Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u Mexxej Laburista Joseph Muscat jappella ghal revizjoni ta' certu protokolli fil-mod ta’ kif jigu ccelebrati l-Festi Nazzjonali taghna. Joseph Muscat qal dan f’kummenti lill-mezzi tax-xandir hekk kif dalghodu, permezz ta’ tqeghid ta’ bukkett ta’ fjuri f’riglejn il-Monument ta’ l-Indipendenza l-Floriana, huwa sellem lil Malta Indipendenti. It-tifkira ta’ dalghodu hija xhieda ta’ l-importanza li l-Partit Laburista jrid jaghti lill-festi nazzjonali kollha taghna.
Dr Muscat sostna li wasal iz-zmien li certu protokolli illi kienu miftiehma fi zminijiet ohra u li forsi kienu jghoddu ghal zminijiet ohra dawn jinbidlu. Il-Mexxej Laburista qal li bhala sinjal u gest tajjeb lill-poplu taghna wasal iz-zmien li fil-Jiem Nazzjonali taghna, kemm jekk Jum il-Helsien jew l-Indipendenza, Gvern u Oppozizzjoni jkunu maqghudin flimkien mal-President ta’ Malta sabiex fl-istess hin u fl-istess mument jaghtu gieh lil dak il-Jum Storiku.
Dan huwa sinjal illi dan il-poplu jrid jaghti b’turija ta’ rispett lejn il-waqtiet storici kollha tieghu. Sinjal, qal il-Mexxej Laburista, illi fl-istess hin li lest jiddiskuti r-relevanza u l-portata storika taghhom jibqa’ xorta wahda l-fatt li l-Jiem Nazzjonali kollha taghna huma ahwa ta’ xulxin. “Mhux li noghqodu ingelldu Jum Nazzjonali ma iehor izda li naslu ghal diskussjoni matura f’dan il-qasam”, tenna l-Mexxej Laburista.
Il-Mexxej Laburista fakkar li l-festi nazzjonali ghandhom ikunu punt ta’ ghaqda u mhux ta’ firda.
B’referenza ghad-diskussjoni li qed tizviluppa dwar Jum Nazzjonali wiehed, il-Mexxej Laburista Joseph Muscat appella biex din ma tiggenerax f’ballun politiku izda tkun is-Socjeta’ Civili li tistmula diskussjoni u tesprimi ruhha.