Dan hu l-moviment li flimkien qed jghaqqad iz-zghir, il-middle class, lin-negozjant iz-zghir, lill-pensjonant u lill-istudent. Wasal iz-zmien li nkunu flimkien u ninghaqdu wara l-principji ghax nemmnu f’ideali progressivi u f’pajjiz wasal iz-zmien ghal jum gdid. B’hekk nhar il-Hadd li gej fil-Manifestazzjoni Nazzjonali Familja Wahda se nkunu qed ninghaqdu biex inwasslu l-messagg taghna flimkien bhala familja wahda.
Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal dan waqt li kien qed jindirizza l-Konferenza Generali Annwali tal-Kumitat Lokali ta’ Rahal Gdid.
Joseph Muscat semma l-esperjenza ta’ ragel mizzewweg u ghandu tlitt itfal u li kien iqis ruhu sejjer mhux hazin. Imma issa qed jghaddi minn tbatijiet li sal-lum ma kienx ghadu jesperjenza fejn il-paga mhix isservih bejn il-loan tad-dar, bzonnijiet ghall-iskola ghat-tfal tieghu, hlasijiet tal-kontijiet tad-dawl, l-ilma, internet u telefon. Issa imma spicca qed ihossu mhux jaghti bizzejjed lill-familja tieghu u bil-biza li jitlef dak li rnexxielu jikseb sal-lum.
Il-Mexxej Laburista qal illi kieku mhux ghad-decizjonijiet il-hziena ta’ Lawrence Gonzi, kieku l-istat seta’ jghin lil dan ir-ragel u l-familja tieghu u seta’ jghin hafna iktar familji li sabu ruhhom fl-istess pozizzjoni.
Fairmount
Huwa qal li fost id-decizjonijiet il-hziena kien hem mil-hela ta’ flus fuq zewg vapuri li swew fuq l-istima l-aktar konservattiva €37 miljun. Irridu naraw x’gara u ma garax f’dan il-kaz ghax ghadha ma hargitx il-verità kollha. Flus li bihom stajna bnejna l-isptar il-gdid tal-kancer. Stajna ghenna lil dawk li nsterqulhom il-flus meta hallsu taxxa llegali fuq ir-registrazzjoni tal-karozzi. B’dawn il-flus stajna rrangajna t-toroq, qtajna l-waiting lists, ghenna lis-self-employed li kull filghodu jqum jahdem kmieni u jimpjega haddiema ohra mieghu. Konna nghinu lill-familji bhal ta’ dan il-missier ta’ tlitt itfal u naraw li dawk is-€37 miljun jitqassmu ghall-gid mhux fil-hela.
Dr Muscat akkuza lil Lawrence Gonzi u Austin Gatt li kienu jaf bit-telf tal-Fairmount qabel l-elezzjoni imma ghazlu li jzommuha mistura ghall-konvenjenza politika. U minn dak iz-zmien hallew il-Kap Ezekuttiv jitlaq u persuna ohra li kellha sehem ewlieni tisparixxi mill-pajjiz.
L-istess bhal ma l-Partit Laburista qed jistenna tegibiet cari fuq numru ta’ kazijiet ohra taht ministri ohrajn.
Power Station
Dr Muscat qal li ghal mistoqsija semplici ta’ kif jinxtara z-zejt f’Malta l-Gvern lanqas jaf iwiegeb jew jithawwad kif se jwiegeb. Mistoqsijiet semplici, kemm qed nonfqu f’zejt, minn fejn qed nixtru z-zejt, min qed jixtrih, min hemm intermedjarju biex jixtri z-zejt. Ghaliex joqomsu daqshekk meta nistaqsu mistoqsijiet tant semplici, qal Dr Muscat.
Kaz iehor huwa tal-power station il-gdida ta’ Delimara, power station li se tiswa €200 miljun. Joseph Muscat staqsa ghalfejn ma jridux jiddiskuti l-mozzjoni tal-PL dwar il-power station. Fuq kollox ghandu l-maggoranza fil-Parlament ahna kull ma rridu hu li l-Membri Parlamentari taz-zewg nahat jerfgghu r-responsabbiltà taghhom. Qed jghidu li l-mozzjoni ma tigix diskussa ghax ghaddejja investigazzjoni ghand l-awditur generali. Imma bl-istess argument la gie ffirmat il-kuntratt allura ghalfejn il-Membri Parlamentari ghandhom jistennew biex jiddiskutu din il-mozzjoni, qal Dr Muscat. U la qed jibza’ jiddiskutiha fil-Parlament issa, allura nistennew. Lesti nistennew imma rridu u qed nistennew li din il-mozzjoni tigi diskussa.
Dr Muscat fakkar kif fl-20 ta’ Gunju 2006 Austin Gatt kien iddikjara li l-powerstation il-gdida se tkun qed tahdem bil-gass. Fl-istess sena, fil-pjan tal-Generazzjoni tal-Elettriku 2006-2015, li gie approvat mill-kabinett intqal li jaqblilna li l-power station tkun tal-gass ghax dan inigges anqas.
Imbaghad f’daqqa wahda gara xi haga u biddlu l-ligi biex jitnaqqsu l-livelli tad-dhahen u minflok morna ghall-gass, spiccajna morna ghad-diesel. Austin Gatt qalilna f’wiehed mir-riklami, toqghodux tinkwetaw mit-trab mill-31 tunnellata ta’ trab kuljum. Dak se jinqabad, jinzamm imbaghad jintbaghat barra. U dan qal Dr Muscat ma jistax jitwemmen ghax lanqas il-problema tat-trab l-iswed ghadu ma sab minn fejn gej.
L-instabbiltà thedded ix-xoghol
Dr Muscat qal li Lawrence Gonzi mhuwiex mohhi fl-aktar problemi li qed jolqtu lill-familji. Mhuwiex interessat fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li qed ihallsu l-familji, mhuwiex interessat isolvi l-problema tal-ispejjez tal-edukuzzjoni, mhux interessat li jsolvi l-problemi tal-prezzijiet tal-medicini.
Bl-istess mod Lawrence Gonzi mhuwiex attent biex jara li l-problema tax-xoghol tissolva u biex jeqred il-korruzzjoni li qed tiswa l-flus lit-taxpayer.
It-tahwid tal-PN qed ikollu effett fuq il-pajjiz u huwa b’hekk li qed tinghata l-impressjoni ta’ instabbiltà. Lawrence Gonzi qed jispicca jew influenza mill-problemi interni meta jiehu d-decizjonijiet jew jispicca jipposponi decizjoni.
Dan qed iwassal ghal instabbiltà u incertezza. U l-incertezza thedded ix-xoghol u ma tghinx biex jinholoq il-gid, sahaq Joseph Muscat.
B’hekk ted toktor il-karba ghal dan il-moviment. Moviment bla precendent. Fejn qed naraw nies godda li qatt ma konna nobsru li naraw joqorbu, qed naraw zghazagh godda u nies li qatt ma kienu flimkien issa jersqu lejn xulxin. U dan huwa moviment li rridu nsostnuh u Inkattruh, sahaq Dr Muscat.
Dr Muscat qal li fil-hamsinijiet meta l-Gvern Laburista dahhal il-kuncett tal-edukazzjoni ghal kull tifel u tifla. Meta fis-sittinijiet Gvern Laburista dahhal il-kuncett tal-istat socjali u d-dritt tal-pensjoni. Dak iz-zmien ghamilna dawk l-affarijiet ghax ma qaghdnix inharsu lejn l-istess erba’ hitan imma harisna lil hinn mil-barrieri konvenzjonali ta’ dak in-nhar u kellna vizjoni.
Issa wasalna biex nergghu nibdew inkissru dawk il-barrieri. Spicca z-zmien li nahsbu li n-nies huma makni li taghtihom xi haga biex minnhom johrog il-vot. Jien gej minn generazzjoni ta’ nies xettici mill-politici u dan jahti ghalih il-PN li elezzjoni wara l-ohra wieghed hafna u ma wettaqx.
Dan il-Moviment mhuwiex se jibbaza fuq il-weghdiet imma se jibbaza fuq il-vizjoni ghall-pajjiz ahjar. Dik hija d-differenza ewlenija bhalissa fejn dan il-moviment ghadu vizjoni ta’ fejn iridu jasal.
Gvern konfuz
Dr Muscat qal li l-pajjiz huwa mmexxi minn gvern konfuz, li lanqas jista’ jaqbel wiehed mal-iehor.
Huwa rrefera ghall-kaz tal-burden sharing u l-kwistjoni fejn l-ewwel kien il-Partit Laburista li sena ilu hareg jghid li l-patt voluntarju mal-Unjoni Ewropea ma kien jiswa xejn. Imbaghad issa kien hemm min mill-PN li qed jirrealizza li dak ghedna ahna kellna ragun dwaru u sejjahlu cajta.
Imbaghad qam il-Ministru Tonio Borg kif hassu maqrus, u sploda billi qam fil-parlament u qal mhux sewwa li jinghad dan id-diskors. Dan Tonio Borg qed jiddefendi l-ftehim b’mod volontarju meta huwa l-bniedem li suppost qed jahdem ghal Malta fl-UE biex jikkonvinci pajjizi ohra jghinuna fil-problema tal-immigrazzjoni.
Prova ohra ta’ Gvern konfuz huwa l-mod kif hareg il-Prim Ministru u qal jien ma nafx min ivvinta li se naghmlu crafts village fil-Bacir Numru 1. Dan meta fir-records tal-Parlament, bl-iswed fuq l-abjad, il-Ministru Austin Gatt qal ghal darba darbtejn li hemm proposta biex isir crafts village f’Bacir Numru 1. Dan il-Prim Ministru li suppost qed imexxi l-pajjiz u li lanqas jaf x’inhu jigri dwar dan il-progett li minnu jiddependu mijiet ta’ haddiema li kellhom il-kuragg li jinvestu jiehdu riskju u jifthu negozju. U l-Prim Ministru lanqas jaf x’qed jipproponi l-gvern tieghu stess.
Daqstant iehor qed juri konfuzjoni fil-kaz tal-Iskema tal-Ispizerija tal-Ghazla Tieghek hareg il-privat u qal li l-iskema ddahhlet bl-ghaggla qabel l-elezzjoni. Spicca biex il-privat ghamel il-proposta tieghu kif tithaddem din l-iskema, prova ta’ kemm stakeholder principali qatgha qalbu mill-gvern.
L-akbar krizi holoqha l-Gvern
Dr Muscat qal li f’Malta qeghdin inkunu ffaccjati mill-krizi finanzjarja dinjija, madankollu l-akbar krizi gejja minhabba d-decizjonijiet hziena jew in-nuqqas taghhom.
Il-Mexxej Laburista fakkar kif is-sena l-ohra ntqal li d-deficit kellu jkun ta’ €88 miljun u bhalissa id-deficit sploda ghal €345 miljun.
Imbaghad il-Prim Ministru jghid, vera splodejt id-deficit, imma dan ghamiltu biex nghin in-nies. Qed jghid dan fis-sena li nehha is-sussidji fuq kollox u naqqas l-ghajnuniet lin-nies. Allura mhux veru li d-deficit sploda minhabba li ghen lin-nies fis-sena ta’ krizi finanzjarja, jekk xejn naqqsilhom l-ghajnuna.
Fl-istess hin, qal Dr Muscat, tinghad hrafa ohra. Dik li l-flus marru biex jinzammu l-impjiegi. Dan meta minn dak li ntqal s’issa l-iskema biex jghinu lill-kumpaniji li jintlaqtu mill-krizi finanzjarja kienet ta’ €5 miljuni. Lanqas li kieku kienet ta’ €15-il miljun, qal Dr Muscat, ghax xorta d-deficit sploda b’€200 miljun.
Allura x’qed jigri minn dawn il-flus meta nehhejt is-sussidji kollha. Dr Muscat qal li l-konkluzjoni hi li dawn il-flus marru fl-inkompetenza, fl-inefficjenza u fil-korruzzjoni. Sitwazzjoni fejn il-gvern bid-decizjonijiet il-hziena u decizjonijiet li ma jiehux qed ihalli setturi krucjali jaqbdu t-triq tan-nizla.