PL and PSE
 

Joseph Muscat jiltaqa' ma' Delegazzjoni mis-Senat tar-Repubblika Ceka

leadimage

Lejliet il-vot referdarju fl-Irlanda, il-Mexxej Laburista ghal darb’ohra reggha tenna l-appogg tieghu u tal-Partit Laburista favur t-trattat ta’ Lisbona, liema trattat sahaq Dr Muscat jekk kemm –il darba jidhol fis-sehh mistenni jhalli impatt dirett fuq pajjizna. Sostna dan il-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat meta dalghodu laqa fl-Ufficcju tieghu, fic-Centru Nazzjonali Laburista l-Hamrun, Delegazzjoni mis-Senat tar-Repubblika Ceka. Dr Muscat qal li r-ratifikazzjoni ta’ dan it-trattat tfisser hafna ghal Malta, inkluz siggu iehor fil-Parlament Ewropew li b’rizultat tas-6 ta’ Gunju li ghadda dan ser ikun qed jinghata lill-Partit Laburista.

F’diskors qasir li ghamel fil-bidu ta’ din il-laqgha, il-Mexxej Laburista radd hajr lid-Delegazzjoni Ceka ta’ din iz-zjarja. Huwa spjega x-xoghol politiku li qed jaghmel il-Partit Laburista, liema hidma qal Dr Muscat hija komessa mija fil-mija favur il-familji, il-haddiema u l-middle class li bhalissa qed jiffacjaw zminijiet difficli minhabba l-mizuri impost mill-Gvern tal-gurnata. Spjega kif bhalissa dan huwa zmien difficli ghal familji Maltin u Ghawdxin u l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi mhu jaghmel xejn biex iwiezen dawn it-tbaghtijiet.

Min-naha tieghu, ic-Chairman tad-Delegazzjoni mis-Senat tar-Repubblika Ceka Ludek Sefzeg radd hajr lill-Mexxej Laburista ghal din il-laqgha u fahhar l-irwol ta’ l-Oppozizzjoni fil-Parlament Malti. Huwa ta’ spjega ta’ kif tahdem is-sistema politika fil-pajjiz kif ukoll wera t-tama tieghu li t-Trattat ta’ Lisbona jidhol fis-sehh malajr kemm jista’ jkun.

Jakkumpanjaw lill-Mexxej Laburista ghal din il-laqgha kien hemm il-Kelliem Ewlieni ghall-Affarijiet Barannin Dr George Vella u l-Kelliem ghall-Affarijiet Ewropej Luciano Busuttil.

 

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME