Il-Ministru Austin Gatt huwa fid-dmir u d-dover li jwiegeb kif it-Tarnza, azzjenda pubblika li politikament kien u ghadu responsabli minnha, tilfet mal- 40 miljun ewro fuq zewg kuntratti tal-vapuri Fairmount. Joseph Muscat qal li bl-istess mod li Austin Gatt ma ddejjaq xejn jikkonferma li huwa fid-dover tieghu li jindahal f’korporazzjonijiet jew azzjendi pubblici li jaqghu tahtu sabiex b’hekk l-affarijiet isiru kif irid hu, anke jekk dan askapitu tal-management, hekk ukoll irid iwiegeb dwar x’wassal biex it-Tarnza titlef eluf kbar ta’ ewros minn zewg kuntratti fuq il-vapuri Fairmount. Sostna dan il-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat meta kien qed jindirizza l-laqgha Generali Annwali tal-Kumitat Lokali tan-Naxxar.
Joseph Muscat qal li fi stqarrija mibghuta mill-istess Ministru, huwa kkonferma l-indhil politiku tieghu fil-Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjonijiet jew Azzjendi Pubblici ohra tal-Gvern li jaqghu tahtu, anke jekk dan askapitu tal-management. Joseph Muscat qal li skont il-Ministru b’dan l-indhil ikun assigurat li l-affarijiet isiru kif irid hu. Bl-istess mod li ma ddejjaq xejn jindahal fil-Korporazzjoni Enemalta, ghaliex kien fid-dmir tieghu li jindahal sabiex b’hekk l-affarijiet isiru kif irid hu, hawn Joseph Muscat qal li issa Austin Gatt jrid iwiegeb ghaliex t-Tarzna ghamlet telf ta’ kwazi 40 miljun ewro minn fuq 2 kuntratti tal-Fairmount. “Meta t-tarzna ffirmat dawn iz-zewg kuntratti kien Austin Gatt innifsu li qal li din l-azjenda kellhom igibuha fuq saqajha”, sahaq Joseph Muscat.
Dawn il-weghdi fiergha ghandhom jinkwetaw lil kulhadd ghaliex dawn il-flus kollha haduhom mill-but tal-familji Maltin u Ghawdxin li bhalissa ghal ragunijiet varji qed jigu imcahda mill-ghajnuna ta’ l-istat. “Din l-irresponsabilita’ tkompli tikber meta mbaghad isir maghruf li l-Gvern u Austin Gatt ppremettew lic-CEO tat-Tarzna jitlaq fl-istess hin li l-istess persuna li ffirmat dawn il-kuntratti thalliet titlaq 6 xhur biss wara li gie firmat dan il-ftehim”, sahaq Joseph Muscat.
F’dan il-kuntest il-Mexxej Laburista semma indhil politika iehor li ssema b’persistenza dan l-ahhar, din id-darba fl-Enemalta.
Indhil politiku fl-Enemalta
Fakkar kif aktar kmieni din il-gimgha l-ministru koncernat kien kostrett jippublika r-rapport li jikxef dan kollu. Madanakollu l-Mexxej Laburista qal li minkejja illi Austin Gatt ppublika dan ir-rapport huwa nehha partijiet essenzjali ta’ l-istess rapport. “Madanakollu anke minn dak li ppublika, dan ir-rapport jikkonferma li Malta qed tikser regoli ambjentali ta’ l-UE. Jien cert li l-PM qabel l-Elezzjoni Generali kien jaf li qed jinkisru r-regoli Ewropew fl-istess hin li ppoza fl-isfond ta’ billboard li l-Maghtab qed iwarrad”, sahaq Dr Muscat.
“Jew Lawrence Gonzi kien fi shab inkella l-Kap Nazzjonalista u l-PM huwa giddieb”, tenna Joseph Muscat.
L-iskandlu tal-Powerstation
Meta kien qed jitkellem dwar l-iskandlu tal-bini tal-Power Station, l-Mexxej Laburista semma l-mozzjoni imressqa mill-Partit Laburista. Fakkar kif Lawrence Gonzi, fl-ewwel guranat tal-Parlament bezgha jiddiskuti din il-mozzjoni u l-mod li bih intefqu u tberqu flus il-poplu fuq il-bini tal-powerstation ta’ delimara. Fakkar kif fin-nofs hemm miljuni kbar ta’ ewro minfuqa hazin, fosthom 4 miljun ewro f’kummisjoni. Ukoll, semma kif wiehed mill-kuntratturi li ha xoghol tal-bini tal-powerstation, f’wahda mill-kumpniji tieghu, jimpjega lic-chairman ta’ l-istess Enemalta, Alex Tranter. “Jien konvint li ghandu nies fil-Grupp Parlamentari tieghu u l-Kabinett li qed isaqsuh kif qed jigru dawn l-affarijiet”, sahaq Jospeh Muscat.
F’dan ix-xenarju kollu, l-Mexxej Laburista fakkar kif f’nofs il-process l-Gvern induna li t-tender t’apparat gdid fil-Power Station ma jistax imur ghand il-kumpanija li suppost kellha tiehu t-tender. Il-Mexxej Laburista qal li flok bidlu l-aparat l-Gvern qabad u biddel il-ligi sabiex ikun gustifikat lil min kellu jinghata l-kuntratt.
Il-Mexxej Laburista sahaq li minhabba dan kollu huwa biss l-poplu Malti u Ghawdxi li qed ikollu jaghmel tajjeb fejn fost l-ohrajn il-Maltin u Ghawdxin qed ikollhom jigu imcahhda mill-aktar affarijiet bazici bhal servizz ta’ sahha ahjar. “Il-korruzjoni hija taxxa ohra”, qal Joseph Muscat.
Proposti li baqghu mhux milqugha
Joseph Muscat semma kif kien il-Partit Laburista li aktar kmieni dan is-Sajf ressaq proposti biex il-Gvern ma jibqax jitfa’ aktar pressjoni fuq il-prezzijiet tal-prodotti f’pajjizna. Sahaq li l-proposti biex il-Gvern jiffissa t-tariffi massimi tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma u jifriza t-tariffi tieghu halli b’hekk ma jkunx hemm pressjoni fuq il-prezzijiet, dawn waqghu fuq widnejn toroq. L-istess dwar il-prezz tal-hxejjex u l-frott fejn il-Gvern qed jirrifjuta milli jinvestiga kif fl-istess hin li l-bidwi qed igib prezz dejjem anqas tal-prodott tieghu l-familji Maltin u Ghawdxin qed ihallsu prezzijiet dejjem akbar. “X’qed jigri bejn il-bidwi u bejn tal-hanut? Lawrence Gonzi jaf x’qed jigri u ghandu jkollu l-kuragg kif kellhom il-Ministri Laburisti tal-passat meta dahlu fil-pitkaliji u qabdu l-barri minn qrunu biex jindirizzaw l-affarijiet”, sahaq Joseph Muscat.
Tkellem dwar l-MTA u s-sitwazzjoni fejn ic-chairman ta’ l-MTA ma jridx jghid kemm qed jiehu flus kumpanijiet tieghu stess mill-istess MTA. Huwa appella dawn il-mistoqsijiet ghandhom jigu indirizzat ghaliex wara kollox fin-nofs hemm flus il-poplu. Dwar it-turizmu ukoll, il-Mexxej Laburista qal li huwa tal-misthija kif dan il-Gvern qghad jistenna Sajf iehor jghaddi qabel idahhal managers turistici f’zoni li qed jaqghu bicciet, fosthom Bugibba.
“Qed nghixu f’sitwazzjoni fejn il-medjokrita qed taqa bicciet”, sahaq Joseph Muscat. Hawn il-Mexxej Laburista semma dak li ghamel kaptan tal-Gozo Channel li biex jigbed l-attenzjoni tan-nuqqas ta’ sigurta li tezisti fuq il-flotta kellu jidhol l-Qorti. Fakkar kif imbaghad din l-istess persuna spiccat giet sospiza minn fuq il-post tax-xoghol. “Dan huwa l-ispirtu tal-whistle blower act li dan ftahar biex Lawrence Gonzi”, sahaq Joseph Muscat.
Gvern instabli medjokri u dghajjef
Joseph Muscat akkuza lill-Gvern illi qed jahseb li jista jmexxi bil-konferenzi ta’ l-ahbarijiet. Semma dak li qal il-Gvern fejn skont hu permezz ta’ skema partikolari l-pajjizi l-ohra ta’ l-UE ser jiehdu ma’ l-2000 immigrant minn pajjizna. Fakkar, kif madanakollu fil-jiem li ghaddew sar maghruf li minn 26 pajjiz ta’ l-UE, 6 biss accettaw li bejnithom jiehdu mal-mitt immigrant minn pajjizna. “Jien nghid li meta ffacjat b’dawn l-affarijiet pajjizna jehtieg Gvern li jrid ikun sod mal-barrani. Din l-ghajta hija relevanti aktar minn qatt qabel. Dak li qed issir minn Brussel huwa insult ghal mod ta’ kif dawn il-pajjizi qeghidn jitrattaw lill-pajjizna. Dan il-Gvern jrid li l-insult isir ferm ikbar ghaliex Lawrence Gonzi qed iqis dan kollu daqs li kieku xi akwist. Akkwist ikun meta l-2000 persuna li imwieghed, l-pajjizi ta’ l-UE jehduhom kollha kemm huma minn pajjizna”, sahaq Joseph Muscat.
Gvern li jinteressah biss mic-ciklu elettorali
Dan huwa Gvern li jineterssah biss minn dak li ser jigri fl-Elezzjoni Generali. “Jinteressah fil-poter u mhux li jiggverna u jmexxi lil dan il-pajjiz”, sahaq Joseph Muscat. Dr Muscat sahaq li bhalissa ninsabu f’sitwazzjoni fejn qabel l-Elezzjoni Generali l-Gvern ma ddejaq xejn jissusidja izda issa ma jridx jonfoq imqar centezmu wiehed biex jghin lill-familji Maltin u Ghawdxin, l-aktar dawk fi stat batut. “Lil dawn il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi ma jridx jghinhom. Dan huwa Gvern rresponsabli li jrid jilghab bik, juzak u imbaghad jarmik”, sahaq Joseph Muscat.
L-MUT u l-MUMN esponew din is-sitwazzjoni fid-deher meta sahqu li ghandhom sitwazzjonijiet ta’ membri minn taghhom li qed jghixu wahedhom illi qed jintbaghtulhom kontijiet tad-dawl u l-ilma qarrieqa. Dawn in-nies, qal Joseph Muscat, qed jindunaw li minkejja illi fir-residenza qed jghixu wahedhom flok eko-riduzzjoni ta’ persuna wahda mhu qed jiehdu xejn. “Dan iffiser li dawk li qed jghixu wahdehom mhux qed jigu stamti u r-residenza qed tigi stmata daqs li kieku xi garaxx. Anke jekk dawn in-nies huma ftit dan il-moviment ser jiddefendihom”, tenna Joseph Muscat.
Dwar il-Press tal-Gass, il-Mexxej Laburista qal li l-Partit Laburista jaqbel mal-kompetizzjoni f’dan il-qasam. Qabel l-Budget tas-sena l-ohra fakkar, li l-Gvern kien qal li ser jghin lil dawk l-aktar batuti. Din l-ghajnuna ma wasletx. “Qed jghid biex nistennew sal-budget li gej. Jien nghidlu biex dahalt tariffi jew pizijiet ma qghadtx tistenna. Din hija l-ipokrezija biex jehodlok ma joqghodx jistenna madanakollu biex jaghtik xi haga li imbaghad tinduna li seraqielek trid tistenna gurnata wahda fis-sena. Din hija medjokrita”, semma l-Mexxej Laburista.
Quddiem dan kollu, temm jghid il-Mexxej Laburista, fejn pajjizna huwa mdewwed bil-medjokrita’, tikber it-tama sabiex ghada jisbah jum ahjar. “Dalwaqt jasal iz-zmien li flimkien naghtu sinjal kbir Nazzjonali li permezz tieghu nuru li dan il-poplu qam fuq tieghu u mhu ser ihalli lil hadd jidhaq bih. Dan huwa sinjal fejn dan il-poplu jemmen li s-sewwa jirbah zgur”, sahaq Joseph Muscat.