PL and PSE
 

Il-Prim Ministru ghandu jaghti data sa meta se tissolva l-problema tat-trab l-iswed

leadimage

Bhala l-Ministru responsabbli mill-MEPA, il-Prim Ministru ghandu jaghti deadline lill-MEPA sa meta se jkollha konkluzjoni tal-istudji dwar il-problema tat-trab l-iswed li qed tolqot in-naha t’isfel u partijiet centrali tal-pajjiz, xi pjan ta’ azzjoni ghandha u sa meta se tittiehed azzjoni biex tipprotegi lil dawk kollha li qed ibatu minn din il-problema.

Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta kien qed jindirizza l-laqgha generali annwali tal-Kumitat Laburista tal-Imsida.

Joseph Muscat qal li fl-2001 sar rapport li ndika l-powerstation bhala s-sors ta’ dan it-trab l-iswed u dak iz-zmien kienu serrhulna rasna li solvew il-problema. Imbaghad harget il-MEPA issa u qalu li qed jergghu jaghmlu l-istudji. Dan wara li hammrulna wiccna fl-UE meta tlifna kawza kontra Malta fuq il-gassijiet li johorgu mic-cmien tal-powerstations ta’ Malta.

Dwar it-trab l-iswed harget l-Enemalta u qalet li mhux veru li t-trab l-iswed gej mill-powerstation. Qalet li dan jista’ jkun gej mill-karozzi, vapuri, fran, l-industrija jew l-incineratur tal-biccerija. Dr Muscat staqsa kif jista’ jkun li dan gej mill-incinertatur tal-biccerija jekk fl-2007 il-Ministru George Pullicino qal li sar investiment ghal incineratur state of the art. Il-vera kaz tal-id il-lemija ma tafx x’inhi taghmel l-id ix-xellugija.

U f’dan ix-xenarju kif nistghu nafdaw il-mod kif se jimmanigjaw l-impjant il-gdid tal-estensjoni tal-power station li se jkun qed jipproduci 31 tunnellata ta’ trab kuljum, nigbruh go kontejners u nesportawh, staqsa Joseph Muscat.

Il-kaz ta’ Hexagon House

Dr Muscat tkellem ukoll dwar il-hrug ta’ gassijiet fl-inhawi ta’ Hexagon House fil-Marsa li qed jaghmlu hsara kbira anke lir-residenti. Huwa qal li meta Charles Buhagiar qajjem il-kaz fil-Parlament f’Novembru li ghadda l-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien qal li ma kienx hemm problema iktar.

Erba’ xhur wara ddahhlu l-haddiema li kienu jahdmu Hexagon House l-isptar minhabba din il-problema.

Issa din il-gimgha ergajna qajjimna dan il-kaz biex nipprotegu lil kull min joqghod fl-inhawi u l-haddiema kollha. Imma Chris Said ipprova jahrab il-mistoqsijiet kompetenti ta’ Leo Brincat. Chris Said qal li l-livelli ta’ tniggis huma accettabbli llum. Imma meta mistoqsi x’inhu l-livell accettabbli, Said ma kienx jaf iwiegeb ghax qal li ma kellux il-file quddiemu.


Il-kaz tal-Mistra

Il-Mexxej Laburista rrefera ghall-kaz tal-Mistra u l-ahhar zviluppi fil-Qorti. Huwa qal li l-PL jirrispetta il-gudizzju tal-Qorti dwar l-aspett legali ta' parti mill-kaz tal-Mistra.

L-istess kif il-PL jirrispetta r-rapport tal-Awditur tal-MEPA - mhux bhal ma ghamel haddiehor - li qal li dan il-permess qatt ma kellu jigi kkunsidrat u li nkisru l-ligijiet ambjentali kollha. Ninnutaw ukoll li skont il-Qorti hu normali li membri tal-Bord tal-MEPA jiltaqghu ma’ politici dwar applikazzjonijiet individwali. Ma nistaghgibx li l-Prim Ministru ma jara xejn hazin f’dan ladarba jhall lill-Ministru tal-Finanzi jikser Kodici tal-Etika ghal darba darbtejn.

Fuq kollox, qal il-Mexxej Laburista, jibqa’ is-suspett li l-kaz tal-Mistra intuza minn xi nies fil-PN bhala biex jiddevja l-attenzjoni minn fuq fatti ohra.

Nuqqas ta’ xoghol f’Ghawdex

Il-mexxej Laburista qal li nkwieta hafna bid-dikjarazzjoni tal-Isqof ta’ Ghawdex li meta tkellem fl-okkazjoni ta’ Jum Ghawdex irrefera b’mod partikolari fuq il-problema tan-nuqqas ta’ xoghol f’Ghawdex.

