PL and PSE
 

l-poplu dizappuntat b'dan il-gvern medjokri u nstabbli

leadimage

Wasal iz-zmien li l-poplu jsemma lehnu, spicca z-zmien li dan il-poplu jbellghulu l-idea li mhux demokratiku li l-poplu jsemma’ lehnu u jmur fit-toroq biex b’mod pacifiku jesprimi dak li ghandu jesprimi. Jesprimi d-dizappunt tieghu f’dan il-gvern medjokri u instabbli. Meta jasal il-waqt il-Partit Laburista se jaghmel l-appell tieghu biex naghtu sinjal li s-sewwa jerbah zgur.

Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt intervista fuq Super One radio llum wara nofs-in-nhar.

Huwa qal li wasal iz-zmien li nergghu nuru anke fil-Parlament li l-Partit Laburista, li jirrapprezenta lil dawk in-nies li jridu socjetà ahjar, mhu se jhalli lil hadd jghaddi minn fuqu. Diga’ rnexxielna bil-mozzjoni dwar il-Konkatidral u spicca biex Lawrence Gonzi rtira mill-progett ghax kien jaf li se jitlef vot fil-Parlament.

Bl-istess mod jien qieghed inhares u nara kemm hu stabbli dan il-Gvern bil-vot dwar il-mozzjoni tal-powerstation – minghajr hadd ma jimla’ rasu – imma rrid li kull membru Parlamentari kemm min-naha ta’ Lawrence Gonzi u anke min-naha tieghi jerfa’ r-responsabbilta. Ghax issa ghalxejn  toqghod tparla u ghalxejn tfesfis li ma taqblix. Issa l-fatti u l-fatt huwa l-vot u rridu mmorru ghall-vot.

Il-Mexxej Laburista tkellem fit-tul dwar l-importanza tat-tibdiliet li ghaddejjin fi hdan il-Partit Laburista.

Huwa qal li xogholu bhala Mexxej Laburista mhuwiex li jintghogob, imma li jbiddel, jerbah l-elezzjoni generali, li jiggverna dan il-pajjiz bi gvern stabbli, xoghli huwa li nbiddel il-pajjiz. L-elezzjoni generali is m’ghadix holma. Il-kisba ta’ gvern Laburista m’ghadix holma, imma xi haga li nistghu niksbu flimkien.

Wahda mill-punti li xekklitna milli naghmlu dan fl-ahhar snin hija l-firda fejn ghal wisq zmien konna nitkellmu u nghidu li ghax dan ta’ dak, dak tal-iehor. Dak iz-zmien spicca ghax ahna kollha nemmnu fil-moviment progressiv. Il-kliem huwa rhis, imma l-punt huwa l-fatti, qal Dr Muscat.

Huwa sahaq li hafna drabi jkun hemm it-tentazzjoni li biex l-affarijiet jibqghu ghaddejjin halli ma jkunx hemm mewg. Imma dik ma tkun bidla xejn u ma tkunx qed tara jekk verament kull min hemm madwarek ikunx qed jemmen l-istess li qed temmen int.

Bidliet

Dr Muscat qal li fix-xhur li ghaddew huwa wieghed li se jkollna bidliet u dawn iddiskutejthom ma’ shabi u ddiskutejt il-bidliet ma’ persuni li naf u perswaz li ghandhom l-ideal tieghi ta’ moviment. L-istess ideal tieghi li fl-ahhar ikun hawn gvern laburista – mhux tal-jumejn – imma Gvern Laburista li jkollu snin bizzejjed biex iwettaq ibiddel u jwettaq dak li ghandu jaghmel.

U ghamilt il-proposti u ghazliet difficli tieghi. F’dawn is-sighat thabbar li jason Micallef mhux se jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Generali imma se jkun qed imexxi l-mezzi tax-xandir tal-ONE Productions. Jien perswaz li Jason se jaghmel bicca xoghol tajba hafna fil-kariga l-gdida tieghu. Perswaz ukoll li jemmen fl-ideal taghna lkoll. Jemmen li ghandna nkomplu nuzaw il-kapacitajiet ta’ kulhadd u l-ahjar nies fl-aktar postijiet fejn jistghu jahdmu ahjar.

Dak huwa d-dmir tieghi bhala mexxej tal-Partit. Id-dmir tieghi mhux li jcapculi jew li naghmel erba’ snin kulahdd jifrahli mbaghad tigi Elezzjoni u nitlifha. Joseph Muscat ghandu hafna difetti, imma difett wiehed ma ghandux. Ma jitlifx elezzjonijiet – s’issa kull Elezzjoni li kkontestajt irbahtha ghax dejjem kien hemm sens ta’ realizmu. U naf li Jason ghandu l-istess ideal tieghi u ghalhekk wasalna flimkien ghal din id-decizjoni. Xoghli huwa li mmexxi u li niehu decizjonijiet difficli. U huwa hawnhekk tidhol id-differenza. Li ghandna nies li ghalihom il-PL huwa ikbar minnhom infushom. Nies li lesti jaghmlu anke sagrificcju personali biex naraw lid an il-partit jimxi ‘l quddiem. It-tieni punt li bidla ma jfissirx li tarmi. Kulhadd ghandu postu f’dan il-movimrnt. Issa huwa z-zmien li jekk se nbiddlu se nbiddlu u nbiddlu b’mod deciziv. Imma ma jfissirx li tibdel biex ma jfissirx li titlef imma ccaqlaq li l-funzjonijiet jinbidlu bl-ahjar mod. Issa beda z-zmien li nghidu li dak gej lura, dik gejja maghna, dak qieghed maghna imma f’post iehor, dak li fl-antik kien maghna gej lura.

Ghalhekk inhares f’sitwazzjoni li jkollna nies godda li gejjin maghna. Nies li gejjin mill-partit l-iehor. M’hemm ebda konvenjenza li tigi mal-Partit Laburista, jekk inti identifikajt ruhek mal-PL, lawrence Gonzi se johrog ghalik bil-makkinarju tal-gvern, f’sens politiku. In-nies li gejjin maghna jemmnu b’konvinzjoni. Gejjin nies ta’ 16, 17-il sena lejn il-PL. Xi haga li qed taghtini pjacir kbir huma t-tnedijiet tal-FZL f’lokalitajiet differenti u l-ammont ta’ zghazagh u entuzjazmu gdid li qed nara f’dan il-partit. Bl-istess mod, Joseph Muscat irrefera ghal dawk li ilhom fil-partit bhala suldati tal-azzar u qal li dawn zgur mhux jintremew jew jinsew u lanqas se jinsa t-tbatijiet il-kbar li ghaddew minnhom fil-passat, li ghaddew minnhom fl-ahhar snin u li ghadhom jghaddu minnhom.

Ghandi bzonn is-suldati tal-azzar biex inkomplu nwettqu l-bidliet, li jaghrfu li l-ideal ghandu jnebbahna u jwassalna.

Kategorija dizilluza minn Gonzi

Hemm din il-kategorija ta’ nies li thossha ltima tal-partiti politici b’mod partikolari tal-PN li ilha tivvutalu u qed thares ghal alternattivi. Il-PL dejjem kien jasal ma’ dawn in-nies imma fl-ahhar jitlifhom. Irridu nuruhom li ahna m’ahniex il-monstri li jpenguna.

Sahaq li wahda mill-punti li strategikament il-PL bata minnhom hafna mit-tmeninijiet sal-lum kien li ma setax jaghmel konnessjoni ma’ certu setturi tas-socjeta li jista’ jkun li lahqu dak l-istat bis-sahha tal-PL imma li ma baqghux jidentifikaw ruhhom mal-partit u daru fuq il-PN bhala d-dar naturali taghhom.

Issa dawn in-nies jinsabu dizappuntati u dizilluzi ghax id-dhul ta’ Malta fl-UE qed jaraw li l-bidla ma waslitx. U jidentifikaw ir-raguni ta’ dan id-dizappunt f’Lawrence Gonzi ghax huwa politiku konservattiv, li ma jrid ibiddel xejn, li jintressah li jkollu l-poter mhux li l-pajjiz jimxi ‘l quddiem u li jqum biss sitt xhur qabel l-elezzjoni u jorqod wara l-elezzjoni. Politiku li ma jarawx fih il-valuri liberali li huma l-essenza tal-Ewropejizmu.

U dawn in-nies li kienu mal-PN matul iz-zmien ghax emmnu li l-PN setghu jbiddlu issa qed jaraw li Lawrence Gonzi mhux qed iwettaq. U issa dawn in-nies qed jaraw tama fil-PL li ma jidhakx bin-nies, li jghid l-affarijiet kif inhuma fejn dak li huwa iswed jghidlu iswed, u fejn dak li hu abjad jghidlu abjad u jiehu l-mizuri biex insiru Ewropej bil-fatti mhux fuq il-karta. Ghax s’issa qeghdin fl-Ewropa jew ghall-ghadma biss jew biex l-affarijiet biex jibqghu fuq il-karta.

Ahna ghadna nemmnu li hija r-regola li jkollok gvern arroganti. Minghalina li biex tiehu kuntratt tal-powerstation trid ixxahham, jew li hija r-regola li jkollok korruzzjoni fid-dipartiment tal-VAT anke dik mhijiex ir-regola imma l-eccezzjoni. Bhal ma jkollok kuntratt ta’ zewg vapuri li suppost se jsalvaw it-tarzna u titlef minnhom €37 mijlun. Dak li jghaqqad dan kollu huwa Lawrence Gonzi. Gonzi ma jistax imexxi dan il-pajjiz biex ikun pajjiz Ewropew.

U dawn in-nies li kienu mal-PN matul is-snin u vvutawlu forsi anke sal-2008, qeghdin jaraw li mhemmx tama aktar fil-PN immexxi fuq Lawrence Gonzi u qed iduru jfittxu alternattiva.

U issa t-test taghna ta’ kredibbiltà u t-test taghna li wara l-ghajta ta’ Moviment Gdid ghal Pajjiz Ahjar hem mil-fatti. Issa jien naf xi thossu intom, x’inhuma l-wegghat taghkom u bkejt maghkom ma’ kull Elezzjoni li tlifna u xoghli huwa li ma nibkux iktar.

Xoghlna huwa li naccettaw lil dawk kollha lil dawk li gew maghna u naccettawhom minghajr ma noqghodu nintilfu fil-passat. Anke lil dawk kollha ma kienux maghna lezzjoni li rridu nitghallmu darba ghal dejjem.

Mument storiku eccezzjonali

Dr Muscat qal li t-test bhala Partit Laburista huwa li naccettaw maghna anke lil dawk kollha li ma kienux maghna. Dan huwa mument storiku eccezzjonali ghall-Partit Laburista illi jekk jaghraf jahtfu jista’ jwassal mhux biss ghal rebha fl-elezzjoni generali imma jista’ jwassal ghal pagna storika gdid ghal pajjizna – qeghdin naghmlu l-istorja ta’ pajjizna bhalissa.

Fl-amministrazzjoni tal-Partit ghedna li kuldarba qed tinholqilna barriera biex il-messagg taghna jasal ghand din il-kategorija tas-socjetà. Filwaqt li n-Nazzjonalisti ghaddejjin b’sistema li johdolna nies li sa mit-twelid taghhom dejjem ivvutaw lill-Partit Laburista. min-naha l-ohra ahna kuldarba nibzghu niehdu l-passi kuragguzi li hemm bzonn u nidhlu f’ghalqa li nahsbu li huma tan-Nazzjonalisti ghax dejjem qtajna qabel minn qabel li nibdew nahdmu fuqhom. Jien konvint li jekk hemm 400,000 ruh f’Malta u Ghawdex kollha kemm huma ghandna nwasslulhom il-messagg.

Issa rridu nippenetraw dak is-settur tas-socjetà. Irridu nippenetrawha billi niehdu passi kuragguzi. Il-fatt li ghandna eks-esponent ewlieni tal-PN – l illum il-gurnata hija parti mit-tim taghna – mhux tmexxi hi – imma hija parti minn grupp ta’ nies li jaghtu l-pariri. Pass li se jaghti l-frott tieghu biex naraw li ma jergax ikollna gvern iehor ta’ Lawrence Gonzi.

Ma’ Marisa Micallef tkellimt fit-tul u naf minn certu kuntatti. Hi ghazlet li ma tivvutax fl-elezzjoni genrali u kemm kienet dizappuntata u kienet taf li Gvern Nazzjonalista iehor se jwassal ghal dizastru. Minn hemmhekk bdejna nitkellmu. Nemmen li hi tirrapprezenta settur ta’ nies li huma dizilluzi mill-gvern ta’ Lawrence Gonzi. U permezz ta’ dan il-moviment nistghu nizguraw li f’elezzjoni generali li jmiss taghti rizultat car hafna minghajr ekwivoci li jwassal ghal gvern stabbli u li jwassal ghal progett politiku gdid. Li nkunu kburin b’pajjizna. Mhux sitwazzjoni li tisthi minn barrani li jigi Malta bit-toroq u l-korruzzjoni u l-inefficjenzi.  Imma rridu naghmlu pajjiz li nergghu nkunu kburin bih, pajjiz Ewropej fejn int jekk minitix tal-qalba ta’ Lawrence Gonzi xorta tasal fejn ghandek tasal.

Joseph Muscat qal li tajjeb niftakru minn fejn tlaqna lkoll f’dan il-progett ambizzjuz ghall-PL. Huwa qal li meta f’Marzu tal-2008 il-Partit Laburista tilef l-elezzjoni generali kienu bosta n-nies li avvicinawh biex jikkontesta ghal mexxej. Nies li kollha heggewh biex jiehu din l-isfida u kienu jiem ta’ riflessjoni – u hasibha fit-tul minhabba li l-hajja tieghu, tal-familja tieghu kienet se tispicca l-privatezza u x-xoghol li tant kont ihobb fil-Parlament Ewropew.

Huwa sostna li fil-lejl li ddecieda li jikkontesta ghal mexxej ghamel punt wiehed car f’mohhu. Illi jekk jinghata l-fiducja bhala mexxej se jkun qed jibdel il-wicc tal-politika f’Malta.

Il-vizjoni tieghi, qal Joseph Muscat, ma kenitx li nsir mexxej imma li rrid nbiddel l-affarijiet – gewwa l-partit taghna u nohloq moviment li jibdel f’Malta. Huwa qal li din hija storja ta’ generazzjoni li ma tafx xi tfisser li jkollok Gvern Laburista. Generazzjoni li tahseb b’mod differenti minn ta’ qabilha. Generazzjoni li sal-lum hija minsija u li jiftakru fiha biss fl-elezzjoni. Generazzjoni li hija dizilluza fil-partiti tal-bierah.

Dr Muscat qal li hu qieghed immexxi partit li bl-eccezzjoni tal-1996 l-ahhar darba li kiseb il-maggoranza kien fl-1976. Qal li jekk huwa bhala mexxej jaghmel l-affarijiet tas-soltu se niehdu r-rizultati tas-soltu.

Stil gdid ta’ politika

Biex inbiddlu dawn l-affarijiet, qal Dr Muscat, ma nistawx nuzaw ir-ricetti tal-bierah. Irridu mmorru ghal stil totalment gdid kif issir il-politika li qed jitkarbu ghalih il-Laburisti u dawk kollh ali jixtiequ jaraw pajjiz ahjar, sahaq Dr Muscat.

Joseph Muscat qal li diga ksibna rizultati u rbahna l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew b’35,000 maggoranza. L-akbar ammont li qatt inkiseb minn moviment politiku minn zmien il-gwerra ‘l hawn.

Dr Muscat qal li kien ikun facli li joqghod bil-qieghda u ma jaghmel xejn. Is-6 ta’ Gunju kien punt tajjeb hafna u ksibna r-rizultat ghax tkellimna fuq il-futur li jghaqqadna. Ma qghadnix nghidu lil min ried jivvutalna jekk ivvotawx iva jew le fil-passat, jew ghax fil-passat kien kontrina. Iffukajna fuq il-futur. Issa fadal hafna aktar x’isir u l-punt krucjali li rridu nifhmu huwa li ahna lkoll, dawk kollha li jemmnu f’dan il-moviment, ghandhom post f’dan il-moviment. Fuq kollox jien kommess li ssir gustizzja ma’ dawk kollha li sofrew ingustizzja, u kommess li ma jsirux iktar ingustizzji.

Huwa qal li bhala Mexxej tal-PL ma jistax jibza’ jaqbez ghal min hu dghajjef. Qal li isib hbieb li jghidulu biex ma jaqbizx ghall-ommijiet wahedhom. Min qed jabbuza ghandu jiehu dak li haqqu. Imma nwissi lil dawk kollha li jemmnu flideal socjal demokratiku, thallux lil min jifred u jsaltan ghax jekk jirnexxielu jdur fuq l-ommijiet wahedho, imbaghad jibda jdur fuq ir-romol, idur fuq il-pensjonanti, idur fuq min ghandu l-beneficcju ghax wegga’ fuq il-post tax-xoghol  finalment idur fuqek ukoll.

Irrid koalizzjoni socjali gdida fejn il-haddiema, il-middle class, pensjonanti, nies wahedhom, l-istudenti, in-nies li se jivvutaw ghall-ewwel darba jinghaqdu wara dan il-moviment. Dan il-mument krucjali wasal fil-hajja politika ta’ dan il-pajjiz, sostna l-Mexxej Laburista.

 

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME