Jekk hemm min qed jahseb li jista’ joqghod jilghab bl-Air Malta biex mbaghad tibniegh bir-ribass qed jizbalja. Se naghmel twissija lill-Gvern: Mal-Air Malta mhemmx loghob. Ahna qatt mhu se nappoggjaw il-privatizzazzjoni tal-linja tal-ajru nazzjonali ghax hija ass strategiku ghax kull meta jkollna problema, jew jekk linji tal-ajru ohra jiddeciedu li jitilqu, induru fuq l-Air Malta.
Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta dal-ghodu kien qed jindirizza l-Laqgha Generali Annwali tal-Kumitat lokali tal-Fgura.
Dr Muscat sostna li l-Air Malta dejjem irnexxielha tghaddi minn anke minn zminijiet difficli bhal l-attakki terroristici tal-11 ta’ Settembru, id-decizjonijiet hziena tal-RJ70s u AzzuraAir u minkejja dan qatt ma hadet centezmu sussidju. Wara dawn id-decizjonijiet hziena kellu jkun Gvern Laburista fis-1996 li rega’ rrangaha dawwarha u regghet issahhet anke permezz tal-haddiema tal-Air Malta.
Imma issa l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi qed jirnexxielu jkissirha. Minkejja dan il-Gvern se jsib l-appogg kollu tal-Oppozizzjoni biex tigi salvata l-Air Malta ghax qatt ma nistghu nitilqu minn idejna dan l-ass strategiku.