PL and PSE
 

Il-mozzjoni imressqa mill-PL fil-Parlament hija intiza li kulhadd jaghraf igorr ir-responsabilita' tieghu f'dan l-aktar skandlu gravissmu f'pajjizna

leadimage

Il-Mozzjoni imressqa mill-Oppozizzjoni Laburista fil-Parlament dwar it-tender ghal bini ta’ powerstation gdida f’Delimara hija intiza li kulhadd jaghraf igorr r-responsabilita’ tieghu f’dan l-aktar skandlu gravissimu fl-istorja politika ta’ dan il-pajjiz. Fl-interess tal-pajjiz l-Oppozizzjoni Laburista lesta ggorr din ir-responsabilita’. Sostna dan il-Mexxej Laburista meta llum kien qed jindirizza l-Konferenza Generali Annwali tal-Kumitat Lokali fic-Centru Laburista tar-Rabat Malta. 

Il-Mexxej Laburista fakkar kif il-Gvern harab milli jiddiskuti din il-mozzjoni fl-ewwel guranata tal-Parlament. Issa l-Gvern qed jghid li mhux lest jiddiskuti din il-mozzjoni qabel ma’ l-Awditur Generali jipprezenta r-rapport tieghu dwar dan il-kaz. Il-Mexxej Laburista qal li galadarba l-Gvern ma qghadx jistenna r-rapport ta’ l-Awditur Generali sabiex jaghti dan il-kuntratt hekk ukoll ghandu jaghmel dwar din il-kwistjoni. 

“Dan il-Gvern suppost li ghandu maggoranza fil-parlament u ghalhekk il-vot mhux suppost li jehel. L-ghan ta’ din il-mozzjoni mhux li nimbarazza lil-Lawrence Gonzi izda li l-Oppozizzjoni Laburista timmarka punt importanti hafna”, qal Dr Muscat. Dan fid-dawl tal-fatt li kien Austin Gatt innifsu li fil-jiem li ghaddew mar ghand l-Awditur Generali dwar dan il-kaz. Fakkar kif fuq dan il-kaz baqa hafna x’johrog. “Dan huwa kaz gravissimu ta’ korruzjoni u nkunu qed nonqsu illi nhallu dan il-kaz ghaddej minghajr ma’ l-Oppozizzjoni tiddiskuti dan l-iskandlu fil-Parlament fejn kulhadd jehtieg li jgorr ir-responsabilta’ tieghu. Kulhadd huwa fid-dmir li jerfa’ ir-responsabilita’ tieghu. L-Oppozizzjoni Laburista lesta terfa’ r-repsonsabilita taghha. F’din il-bicca xoghol m’hemmx partiti izda dinjita’. Jehtieg li nuru kemm ahna lesti li f’kaz daqshekk car nuru l-Partit Laburista jaghraf jiehu l-passi li hemm bzonn li jittiehdu. Il-Partit Laburista lest li jerfa’ r-responsabilita’ kollha li hemm bzonn u li tohrog minn dan il-vot”, tenna Dr Muscat.

 

L-iskandlu ghal Bini ta’ Powerstation f’Delimara

“L-iskandlu tal-powerstation ta’ delimara hija fost l-akbar kazijiet ta’ korruzjonijiet fl-istorja politika ta’ pajjizna. Dan huwa kaz fejn bil-provi inghad li persuna ghax ghandha kuntatti tajbin rrakomandat kuntatti ma politici ohrajn. Minn din l-istorja pajjizna ser ikollu johrog aktar minn 200 miljun biex 7 snin ohra jerga jkollu jibdel dan l-istess impjant”, tenna Dr Muscat.

Semma kif dan l-impjant iniggez 31 tunnelata kuljum. Fakkar kif sabiex setgha jinxtara dan l-impjant u l-kuntratt ikun jista’ jinghata, l-Gvern kellu jbiddel il-ligi u ppermetta li l-ammont ta’ dhanen jizdiedu. Fakkar li x-xoghol fuq il-bini tal-power station ser jinghata lill-kumpanija illi s-sid taghha f’kumpanija separata jhaddem lic-chairman ta’ l-EneMalta. Dan fl-istess hin li persuna ohra ser tkun qed tinghata 4 miljun ewro f’kummisjonijiet bis-sahha ta’ dan il-kuntratt.

 

Gvern li qed ihammar wicc pajjizna

Dan il-gvern qed ihammar wicc pajjizna barra minn Malta. Semma kif din il-gimgha l-pajjiz tilef kawza u wehhel l-ispejjez ghaliex Malta mhux qed timmoniterja id-dhanen mill-power station tal-Marsa u Delimara. Semma li kellu jkun issa, wara 20 sena, li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi stnebbah li hemm bzonn li jsir xi haga. Sahaq li Austin Gatt kien jaf b’dan kollu ghaliex kien hu stess li ftahar li jindahal personalment biex l-affarijiet isiru kif jghid hu. Dan huwa kkonfermat minn rapport intern, sahaq Dr Muscat. Dwar dan ir-rapport Dr Muscat staqsa min hu l-veru awtur tieghu. Sahaq li wara dan kollu l-Gvern ta’ Gonzi ffirmla ta’ malajr il-kuntratt ghal powerstation l-gdida li minn got-tghaggen pajjizna ser jispicca ghal fin-nar, tenna l-Mexxej Laburista.

 

Il-kuntratt tal-Fairmount

Il-Mexxej Laburista tkellem dwar il-kuntratt tal-fairmount u sahaq li bil-flus li l-Gvern qed jghid li tilef minn fuq dan il-kuntratt kien jibni sptar gdid tal-kancer. “Anke jekk intilfu biss 37 miljun ewro, u mhux kif qed tghid l-GWU illi intilfu mat-80 miljun ewro, xorta wahda mill-flus li intilfu l-Gvern kien jibni sptar tal-kancer. Konvint li qabel l-Elezzjoni Generali kemm Lawrence Gonzi u anke Austin Gatt kienu jafu kemm intilfu flus minn fuq dawn iz-zewg kuntratti”, sostna Dr Muscat.

Il-Mexxej Laburista qal li mill-istimi li nghataw dawn lanqas ghamlu tajjeb biss ghal materjal li intuza. Dan ikompli jkabbar r-responsabilita’ f’dan il-kaz ghaliex konvint, qal Dr Muscat, li qabel l-Elezzjoni Generali kemm Gonzi u Gatt kienu jafu b’dan kollu. Minflok, tenna l-Mexxej Laburista, Gonzi u Gatt hallew lill-Kap Ezekuttiv jitlaq minn xoghlu kif ukoll il-bniedem barrani li hadem dawn l-istimi thallaq jitlaq minn pajjizna ukoll.

 

Korruzjoni fid-Dipartiment tal-VAT

Il-Mexxej Laburista semma l-iskandlu tal-korruzjoni fid-dipartiment tal-VAT u sahaq li l-Partit Laburista qed jikrublu il-mistoqsijiet hekk kif issa l-Awdituri Generali akkuza lill-Wasteserv li ma hallsitx ammont kbir ta’ flus f’taxxa tal-VAT. Semma dak li gie rapurtat dan l-ahhar fejn ghadd kbir ta’ nies, permezz ta’ terzi, trangawlhom kontijiet fid-dipartiment tat-taxxa interni. “Dan il-pajjiz qed jghix f’sitwazjzoni fejn klieb il-bahar jaharbu u minflok jinqabdu l-vopi biss”, sostna Dr Muscat.

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME