PL and PSE
 

Dwar l-immigrazzjoni l-UE mhiex tiehu azzjoni biex issir solidarjeta' tassew ma' Malta

leadimage

Li kieku ma kienx ghall-ftehim li l-gvern Taljan u dak Libjan lahqu bejnithom, dan is-sajf kien ikollna aktar tragedji fuq il-bahar. Il-Patt tal-Immigrazzjoni huwa wiehed dghajjef u filwaqt li l-Unjoni Ewropea mhijiex tiehu azzjoni biex ikollna solidaretà tassew. Il-problema tal-immigrazzjoni illegali la hi ta’ Malta u lanqas tal-Mediterran, imma hija problema Ewropea u tinhtieg azzjoni Ewropea.

Dan qalu l-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt laqgha ma' delegazzjoni Germaniza mill-Kumitat Ewropew tal-Parlament tal-Bavaria li jinsab fuq zjara Malta.

Dr Muscat qal li r-regoli tal-Unjoni Ewropea mhumiex jahdmu fix-xenarju li ninsabu fih u l-immigranti naqsu din is-sena biss ghax stat membru tal-UE, l-Italja, lahqet ftehim mal-Libja.

Il-Mexxej Laburista ta rendikont tas-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjizna u qal li filwaqt li l-krizi ekonomika kellha impatt fuq pajjizna, dan l-impatt kompla jikber b’decizjonijiet hziena li qed jiehu l-gvern qed u li qed ikollhom effett fuq il-familji Maltin. Ewlenin fost dawn huma l-prezzijiet tal-energija u l-prezzijiet ta’ l-ikel.

Huwa zied jghid li l-prezzijiet qed joghlew meta suppost huwa z-zmien li l-affarijiet jorhsu. Dan ifisser li l-pajjiz qed jesperjenza perjodu ta’ ricessjoni fl-istess hin li qed jibqa’ jirregistra rata gholja ta’ inflazzjoni. Sahaq ukoll li esperjenzajna sitwazzjoni fejn filwaqt li l-prezzijiet internazzjonali taz-zejt nizlu, f’Malta l-prezz tal-energija zdied.

Joseph Muscat qal fl-istess hin, il-gvern ghandu problema kbira fil-finanzi hekk kif is-sena l-ohra pprogetta li d-deficit se jkun ta’ €88 miljun u sa issa diga’ tela’ ghal €345 miljun. Dan minkejja li tnehhew kwazi s-sussidji kollha.

Dr Muscat qal li l-amministrazzjoni tal-pajjiz ghandha problema ewlenija, li hija l-mod kif qed jinhlew il-fondi pubblici f’inefficjenzi u f’korruzzjoni.

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME