PL and PSE
 

Bzonn ta' moviment gdid li jhares 'il quddiem u jigbor fih lil kulhadd

leadimage

Il-partiti tal-bierah m’ghadhomx jghaddu fis-socjetà tal-lum u huwa b’hekk li hawn bzonn ta’ moviment gdid f’dan il-pajjiz, moviment li jhares ‘il quddiem mhux lura u li jigbor fih lil kulhadd. Issa huwa zmien storiku ghall-Partit Laburista li jifhem li hawn rieda ta’ bidla mill-maggoranza l-kbira tal-poplu Malti u huwa ghalhekk qeghdin fil-politika, mhux ghall-kumdità imma biex inwasslu messagg li rridu naghmlu pajjiz ahjar.

Il-Mexxej Laburista qal dan il-Hadd fil-ghodu meta kien qed jindirizza l-Laqgha Generali Annwali tal-Kumitat ta’ San Pawl il-Bahar.

Dan huwa moviment gdid, sahaq Joseph Muscat, li mhux joqghod igelled l-Indipendenza mal-Helsien. Imma huwa moviment li jirrispetta lil kulhadd ghax kulhadd ta’ sehmu ghall-pajiz li ghandna llum. Moviment li jemmen li l-istat qieghed hemm biex ihenn ghalik mhux jiehu t-taxxi minn fuqek. Moviment li jemmen li inti ma tixtrix il-kura, ghandek dritt ghall-aqwa kura anke jekk ma ghandek xejn il-bank. Moviment li jemmen f’ekonomija li tohloq il-gid ghax il-gid johloq ix-xoghol. Socjetà li temmen li l-istat u l-knisja mhumiex l-istess. Moviment li jemmen li l-istat ma jidholx fid-dar tieghek. Moviment li jemmen li jekk inti kapaci, tigi minn fejn tigi, ghandek id-dritt ikollok ic-cans kollu daqs haddiehor li tasal fejn trid tasal.

Lest jibqa’ jibdel

Dr Muscat qal li biex il-Partit Laburista jasal fejn ghandu jasal wara 25 sena biex imexxi l-pajjiz flok dan il-gvern li spiccawlu l-ideat irid ikun lest jibqa’ jibdel. Bidla ma tfissirx li tarmi lil xi hadd ghax ahna qeghdin fil-politika ghax nemmnu li kulhadd ghandu kontribut x’jaghti.

Imma rridu nsibu wkoll mill-gdid is-sens ta’ sagrificcju li ahna mhux qeghdin hawn ghall-glorja personali, fejn l-ideal huwa ikbar mill-glorja personali. Dan l-ideal gieli jfisser sagrificcju, u sagrificcju jfisser bidla, bidla f’kull livell anke ghal dawk f’kumitati u fit-tmexxija, qal il-Mexxej Laburista.

Joseph Muscat sostna li sena ilu l-Partit Laburista qabad trid li importanti u beda jitkellem fuq il-principji u l-ideali li jsawru l-PL. Wettaq bidla fl-istatut u permezz ta’ din il-bidla llum il-PL ghandu kumitati lokali li saru aktar rapprezentattivi tas-socjetà li nghixu fiha. Fis-socjetà li qed nghoxu fiha m’hawnx post ghall-partiti tal-bierah, imma rridu movimenti progressivi.

Moviment ta’ ghada

Il-partiti tal-bierah m’ghadhomx jghaddu ghas-socjetà tal-lum u b’hekk hawn bzonn moviment ta’ ghada. Moviment ifisser li tilqa’ madwarek nies differenti. Tilqa’ kemm lil dawk li kienu maghna spalla ma’ spalla fis-sittinijiet u kellhom il-kuragg li jivvotaw ghall-ideal li jemmnu fih anke meta kienu kkundannat.  Sahansitra nies li anke sofrew theddid personali u li xorta baqghu wara l-ideal socjalista.

Bl-istess mod, qal Dr Muscat, ghandu jkollna l-kuragg li lil dawk kollha li qed ihossuhom mill-gdid parti mill-moviment u li fil-passat tbieghdu minnha nghidulhom merhba. Bil-pika ghal xulxin ma naslu mkien. Issa huwa zmien storiku ghall-Partit Laburista li jifhem li hawn rieda ta’ bidla mal-maggoranza l-kbira tal-poplu Malti.

Il-Mexxej Laburista qal li hu sar Mexxej tal-Partit Laburista mhux biex isegwi imma biex mmexxi. B’hekk huwa determinat li jmexxi ‘l quddiem l-idea li nilqghu fil-PL lil dawk li sahansitra qatt ma kienu mal-PL. Sahansitra nies li kienu kontrina u li llum – mhux ghall-konvenjenza imma ghall-konvinzjoni – gejjin maghna.

Moviment li jilqa’ lil kulhadd

 

Dawk li jaghzluna huma l-principji taghna u wahda mill-ahjar affarijiet li ghamel dan il-Partit huwa li rega’ beda jitkellem fuq il-principji, qal il-Mexxej Laburista.

Huwa sostna li s-socjetà tal-lum u ta’ ghada hija s-socjeta tal-ideat u tal-ideali. Ghalhekk mhux se mmorru noqghodu lura u niccekkjaw kif dak jew l-ohra vvutaw fir-referendum u f’xi elezzjoni jew ohra. Dak li qieghed jaghzilna bhala parti minn dan il-moviment. Dan il-moviment li b’responsabbilità jilqa’ fih lil kulhadd.

Ghalhekk ghandu jkollna l-kuragg li dawk kollha li qed jerga’ jhossuhom parti mill-moviment nghidulhom grazzi talli gejtu lura, qal il-Mexxej Laburista.

 

Jien lest li mmexxi ‘l quddiem, difficli kemm hu difficli, l-idea li lil dawk li qatt ma kienu maghna, sahansitra dawk li kienu kontrina, jigu maghna. Dawn illum jafu li jistghu jaghmlu parti minn dan il-moviment ghax ahna mhux se nistmaw lin-nies abbazi ta’ kif kienu ivvutaw fil-passat, qal Joseph Muscat.

Fil-gimghat li gejjin se niehu decizjonijiet li juru li dan huwa moviment gdid, decizjonijiet li juru kif dan huma moviment li jhares ‘il quddiem. Dan il-moviment se jkun qed jibdel wicc pajjizna, sahaq il-Mexxej Laburista.

Dan mhux iz-zmien tal-firda imma zmien tal-ghaqda bejn nies li dejjem kien f’dan il-partit u dawk li telqu u li llum regghin gejjin. Qeghdin fil-politika mhux ghall-kumdita imma biex inwasslu messagg li rridu pajjiz ahjar, temm Joseph Muscat.

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME