PL and PSE
 

Meta jasal il-waqt il-poplu ser isemma lehnu fit-toroq

leadimage

Meta kien qed jindirizza l-Laqgha Generali Annwali tal-Kumitat Lokali tar-Rabat il-Mexxej Laburista Joseph Muscat sahaq li meta ser jasal il-waqt il-poplu ser ikun qed jimanifesta fit-toroq biex juri li dan il-poplu jixraqlu ahjar mill-Gvern li ghandu. “Dan kollu huwa dovut ghal fatt li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi mhux qed jifhem il-problemi tal-Familji Maltin u Ghawdxin”, sahaq Dr Muscat.

 

Gvern Medjokri

Il-Mexxej Laburista qal li bhalissa jezisti kunsens li l-Gvern ta’ Gonzi PN huwa Gvern medjokri ghaliex falla mill-miri tieghu. Dan huwa kkonfermat mill-istess nies li vvutaw PN fl-ahhar Elezzjoni Generali, sahaq il-Mexxej Laburista. Kunsens iehor fost il-poplu, sahaq Dr Muscat, huwa li n-nies qed jemmnu u jridu xi haga gdida. Ma jridux il-mentalita’ tal-bierah fejn il-korruzjoni herriet lil dan il-pajjiz, sahaq il-Mexxej Laburista.

“Hemm bzonn Gvern li jiehu r-riedni f’idejh sabiex jikkontrolla l-gholi tal-hajja. Qed jingabar dan il-kunsens li ma jridx il-politika tal-monoplji u dan il-messagg il-Partit Laburista jehtieg li jiehdu minghand kull persuna”, sostna l-Mexxej Laburista. Il-Mexxej Laburista qal li fil-passat il-Partit Nazzjonalista naqqar il-voti mill-kamp Laburista ghax emmen li l-politika tal-monoplji kien spicca zmienha. Huwa ghalhekk, qal il-Mexxej Laburista li l-Partit Laburista ma jiddejjaq xejn li jidhol l-Universita, l-MCAST, fil-fabbriki, fost il-haddiema ta’ l-id u l-professjonisti. “Ghaliex iva ghandna maghna nies, haddiema u middle class fejn iridu jisimghu minn politici lesti li jibdlu l-wicc ta’ pajjizna. Issa stennejna wisq. Dan il-pajjiz qed jeghreq wisq ghaliex il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi huwa inkapaci, inkompetenti, irresponsabli u medjokri”, tenna Dr Muscat.

 

Gonzi PN falla

Il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi falla fil-miri tieghu. Fakkar kif is-sena l-ohra Lawrence Gonzi kien ammetta li minhabba l-problemi finanzjarji tad-dinja l-Gvern kellu jbiddel il-miri tieghu prevista deficit ta’ 88 miljun ewro. Madanakollu, qal Dr Muscat, fid-dokument ta’ qabel il-budget ppublikat ftit tal-gimghat ilu hareg li l-Gvern kien qed jistma deficit ta’ 220 miljun ewro. Izda skont l-ahhar statistika tal-Gvern ppublikata ftit taz-zmien ilu hareg car li l-vera d-deficit tal-pajjiz, s’Awissu, dan kien diga telgha 345 milujn ewro. “Dan huwa Gvern li lanqas huwa kapaci jikkontrola lilu nnifsu. La jista’ jwahhal fil-kontijiet tad-dawl u ilma, il-gass u lanqas fit-tarnza ghaliex ghalqaha. Ma jista’ jwahhal f’xejn u hadd hlief fit-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi. Dik hija l-inkapacita’ ta’ dan il-Gvern”, tenna Dr Muscat.

Semma kif din il-gimgha fil-Parlament huwa staqsa lill-Ministru tal-Finanzi jekk il-Gvern ghandux problemi ta’ hlassijiet u l-istess Ministru cahad. Madanakollu, qal Dr Muscat, f’anqas minn 48 siegha wara kummercjanti ewlenin mill-qasam tal-medicini u kostruzzjoni kkonfermaw li l-Gvern qed jikkawzalhom problemi kbar minhabba l-mod li bih qed jitratta l-pagamenti taghhom.

 

Differenza bejn kliem u fatti

Il-Mexxej Laburista tkellem dwar il-mod li bih dahaq bil-koppji zghazagh illi lejliet l-Elezzjoni Generali, permezz ta’ karta ffirmata, weghdhom propjeta’ f’San Lawrenz. Madanakollu, qal Dr Muscat, sentejn wara dawn il-koppji zghazagh gew infurmati li minn dak imwieghed lilhom mhu ser jirrizulta xejn. Bl-istess mod, qal Joseph Muscat, Lawrence Gonzi qed jishaq li mhux bilfors dak imwieghed qabel l-Elezzjoni Generali issa jrid isehh. Il-Mexxej Laburista fakkar kif il-Partit Laburista lest jaqbel mal-Gvern illi jekk irid jerga jinnegozja mill-gdid dak imwieghed qabel l-Elezzjoni Generali izda wara trid tissejjah Elezzjoni Generali gdida.

 

Gvern li mhux qed jifhem il-prijoritajiet tal-poplu  

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi mhux qed jifhem il-prijoritajiet tal-poplu fosthom dwar l-gholi tal-hajja u t-turizmu. Tkellem dwar il-qghad u kif dan zdied b’1300 persuna. Sahaq li fl-istess hin li sploda d-deficit l-Gvern nefaq biss 5 miljun ewro sabiex jghin lill-industrija.

“Issa nigu f’sitwazzjoni fejn il-weghdi li saru qabel l-Elezzjoni Generali qed sfortuntament jidhol id-dubbji dwarhom. Jien l-ewwel wiehed irid nara li l-progetti imwieghda jitwetqu u l-Partit Laburista mhu ser jghid xejn sabiex inaffar l-investiment. Madanakollu fl-istess hin il-Gvern huwa fid-dmir li jitkellem b’mod car fuq certi progetti imwieghda qabel l-Elezzjoni Generali”, sahaq Dr Muscat.

Il-Mexxej Laburista tkellem dwar l-importanza ta’ l-edukazzjoni u l-vizzjoni tal-Partit Laburista ghal dan il-qasam. Fakkar kif permezz ta’ ufficjal gholi fid-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni, il-Gvern kkonferma li l-post l-aktar krucjali u importanti ghat-tkattir ta’ l-Edukazzjoni f’pajjizna, jigifieri d-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni fl-Universita’ ta’ Malta, din mhux prijorita’.

Bl-istess mod dwar it-turizmu fejn is-sena d-diehla l-Gvern ser idahhal taxxa gdida fuq is-sodod. “Flok jara dak li qed jaghmlu pajjizi ohra l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi qed jghaddas lill-industrija f’aktar problemi”, sahaq Dr Muscat. Hawn il-Mexxej Laburista qal li l-Gvern ma jridx jisma mill-proposti ta’ l-MHRA u l-PL.

 

Il-Vot fl-Irlanda

Fir-Rabat il-Mexxej Laburista esprima s-sodisfazzjoni tieghu wara li l-Poplu Irlandiz irratifika t-trattat ta’ Lisbona u b’hekk Malta resqet pass eqreb biex ikollha s-sitt siggu fil-Parlament Ewropew u dan ser ikun qed imur ghand il-Partit Laburista permezz ta’ Joseph Cuschieri. Dan ir-rizultat setgha jinkiseb, qal il-Mexxej Laburista, ghaliex il-Partit Laburista beda jkisser is-swar ta’ madwaru. “Ahna qeghdin fil-politika l-gdida li jrid il-poplu Malti. Jien nghid qeghdin fil-politika li jridu l-generazzjoni tieghi fejn bilkemm jiftakru Gvern Laburista”, sahaq Joseph Muscat. Il-Mexxej Laburista qal li l-Partit Laburista beda din il-pagna l-gdida ta’ tigdid fejn fi hdanu qed jilqa’ lil dawk li kienu mieghu u telquh, lil dawk li qatt ma kienu mieghu fl-istess hin li jzomm fi hdanu s-suldati ta’ l-azzar li baghtew taht Gvernijiet Nazzjonalista. “Qed jingabar moviment gdid ghal pajjiz ahjar. Dan il-moviment mhux qed jingabar ghal konvenjenza inkella ghax-xebgha minn Lawrence Gonzi izda qed jingabar b’konvinzjoni. Nies li jemmnu fl-ugwaljanza, il-gustizzja socjali u l-ideali progressivi li regghu nibtu f’dan il-pajjiz”, sahaq Dr Muscat.

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME