PL and PSE
 

Moviment li jghaqqduh il-problemi imma wkoll l-futur u l-vizjoni ghal pajjiz ahjar

leadimage

L-eluf ta’ familji li nghaqdu flimkien ghandhom x’jghaqqadhom problemi komuni mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-gholi tal-hajja, sax-xoghol u l-korruzzjoni. Imma dan il-moviment ma jghaqqduhx biss il-problemi imma l-futur u l-vizjoni li dan il-pajjiz jista’ jkun ahjar bis-sahha tal-ghaqal ta’ min jahdem u jhaddem u l-esperjenza tal-anzjani u l-energija u l-hegga taz-zghazagh. Qed tghaqqadna l-vizjoni ghal pajjiz ahjar. Qed ninghaqdu f’moviment ta’ tama u azzjoni!

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal dan waqt il-Manifestazzjoni Nazzjonali Familja Wahda li saret f’Haz Zabbar il-Hadd wara nofs-in-nhar.

 

Dr Muscat sostna li l-gholi tal-hajja hija l-akbar problema tal-pajjiz li flimkien mal-problemi fil-qasam tax-xoghol qed jigu kkawzati minn Gvern instabbli li huwa mmexxi minn Prim Ministru indeciz.

Il-Mexxej Laburista qal li dan il-Gvern irresponsabbli jgholli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma meta l-prezz taz-zejt joghla, u jerga’ jghollih anke meta l-prezz taz-zejt jorhos. Irresponsabbli ghax qed jikkawza problemi ta’ xoghol hu nniffsu. Irresponsabbli ghax qed ihalli l-hela u l-korruzzjoni li qed jithallsu mill-familji u t-taxpayers.

Joseph Muscat sahaq li dan huwa gvern instabbli mmexxi minn Prim Ministru indeciz.

 

Il-Prim Ministru ma jistax jiddeciedi dwar il-gurnata tal-budget ahseb u ara x’se jaghmel fih ghall-familji, ma jistax jiddeciedi jbiddilx il-ministri tal-kabinett medjokri tieghu, jew lil min se jibghat Brussel bhala kummissarju, indeciz jekk laqtitnix il-krizi internazzjonali li meta l-affarijiet ikunu sejrin hazin iwahhal fis-sitwazzjoni internazzjonali u meta jkunu sejrin tajjeb jghid li ghelibna l-krizi internazzjonali. Prim Ministru li jdahhal ftit stabbilta u certezza fost il-familji u n-negozji idahhal iktar incertezza bi stqarrija irresponsabbli billi qal li wara l-budget se joghlew il-kontijiet tad-dawl u ilma. U l-familji jibqghu lura u tan-negozju mbaghad jghidlek se ngholli ghax ma nistax inlahhaq u dan kollu minhabba dikjarazzjoni irresponsabbli.

U l-incertezza thedded ix-xoghol. Biex ingibu x-xoghol hemm bzonn ic-certezza u l-haddiem li jkollu mohhu mistrieh, sostna Dr Muscat.

 

Sodi fil-Parlament

 

Joseph Muscat qal li l-Gvern mhux qed jghaddi minn fuq l-Oppozizzjoni Laburista fil-parlament anzi qed jibza’ minkejja li ma ghandux ghalxiex ghax ghandu maggoranza. Imma fil-Parlament il-Gvern qed jibza’ jiddiskuti ghax jaf li qed inkunu sodi u allura qed jaharbu l-parlament. Qed jibzghu jiddiskutu anke mozzjoni fuq il-power station u qed jipposponu u jipposponu. Imma l-Partit Laburista lest jiddiskuti din il-mozzjoni ghada.

Huwa tkellem ukoll fuq kif fil-parlament lanqas biss qed ikun hemm il-ministri u l-Prim Ministru biex iwiegbu l-mistoqsijiet filwaqt li sahaq li l-politiku ghandu jkun il-qaddej tal-poplu u kull ministru ghandu jwiegeb ghal ghemilu.

Illum, qal Joseph Muscat, il-poplu wkoll qed jghidlu li mhux se jibza’ minnu.

 

Stqarrija minn Tonio Fenech dwar il-Korp tal-Pulizija

 

Il-Mexxej Laburista qal li huwa inkwetanti rapport li deher f’gazzetta tal-Hadd li fiha qed jinghad li waqt laqgha interna tal-Partit Nazzjonalista l-Ministru tal-Finanzi ghamel stqarrija serja hafna dwar il-Korp tal-Pulizija. Nghid lill-Ministru tal-Finanzi u lill-Prim Ministru jqumu jitkellmu jekk jafu xi haga halli mbaghad naghmlu l-kontijiet ma’ kulhadd.

Ghax qed nitmexxew minn Prim Ministru li aktar hsiebu fil-partit tieghu milli lejn il-problemi tal-gholi tal-hajja, jew ta’ min tilef xoghlu.

 

Il-Mexxej Laburista tkellem dwar diversi kazijiet li tqajjmu fejn juri li l-poplu ma jistax jafda l-gudizzju ta’ min qieghed imexxi l-pajjiz bhalissa.

Ghandna Prim Ministru li ghalih il-kodici tal-etika juzahom fejn irid. Ghal Lawrence Gonzi hames snin ilu kien wassal ghar-rizenja ta’ ministru minn tieghu ghax qal li jista’ jkun li jinftiehem li l-ministru qed jikser il-kodici tal-etika. U issa ghandu kaz car fejn ministru kiser il-kodici tal-etika bl-aktar mod car u qed jaqbez ghalih.

U jekk anke fost shabu stess qed jimxi b’zewgt ucuh, ahseb u ara kemm jimxi b’zewgt ucuh mal-poplu Malti u Ghawdxi kollu, qal Joseph Muscat.

 

Ghaxar snin biex isolvu l-problema tat-trab l-iswed

Il-Mexxej Laburista qal li lanqas tista’ tafda lill-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi fuq il-problema tat-trab l-iswed. Ilhom ghaxar snin jitmejlu bin-nies qalu fil-Parlament li ghamlu rapport li sewa Lm6,600 u li kienu solvew il-problema. Din il-gimgha gejna nistaqsu fil-Parlament u qalu li ghad iridu jiehdu s-samples tal-arja.

Joseph Muscat qal li jezistu samples bizzejjed fuq il-bjut u pulmuni taghna. Din hija rresponsabbilta ta’ min mhux qed jiehu s-sahha tat-tfal taghna bis-serjetà.

 

Estensjoni tal-power station

Dr Muscat staqsa allura kif nistghu nafdawhom fuq il-power station il-gdida li minna se johrog 31 miljun tunnellata ta’ trab kuljum. Austin Gatt qal tinkwetawx dak issa nigbruh u naraw x’naghmlu bih.

 

Imma f’Gunju tal-2006 l-istess gvern u l-istess ministru kien qal li l-pajjiz issa miexi ‘il quddiem u issa l-power station il-gdida se tkun bil-gass. L-istess dokument tela quddiem il-kabinett u gie approvat biex tinxtara power station bil-gass. F’daqqa wahda xi hadd minn fuq iddecieda li mhux bil-gass ghandha tkun il-power station imma bil-heavy fuel oil. Imbaghad indunaw li bil-ligi, l-unika ligi li hija ahjar mill-istandards Ewropej, ma tistax tiddahhal din il-power station bil-heavy fuel oil u allura biddlu l-ligi.

U dan kollu meta fuq dokument tal-Enemalta hemm car u tond li jezisti indhil politiku qawwi.

 

Moviment gdid

 

Imma dan huwa z-zmien li l-moviment jinghaqad f’wiehed ta’ tama u azzjoni.

Ahna r-rizultat ta’ dawk kollha li ma jridux iharsu lejn il-passat u kif ivvota dak u vvota l-iehor. Ghandna nuru l-problemi, nipproponu soluzzjonijiet u nimmiraw ghal pajjiz ahjar ghax fl-ahhar mill-ahhar is-sewwa jerbah zgur, temm Dr Muscat.

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME