PL and PSE
 

Nistennew budget ta' incentivi ghall-haddiema u min ihaddimhom

leadimage

Fil-budget li jmiss mhux budget bla taxxi biss qieghed nistenna imma budget ta’ incentiv, li jwiezen lill-haddiema u lil min ihaddimhom. Li jkollna budget jkun bla taxxi ghandu jkun il-minimu indispensabbli, specjalment meta niftakru li s-sena l-ohra l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma ddahhlux fil-budget.

 

Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza l-Kungress Nazzjonali tal-GWU matul il-jum tat-Tnejn.

 

Dr Muscat qal li haddiem lest jerfa’ il-piz tieghu imma m’ghandux ikun qatt lest jerfa’ il-piz tal-irrresponsabilità ta’ min fdah biex imexxih. Il-haddiema qeghdin jesperjenzjaw problemi kbar bhall-gholi tal-hajja u qeghdin f’sitwazzjoni li anke min ghandu xoghol qed ihoss li qed jahdem iktar biex jaqla’ inqas.

 

Joseph Muscat qal li wasal iz-zmien li l-ligijiet industrjali tal-pajjiz jigu adattati biex jirriflettu htigijiet tal-lum. Dr Muscat qal li rridu naraw x’tibdil fil-ligi jrid isir biex f’kull post tax-xoghol haddiema jaghzlu huma b’mod liberu lil min jirrapprezentahom.

 

Il-Mexxej Laburista qal li bhala mexxejja ta’ dan il-pajjiz ma ghandnix nikkuntentaw ruhna li n-negozjati ta’ union mal-management dejjem jispiccaw ikunu kemm se tkun l-early retirement scheme. Il-haddiema, qal Joseph Muscat, xoghol iridu u mhux jirtiraw kmieni. Il-haddiema jridu li jqumu u jhossu li qieghed jaghtu xi haga lill-familja, lill-kumpanija u lill-pajjiz.

 

Joseph Muscat qal li kif il-haddiem irid ikun lest jerfa’ ir-responsabbiltà fejn jaghmel zball, bl-istess mod, min imexxi u falla kumpaniji u kisser investimenti ta’ ghexieren ta’ snin ta’ flus, minn tellef il-miljuni lill-pajjizna, irid ikollna kuragg li nzommuhom responsabbli ta’ dan it-telf.

 

Kulhadd irid jerfa’ sehmu fis-socjetà taghna, iz-zghir jerfa’ bicca zghira, u l-kbir jerfa’ iktar. Jekk inharsu b’dan il-mod, nergghu nibdew neghlbu l-isfidi l-kbar li ghadna quddiemna.

 

Dr Muscat qal li l-gimgha li ghaddiet meta kien ghat-tnedija tal-identità l-gdida tal-GWU, ghamel kunsiderazzjoni bazika, li fejn hemm l-ghaqda hemm is-sahha. Kont impressjonat.

 

Huwa qal li l-isfidi li qeghdin niffaccjaw illum bhala Ewropa u bhala dinja huma simili ghal sfidi li ffaccjajna fil-pasat. U fil-passat irnexxielna nghelbuhom. U l-punt ewlieni li kien il-hajta li ghaqdet kollox flimkien kienet l-ghaqda. Jien kburi, qal Dr Muscat, li llum qed immexxi partit li kien protagonist biex jinghelbu l-isfidi l-kbar ghall-haddiema. Miniex se nghid li Malta saret minn partit wiehed ghax f’pajjizna kulhadd ta sehemu. Imma hawn min forsi ghandu interess inessi parti mil-istorja li fiha kienet protagonista l-GWU.

 

Kien hemm zmien fejn mara jekk tinqabad tqila tibza’ tmur tghid lil min ihaddimha ghax jista’ jkecciha u l-moviment tal-haddiema irnexxielu jnehhi dik id-diskriminazzjoni u dahhal kuncett maternity leave. B’hekk nifrah li qieghed fost il-protagonisti.

 

Joseph Muscat qal li meta jara l-idea li haddiem ghandu dritt jinghaqad flimkien u jinnegozja flimkien forma ta’ ftehim kollettiv, kuncett introdott mill-GWU. B’hekk nifrah li qieghed fostkom.

 

Huwa fakkar kif kienet pressjoni tal-GWU u inizjattiva tal-Gvern Laburista li dahhalna snin ilu l-paga minima nazzjonali, kuncett progressiv fejn Malta kienet quddiem l-Ewropa u ma kellha bzonn ebda regolament biex issir. Harsina drittijiet tal-familji u generazzjonijiet ta’ wara.

 

Huwa ghalhekk li nemmen u ninsab fid-dover li nheggeg ghal iktar ghaqda fost il-haddiema. Ghandi holma li naslu ghal kungress tat-trejdunjins kollha. Din twassal ghal qabza enormi ‘l quddiem. Hija holma fejn unions ikollhom kull dritt jitkellmu x’hin iridu u kif iridu minghajr ma jkunu akkuzati li qeghdin jigbdu karru politiku ta’ naha jew ohra. Holma li tfisser li union ikollha kull dritt li ma taqbilx mal-gvern minghajr ma tkun demonizzata jew jekk ma taqbilx mal-oppozizzjoni tispicca vittma ta’ assassinju tal-karattru. Dan kollu jwassal ghall-bzonn ta’ bidla fil-mentalità. Ma nistghux nigu waqt forum bhal dan, infahhru l-ghaqda tal-haddiema, imbaghad bil-mezzi li ghandna nippruvaw nifirdu l-haddiema.

 

Dr Muscat sahaq li ma jistax ikun li ahna l-politici nfarfru r-responsabbilità u meta tigi tajba tkun mertu taghna u meta tigi hazina tkun tort tal-haddiem.

 

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME