“L-ikbar bidla li jrid il-Partit Laburista hija dik li jhott is-swar ta’ madwaru”. Sostna dan il-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat meta kien qed jindirizza l-laqgha Generali Annwali tal-Kumitat Lokali tan-Naxxar. “Bl-ecezzjoni ta’ l-1996, din il-bidla dejjem xeklet lill-Partit Laburista milli jikseb il-maggoranza tal-poplu Malti u Ghawdxi. Meta nara dan kollu, jien m’iniex hawn biex naghmel l-izbalji tal-passat ghaliex l-izbalji tal-passat iwaslu ghar-rizultati tal-passat. Qieghed hawn biex niftah bibien u toroq godda. Toroq li jistghu ibezzghu lil xi whud, madanakollu huma dawn it-toroq il-godda li jistghu iwaslu ghal rizultati godda”, sahaq Joseph Muscat.
Bidla li hija difficli, madanakollu bzonjuza
Semma li ghal wisq snin u ghal wisq zmien il-Partit Laburista uza n-nifs u s-sahha kollha tieghu biex jitlaq jigri ‘l quddiem sabiex imbaghad sat-tmiem tat-tellieqa jaqta’ nifsu. Sahaq li din id-darba dan l-izball mhux ser issir. “Nafu fejn irridu naslu u nafu x’inhu l-ghan taghna. Qed nippjanaw bil-ghaqal biex dak l-ghan verament inwasluh”, sahaq il-Mexxej Laburista.
Meta kien qed jitkellem dwar il-bidla Joseph Muscat qal li “Il-bidla hija kelma li tattira madanakollu l-bidla hija difficli. Li kieku facli din il-bidla jaghmilha kulhadd. Iktar ma tkun bidla importanti iktar tkun bidla difficli, specjalment f’socjeta’ bhal taghna meta wiehed ikun jippreferi li l-affarijiet jibqghu l-istess. Madanakollu l-bidla ma tfissirx li tarmi lin-nies. Bidla tfisser tigdid fejn kulhadd jaghmel l-ahjar xoghol ghall-ahjar interess ta’ dan il-moviment li qed nibnu lkoll flimkien”, tenna l-Mexxej Laburista.
Il-bzonn ta’ progett gdid
Sahaq li dan il-pajjiz ghandu bzonn progett gdid fejn jidentifikaw mieghu eluf kbar ta’ nies li xebghu mill-medjokrita’ ta’ politici li huma ostaggi tal-passat. “Ahna kommessi mija fil-mija li naghtu l-futur lil pajjizna. Irridu nifhmu li dan huwa l-unika moviment li joftom mill-politika tal-passat. Spicca zmien tal-monopolji fil-politika”, sostna l-Mexxej Laburista. Sahaq li dik il-politika tal-monoplji ilha li spiccat u l-Partit Laburista messu ilu li nduna li spiccat. Kienu bosta dawk li twieldu fil-Moviment Laburista, li ghal ragunijiet varji ma baqghux mal-Partit Laburista, sahaq Joseph Muscat.
“Li noqghodu nheddew fuq il-passat ma jaghmilx gid ghall-Partit Laburista. Filwaqt li ghal haddiehor kienet l-ordni tal-gurnata fejn naraw nies li m’ghadhomx jiffurmaw parti mill-Partit Laburista issa qed naraw zminijiet godda. Qed naraw nies li qed jissiehbu ghall-ewwel darba mal-Partit Laburista. Dan huwa jum gdid fejn mhux ninkwetaw kemm qed jitilqu nies mill-Partit Laburista izda nharsu kemm gejjin nies godda mal-Partit Laburista. Dan huwa l-waqt li nifhmu u nqumu fuq saqajna fl-istesss hin li ma narmux lil dawk li dejjem kienu mal-Partit Laburista”, tenna l-Mexxej Laburista.
“L-istedina tieghi hija li nafdaw biex mill-kliem dan il-Moviment jghaddi ghall-fatti. Jien m’iniex ser naqta’ qalbi u perswaz li ser insib l-ghajnuna taghkom ukoll f’dan il-moviment storiku ghall-pajjizna. Jehtieg li naghtu t-tama lil min qata’ qalbu”, sahaq Joseph Muscat.
Il-Mexxej Laburista qal li bhalissa jezisti kunsens nazzjonali li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi miexi fit-triq il-hazina u titkellem ma min titkellem in-nies qed ihossu lid an huwa Gvern intabbli bi Prim Ministru ostagg tieghu nnifsu li jew ma jridx inkella ma jistax jiehu d-deczjonijiet.
Elezzjonijiet 6 ta’ Gunju
Tkellem dwar ir-rizultati miksuba kemm fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u anke dawk tal-Kunsilli Lokali, inkluz fin-Naxxar. Semma li ghall-Partit Laburista l-elezzjonijiet ta’ Gunju illi ghadda dawn kienu l-punt tat-tluq u mhux tal-wasla. Dan kien rizultat li l-Partit Laburista jrid ikompli jibni fuqu. Semma li bl-elezzjoni dwar ir-ratifika tat-trattat fl-Irlanda l-gimgha d-diehla dan huwa mistenni li jiftah il-bidu sabiex Malta takwista s-sitt siggu fil-Parlament Ewropew, bil-Partit Laburista jiehu r-raba siggu fil-PE.