizna, anzi jappoggja progetti kbar li joholqu x-xoghol u b’hekk jibqa’ jappoggja kull investiment kbir li thabbar. Ahna f’Malta rridu li l-barranin jigu jinvestu u kull darba li niltaqghu mal-barranin nghidulhom ejjew Malta u investu f’Malta biex jimpjegaw lill-Maltin, sostna Dr Muscat.
Min-naha l-Gvern qed ikisser il-familji u n-negozji bil-prezzijiet tad-dawl u l-ilma. Issa zgur li ma jistax jghid li d-dawl u l-ilma gholew minhabba l-prezz taz-zejt ghax meta l-prezzijiet taz-zejt naqsu fid-dinja kollha l-kontijiet f’Malta gholew. Dan minhabba li qed inhallsu ghall-innefficjenza, l-inkompetenza u l-korruzzjoni. Dan filwaqt li sahaq li l-korruzzjoni hija taxxa ohra ghax permezz taghha nispiccaw inhallsu kontijiet ghola.
Prezz tal-gass
Dr Muscat sahaq li fl-istess zmien il-prezz tac-cilindri tal-gass kwazi rdoppja u zdied b’91 fil-mija. Filwaqt li sostna li l-PL mghandu xejn kontra l-privat li jinvesti, fl-istess hin il-PL dejjem sahaq bl-importanza li naghtu kaz il-bzonnijiet socjali taz-zghir.
Meta ppressati fuq dan il-punt, fid-29 ta’ Settembru 2008, ftit inqas minn sena ilu, il-Ministru Tonio Fenech li kien jghid qabel l-elezzjoni li s-sussidju huma ruh socjali qal: “Evidentement il-gvern huwa konxju mill-impatt li dan jista’ jkollu b’mod partikolari fuq il-familji li jużaw il-gass sabiex isahhnu d-dar jew sabiex jużawh ghall-ikel. Ghalhekk il-gvern xorta jħoss li hemmhekk għandu jkun hemm xi forma ta’ ghajnuna ... U dan se nagħmluh għax aħna konxji li hemm hafna familji li għandhom low income u li jiddependu minn dan il-gass għall-uzu taghhom. Ghalhekk il-phasing out irid isir billi jkun hemm ghajnuna diretta ghall-familji li tassew huma fil-bzonn.”
Dr Muscat qal li minn dan ma sar xejn u jfisser li ma tistax toqghod fuqu lanqas meta jitkellem fil-Parlament. Lawrence Gonzi jaf li z-zghir se jaqla’ daqqa, ghaddiet sena u baqa’ ma ghamel xejn, sostna l-Mexxej Laburista.
Rapport tal-MCESD jaqbel mal-pozizzjoni tal-PL
Joseph Muscat irrefera wkoll ghal rapport li sar mill-MCESD fejn qalet, bhall-Partit Laburista, li llum l-ikbar problemi huma tal-gholi tal-hajja u l-impatt li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kellu fuq il-familji Maltin u Ghawdxin. Sostna li l-proposti tal-MCESD huma fuq il-linji tal-proposti li ghamel il-PL fil-konferenza nazzjonali dwar l-gholi tal-hajja. Kollha proposti biex f’pajjizna jiddahhlu certezzi fil-familji.
Dr Muscat qal li fil-budget li b’hekk jibqa’ jsostni li fil-budget li gej il-gvern ghandu jimpenja ruhu li jghid kemm tista’ tkun ir-rata massima tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-sena d-diehla u dan biex in-negozji u l-familji jkunu jistghu jippjanaw sew. Bl-istess mod rega’ sahaq li l-Gvern ghandu jimpenja ruhu biex fil-budget li gej jghid li mhux se jidhlu taxxi amministrattivi godda matul is-sena.
Weghdi qabel l-elezzjoni
Joseph Muscat tkellem ukoll dwar il-ftehimi kollettivi li gew iffirmati qabel l-elezzjoni u qal li siehbu stess fil-kabinett, John Dalli, qal lil Lawrence Gonzi f’wiccu li dak li wieghed qabel l-elezzjoni bil-ftehim kollettivi li ffirma ma jistghux jitwettqu. Dan ifisser li akkuzah f’wiccu li ffirma ftehim fejn wieghed kollox u lil kulhadd meta kien jaf li dawn ma jistghux jitwettqu.
Iffaccjat b’dan Lawrence Gonzi qal mhux li ma jfissirx li ghax iffirmajna xi haga qabel l-elezzjoni, bil-fors se ssir u li ma jfissirx li ma nistghux nergghu niddiskutuha.
Joseph Muscat sostna li jekk irid jerga’ jiftah in-negozjati kollha dwar il-ftehim kollettivi, il-PL ikun lest jappoggjawh, imma wara jerga’ jsejjah elezzjoni generali ohra ghax l-ahhar wahda ntrebhet fuq dak li wieghed lil kulhadd qabel l-elezzjoni li ghaddiet.