Il-Partit Laburista qed jistenna budget responsabbli ghall-gid tas-socjetà Maltija, l-ekonomija u l-ambjent. Budget responsabbli li jiggieled l-gholi tal-hajja, jincentiva u jzid ix-xoghol u li jiggieled il-korruzjoni li qed tiswa’ l-flus lill-familji.
Fuq dawn il-principji l-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat ressaq ghaxar proposti li l-gvern ghandu jwettaq fil-budget li jmiss waqt il-Manifestazzjoni Nazzjonali Familja Wahda.
L-10 proposti li ghandhom jittiehdu immedjatament fil-budget huma
- Jiddikjara bil-quddiem rata massima fuq it-tariffi tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma li se jithallsu s-sena d-diehla halli kulhadd ikun jista’ jippjana u tiddahal certezza fil-pajjiz. Dan biex isserrah mohh in-nies, haddiema, self-employed iz-zghir, middle-class, negozji, zghazagh u pensjonanti.
- Tiddahhal friza fuq it-tariffi amministrattivi tal-gvern bhal-licenzj u tariffi li jdahhal il-gvern matul is-sena.
- Titwaqqaf immedjatament Agenzija ghad-Difiza tal-Konsumatur li jkollha bhala l-ewwel xoghol taghha b’mod specifiku ssolvi l-problema tal-gholi tal-medicini f’pajjizna, flimkien mas-settur privat.
- Tittiehed azzjoni fuq il-prezzijiet tal-ikel. Hxejjex u frott mhux processat. Tittiehed azzjoni fuq il-pitkalija biex jonqos il-prezz tal-hxejjex u frott ghax il-bidwi mhux jiehu l-prezz ta’ xoghlu u l-konsumatur qed ihallas prezzijiet esagerati. Bejn il-bidwi u bejn il-familja qed jigri xi haga li l-Gvernatur tal-Bank Centrali qed isejjah market inefficiencies. Jekk hemm abbuzi li qed jigru fil-pitkalija dawn jitwaqqfu darba ghal dejjem biex naraw fejn qed imorru l-flus li qed ihallsu l-familji.
- Idhol biex tghin is-settur tat-Turizmu li jiekol minnu kulhadd u li kulhadd jiddependi minnu. Dan billi titnehha u tigi rtirata t-taxxa ta’ 50 centezmu fuq kull sodda. Il-Gvern ghandu jkollu l-kuragg li jghid li zbalja u mhux jipposponiha imma jnehhiha.
- Titnaqqas il-VAT ta’ 18 fil-mija issa li l-Unjoni Ewropea tatna dan ic-cans. U naraw li jekk titnaqqas il-VAT, dan it-tnaqqis jghaddi ghand il-konsumatur.
- Issir revizjoni tal-eko-taxxa biex ma tibqax mazzra m’ghonq in-negozjanti onesti u ssir b’mod li bih verament jigi protett l-ambjent.
- Jinbdew diskussjonijiet mal-banek dwar it-tariffi li qed jiccargjaw lin-nies meta jigu biex juzaw servizzi bankarji. Dan isir b’sens ta’ djalogu ghax il-banek jifhmu s-socjetà li qed jghixu fiha u jifhmu li liz-zghir ma jkomplux jghakksuh. Ghax anke s-settur bankarju jemmen f’dan il-pajjiz.
- Il-gvern ghandu jdahhal bhala moratorju ta’ sena bi dritt fuq il-loans tad-dar lil min jispicca bla xoghol. Mhux jinhafer id-dejn imma jinghata n-nifs. Dan kif ghamlu gvernijiet ohra fl-Ewropa mill-Gvern Socjalista fi Spanja sal-Konservattiv fl-Italja.
- Is-suq tal-propjetà ghandu jigi incentivat ukoll u allura ssir revizjoni tat-taxxa ta’ 12% ta’ meta l-propjetà tibdel l-idejn u din tkun immirata ghal koppji zghazagh. Il-koppji zaghzagh li huma l-pedament tas-socjetà tal-lum u t’ghada.
B’hekk, sahaq Joseph Muscat, din hija manifestazzjoni nazzjonali. Ghax il-PL mhux biss qed jghid fejn mhuwiex qed jaqbel imma huwa moviment li jrid li jwassal ghal pajjiz ahjar.
Dr Muscat qal li qeghdin f’sitwazzjoni fejn l-gholi tal-hajja u l-korruzzjoni qed jheddu x-xoghol.
Dak li ghamilt is-sena li ghaddiet bl-gholi fid-dawl u l-ilma wassal ghat-tkissir tal-ekonomija. Nehha s-sussidju u gholiiet il-hajja u wara li gholiet il-hajja l-haddiema daru fuq min jirrapprezentahom biex jiehdu z-zieda. Imbaghad hareg min ihaddem u qal li z-zieda proposta qed thedded l-impjiegi, qal Joseph Muscat.
Dr Muscat appella biex ma jergax isir l-istess zball din is-sena. Dan biex ma jergax jispicca bil-poplu u s-settur privat mill-gdid dahru mal-hajt is-sena d-diehla.
Flus fi bwiet in-nies
Il-Mexxej Laburista sostna li l-flus ghandhom imorru fi bwiet in-nies. L-ekonomija ma tistax thares lejha biss bhala accountant imma trid thares lejha b’vizjoni moderna fejn taf li kull lira li titfa’ fi bwiet in-nies din se tmur fl-ekonomija. Il-flus ahjar fi bwiet in-nies milli fil-but tal-Gvern ta’ Lawrence Gonzi ghax il-familji, il-mara tad-dar u n-negozji jfaddlu u huma bil-ghaqal iktar mill-gvern biex iqassmu dawk il-flus.
Dr Muscat qal li issa jistaqsu minn fejn se jigu l-flus. U sahaq anke f’dan l-istadju se jghid tal-inqas mod wiehed ta’ minn fejn jistghu jigu l-flus.
Huwa sahaq li bizzejjed li nharsu lejn il-hela u l-korruzzjoni li tezisti u li qed ihallas ghaliha t-taxpayer. Semma kaz wiehed biss ta’ kif il-flus jistghu jigu wzati ahjar.
Qal li fuq z-zewg vapuri tal-kuntratt Fairmount li ffirma ghalih il-Gvern u hadmu kollox zewg barranin, li wiehed harab u l-iehor hallewh jitlaq, wassal biex inharqu, u tlifna, mizerjament €40 miljun. Flus tal-familji Maltin u Ghawdxin.
Fuq vapur wiehed biss, il-Fairmount Fjell, inharget stima tax-xoghol u ccargjawhom €13-il miljun ewro. Dan meta l-materjal biss kien jiswa’ €16-il miljun. Jigifieri kieku l-haddiema tat-Tarzna hadmu b’xejn konna mmorru minn taht bi €3 miljuni. Fl-istess kuntratt l-istess nies imqabbdin mill-Gvern intrabtu li jkun lesti mix-xoghol fi zmien 150 gurnata. Dan lanqas kien zmien bizzejjed biex jasal il-materjal f’Malta.
Fejn intefqu l-flus mid-deficit?
Il-Mexxej Laburista sostna li ghandna sitwazzjoni fejn ghal din is-sena kien qalilna li se jkollna deficit li se jkun ta’ €88 miljun ghax kien hemm il-problemi internazzjonali. Huwa qal li sal-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena d-deficit tellghu ghal €345 miljun. Sal-ahhar tas-sena x’aktarx ikun nizzlu ghal €250 miljun. Dan ikun ifisser li xorta se jkun zgarra €180 miljun.
U dawn il-flus fhix nefaqhom u x’ghandu x’juri ghalihom, staqsa Dr Muscat. Nefaq inqas f’investiment kapitali. Nehha s-sussidju fuq il-kontijiet tad-dawl u ilma, tnehhew is-sussidji fuq ic-cilindri tal-gass u l-gass irdoppja fil-prezz. Ma ntefqux flus fuq l-operazzjonijet biex jitnaqqsu l-waiting lists u minn kemm ilu Prim Ministru Lawrence Gonzi minn 7600 persuna jistennew dawn telghu ghal 23,000 persuna jistennew biex issirlhom l-intervent li huma taghhom bi dritt. Lanqas nefaqhom biex irazzan il-prezz tal-medicini u jew inehhi l-medicini out-of-stock. Anzi, spicca biex l-ispizerija tal-Ghazla Tieghek spiccat falliment. Ma trangawx it-toroq, ma sarx il-crafts village. Ma nefaqhomx biex inaqqas id-dhahen mic-cumniji. Ma nefaqhomx biex il-familji ma jizdidulhomx mal-ispejjez fl-edukazzjoni, jew jincentiva l-ghalliema – u mela jigdbu fuq il-Partit Laburista u l-istipendji. Il-Partit Laburista, qal Dr Muscat, isahhahhom l-istipendji.
Dr Muscat qal li skuza ohra li qed jipprova jgib il-Gvern hija li d-deficit bil-fors kellu jaghmlu biex isalva x-xoghol. Huwa qal li kull ewro minfuqa huwa ewro mbierek imma mhuwiex veru li dawn intefqu ghax-xoghol ghax mill-Parlament johrog li ntefqu massimu ta’ €15-il miljun. Dan ifisser li jibqa’ differenza ta’ iktar minn €160 miljun. Filwaqt li l-Gvern kisser is-sussidji ma wezinx il-familji, in-negozji u xorta baqa’ jgholli d-deficit.