L-Isqof t’Ghawdex fil-fatt qal: “Zgur li l-prijorità ta’ dawk li jhobbu lil Għawdex u ta’ dawk li ghandhom id-dmir li jieħdu ħsieb il-poplu li jghammar f’din parti tan-nazzjon Malti, hija li jindirizzaw il-problema ta’ nuqqas ta’ xoghol f’Ghawdex stess.

Ghandna certi familji li qed ibatu minħabba n-nuqqas ta’ xogħol. Minhabba li ma jsibux xoghol f’Ghawdex, ghadd ta’ Ghawdxin qed jitilqu minn din il-gżira u jissetiljaw f’Malta jew barra minn Malta. Ċertament li għal xi wħud din mhix għażla ħielsa, imma forzata għax l-opportunitajiet f’Għawdex huma li huma. Għadd ta’ koppji żgħażagħ qed ikollhom jagħżlu li “jemigraw” minn Għawdex u jibnu l-familja tagħhom band’oħra, u dan bi prezz għoli. Dan huwa fenomenu demografiku li għandu jiġi kkunsidrat bis-serjetà għax ifisser drain qawwi ta’ talent u riżorsa ewlenija. Dan ifisser ukoll li s-soċjetà Għawdxija qed tixjieħ u l-potenzjal mhux biss ekonomiku, imma intellettwali, kulturali u spiritwali tagħna qed jinxef. Min għandu viżjoni għal Għawdex ma jistax ma jitħassibx quddiem dan il-fatt li ma tantx jawgura futur.”

It-Triq tal-Ghadira

Dr Muscat tkellem dwar il-U-Turn fuq it-Triq tal-Ghadira u qal sena ilu l-Partit Laburista kien diga qal li d-decizjoni biex issir din it-triq kienet hazina kemm ekonomikament kif ukoll ambjnetalment. Konna sahansitra tajna proposta kif tista’ ssir it-triq mod iehor.

Imma konna ghedna li l-prijorita ewlenija kien il-junction tal-Kappara anke minhabba l-progett ta’ Manuel Island. U kien hareg Austin Gatt jghajjarna u jghidilna li ma nafux x’ahna nghidu. Issa sena wara dan il-Prim Ministru indeciz dawwar kollox u hela sena lill-pajjiz minn progett infrastrutturali li dan il-pajjiz tant ghandu bzonn.

Kif nistghu nafdaw il-gudizzju ta’ dan il-PM indeciz, qal Joseph Muscat.

Dikjarazzjoni serja dwar il-korp tal-Pulizija

Joseph Muscat qal li jittama li filwaqt li ddefenda lill-Ministru li kiser il-kodici tal-etika darbtejn, ma jergax jirrenja sens li qisu ma gara xejn ghal dikjarazzjoni serja hafna li saret minn Tonio Fenech dwar il-Korp tal-Pulizija.

Filwaqt li qal li ma kienx se jirrepeti din l-istqarrija ghax hija libelluza fil-konfront tal-Pulizija, qal li jispera li tintwera hegga biex il-Prim Ministru jinvestiga d-dikjarazzjoni ta’ dan il-ministru.

Partecipazzjoni tan-nisa

Joseph Muscat semma rapport dwar il-partecipazzjoni tan-nisa fis-socjetà fejn Malta kull sena qed taqa’ lura f’kemm il-mara timxi ‘l quddiem fl-edukazzjoni, karriera, politika u partecipazzjoni f’diversi oqsma fl-ekonomija. Huwa qal li ma nistghux naspiraw li nimxu ‘l quddiem jekk aktar min-nofs il-popolazzjoni ma naghtuhix is-sahha timxi ‘il quddiem. Ninsabu l-ahhar fl-Unjoni Ewropea f’dak li hu partecipazzjoni u opportunità tax-xoghol u johrog bic-car ukoll li hawn bzonn ta’ aktar azzjoni kontra l-vjolenza domestika.

Aghmlu kuragg

Dr Muscat qal li minkejja dawn il-problemi kollha li qed jiffaccja pajjizna t-tama f’gejjieni ahjar ma ghandhiex tonqos. Anzi t-tama u l-kuragg ghandhom jizdiedu ghax il-progett ta’ dan il-moviment immexxi mill-Partit Laburista jmur lil hinn minn progett biex tintrebah Elezzjoni generali ghax l-ghan ewlieni hu li flimkien ntejbu l-livell ta’ ghixien taghna.

Joseph Muscat ferah lill-kumitat Laburista tal-Imsida ghall-attivizmu edukattiv li qal li huwa krucjali ghall-irwol modern ta’ kumitat politiku.

Il-Mexxej Laburista sellem ukoll lil Michael Briguglio li sar chairman tal-AD u Joanna Drake ghall-hatra taghha bhala direttur fil-Kummissjoni Ewropea, kariga li mhux biss tfisser hafna ghal malta imma anke ghan-nisa Maltin.

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME