PL and PSE
 

Il-poplu ghandu ragun isemma lehnu f'manifestazzjoni nazzjonali bhala familja wahda

leadimage

Il-poplu ghandu ragun, li jghid li jrid direzzjoni, li jrid bidla, li jrid gvern li jiehu hsieb il-bzonnijiet tieghu u mhux tal-partit, li jrid gvern li jiggieled l-gholi tal-hajja, li jgib ix-xoghol u b’hekk il-poplu ma ttihx tort li jinghaqad ghal manifestazzjoni nazzjonali bhala familja wahda nhar il-Hadd 25 ta’ Ottubru f’Haz Zabbar.

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat habbar dan waqt li kien qed jindirizza l-Laqgha Generali Annwali tal-Fgura l-Hadd fil-ghodu fejn semma kaz b’kaz fejn il-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi qieghed idahhal l-incertezza u hu aktar mohhu f’dak li qed jigri fil-Partit Nazzjonalista internament milli fil-problemi tal-pajjiz.

“Ghalhekk pajjizna ghandu bzonn vizjoni. Imma ghandna bzonn ukoll immedjatament li jkollna Prim Ministru li jhares lejn il-problemi tal-familji u tan-negozji. Ghax dak li qed jaghmel Lawrence Gonzi huwa mmexxi mill-konvenjenza mhux minn konvinzjoni,” qal Dr Muscat.

Jikkonferma l-iskandlu tal-Power Station

 

Huwa rrefera b’mod partikolari ghall-mod kif il-Ministru Austin Gatt tilef il-kredibbiltà kollha meta fi sforz biex jipprova jwaqqa’ l-argumenti tal-PL dwar l-iskandlu tal-power station uza fondi pubblici biex ghamel riklami fil-gazzetti. Huwa kkritika lil Gvern ghax qed jipposponi d-dibattitu fil-Parlament bl-iskuza li qed jistenna r-rapport tal-awditur generali. Imma b’dawn ir-riklami Austin Gatt ikkonferma hu stess fatti li allura mhemmx bzonn li jigu konfermati mir-rapport tal-Awditur.

Dawn ir-riklami jikkonfermaw li se jkollna nbiddlu l-power station il-gdida li xtrajna €200 miljun fi zmien 7 snin. Din hija konferma, qed jikkonfermaha Austin Gatt stess u allura m’hemmx ghalfejn nistennew ir-rapport tal-awditur.

Jikkonferma li l-power station il-gdida se tiggenera 31 tunnelata ta’ trab kuljum. Imma qed jghidu li mhux se jmur fl-arja, imma jinagabar u jibghatuh barra minn Malta. Jikkonferma wkoll li l-kuntratt tal-bini tal-power station il-barranin se jkunu qed jaghtuha lill-kuntrattur li mieghu jahdem ic-chairman tal-Enemalta. L-unika haga li qal li c-chairman kien iddikjara kunflitt ta’ interess. B’hekk mhemmx bzonn li jispicca r-rapport tal-awditur biex jikkonferma dan.

Jikkonferma li fil-process tat-tender inbidlet il-ligi biex trattab il-hrug ta’ emissjonijiet mill-power station. Kellna ligi wahda biss li kienet iktar stretta minn tal-Unjoni Ewropea, li tipprotegi lit-tfal taghna u min ghandu tfal bl-azzma. Qal imma l-Ewropa ma qalet xejn. Din hija konferma indiretta li kieku ma nbidlitx il-ligi kieku l-kumpanija Daniza li rebhet il-kuntratt qatt ma kienet tikkwalifika.

Allura, iffaccjat b’dan kollu l-poplu ma ttihx tort li jitlob ghal direzzjoni u bidla billi jsemma’ lehnu fil-manifestazzjoni li qed tissejjah mill-Partit Laburista fil-25 ta’ Ottubru, qal Dr Muscat.

 

Indhil politiku

Joseph Muscat qal li l-istess Austin Gatt huwa l-ministru li gie akkuzat f’rapport tal-gvern stess, miktub minn persuna fdata hafna fil-PN u l-amministrazzjoni, b’indhil politiku qawwi. U Gatt wiegeb li kien xoghlu li jindahal ghax huwa kien il-ministru responsabbli.

Imma l-istess ministru li responsabbli kien hu l-ministru meta hammar wicc pajjizna meta ntilfet kawza fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropea minhabba l-emissjonijiet li johorgu mill-powerstations ta’ Malta.

 

L-istess kif dan il-ministru li hu responsabbli wkoll mit-tarzna kien hu li tahtu ntilfu, b’mod konservattiv €37 miljun ewro. Flus li bihom stajna bnejna l-isptar il-gdid tal-kancer bl-aqwa taghmir. Imma wara li hareg ir-rapport tal-awdituri, flok fakkar kif hu huwa l-ministru responsabbli u li allura xoghlu li jindahal, qal li t-tort ghal dan it-telf huwa tal-haddiema, tal-General Workers’ Union u tal-Partit Laburista. Kif jista’ jkun kredibbli dan il-ministru, qal Dr Muscat.

Dwar il-kuntratt tal-Fairmount, il-Mexxej Laburista qal li fadal diversi mistoqsijiet x’jigu mwiegbin fosthom x’sar mill-Kap Ezekuttiv tat-Tarzna ta’ dak iz-zmien. Fejn qieghed u jekk ghandux xi kuntratt tal-gvern, staqsa Muscat.

Parking meters

 

Joseph Muscat fakkar kif fil-15 ta’ Marzu li ghadda hu kien qal li diga’ jidher li hawn min qed jithajjar idahhal il-parking meters. Dak in-nhar stess il-Ministru Gatt kien hareg jghid li din hija gidba ohra ta’ Joseph Muscat biex jikseb il-popolartita. Imbaghad dil-gimgha, sitt xhur wara, bhal sajjetta fil-bnazzi l-PBS habbar li se jiddahhlu l-parking meters bi prova. Issemmew zewg postijiet fejn se jiddahhlu l-meters, tas-Sliema u l-Hamrun. Ghadu ma kienx hemm cahda ta’ dan. Dan ghal darb’ohra juri n-nuqqas ta’ kredibiltà ta’ dan il-ministru.

Ibiddel il-ligi tal-loghob ghall-konvenjenza tal-PN

 

Dr Muscat akkuza lil Lawrence Gonzi li qed imexxi b’konvenjenza fejn aktar mohhu biex jara kif jirranga l-problemi tal-partit milli tal-pajjiz.

Ezempju car huwa b’dak li gara fil-ligi tal-lotteriji u loghob iehor fejn skont rapporti Lawrence Gonzi dawwar il-ligi li diga’ bdiet diskussa fil-Parlament wara li kien konvint li se jitlef vot fil-Parlament jekk ma jaghmilx dawn it-tibdiliet. Din hija t-tieni darba li Lawrence Gonzi kellu jdawwar decizjoni tieghu biex jakkomoda l-grupp parlamentari wara l-vot dwar l-estensjoni tal-kon-katidral.

Hija din l-attitudni li qed iddahhal il-kuncett ta’ incertezza u instabblità fil-Gvern ta’ Lawrence Gonzi , sostna l-Mexxej Laburista.

 

Joseph Muscat irrefera wkoll ghal rapport li jghid li l-Minsitru Tonio Fenech siefer fuq btala privata ma’ nies li ghandhom x’jaqsmu man-negozju tal-loghob. Huwa sfida lill-Prim Ministru jghid li jekk jemminx lill-Ministru Tonio Fenech li qed jghid li din il-btala b’ebda mod ma influenza il-ligi tal-loghob. U l-Prim Ministru ghandu jaghmel din id-dikjarazzjoni b’mod car.

Incertezzi fuq il-pajjiz

 

Dr Muscat tkellem ukoll dwar il-hatra ta’ Kummissarju Ewropew u qal li anke hawn Lawrence Gonzi qed jilghab bil-pajjiz biex jara li jzomm il-partit milli jitkisser b’rata aktar mghaggla milli qed jitkisser. Huwa qal li l-Prim Ministru huwa aktar mohhu kif se jaghti daqqa ‘l barra mill-kabinett milli min ikun l-ahjar fil-kariga ta’ Kummissarju.

Dr Muscat qal li Lawrence Gonzi ghandu ghazla biex inehhi l-incertezzi anke fuq din il-kariga. Ghazla li anke huwa minn fost il-PN stess, li hija li jerga’ jinnomina lil Joe Borg, li bhala Kummissarju ghandu esperjenza u ghandu l-appogg kemm fil-Kummissjoni Ewropea u anke f’Malta ghax dejjem hadem tajjeb.

Dr Muscat appella biex kariga daqshekk importanti ma tibqax tintuza ghal-loghba politika u ghandhom jitnehhew l-incertezzi.

 

Joseph Muscat sostna li bhalissa ninsabu mmexxijja minn Gvern inkompetenti, irresponsabbli u instabbli. U hija din l-instabblità li qed twasslu biex flok jiffoka fuq il-problemi tal-familji, iktar ikun mohhu fil-problemi interni tal-Partit Nazzjonalista.

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME