Il-moviment il-gdid li qed jifforma ma jghaqqdux biss it-tgergir u l-protesti kontra l-Gvern imma wkoll l-aspirazzjonijiet u t-tama ta’ kull wiehed minna. B’hekk mhux biss qed nuru kif dan il-gvern miexi fid-direzzjoni l-hazin, imma qed naghtu proposti konkreti, fattibbli u responsabbli. Il-gimgha l-ohra tajna 10 proposti li sfortunatament il-gvern ma rreaggix ghalihom u li l-unika reazzjoni kienet wahda partiggjana li ma tixraqx lill-pajjiz. Madankollu ahna jibqa’ d-dover taghna li anke mill-oppozizzjoni naghtu l-ahjar li nistghu lill-poplu taghna.
Dan stqarru l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt il-laqgha generali annwali tal-Kumitat Laburista tal-Imsida l-Hadd fil-ghodu.
Dr Muscat qal li kif ghamel diversi drabi ohra l-Partit Laburista qed iressaq il-proposti tieghu. Huwa semma kif sena ilu fil-budget kien ta proposti biex tittafa l-problema tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kif ressaq proposti fuq l-immigrazzjoni illegali u kif aktar kmieni din is-sena ressaq ‘il quddiem pjan biex jiggieled l-gholi tal-hajja.
Il-Mexxej Laburista qal li f’Haz Zabbar il-gimgha l-ohra dan il-moviment gdid wera b’mod sod u rezolut fejn kif il-gvern miexi fid-direzzjoni l-hazina. Imma wkoll b’mod konsistenti tajna ghaxar proposti konkreti u fattibbli biex jittiehdu mill-Gvern ghall-budget li gej. Din hija xi haga li ebda oppozizzjoni f’pajjizna qatt ma ghamlet b’dan il-mod konsistenti.
Dr Muscat qal li n-nies iridu budget responsabbli.
Budget responsabbli li jfisser li jiggieled l-gholi tal-hajja li qed issir pjaga kbira ghall-poplu Malti. Dan il-fenomenu l-gdid li qed ihossuh ukoll mhux biss il-haddiema u l-pensjonanti, imma anke l-middle-class u n-negozjant iz-zghir li ghall-ewwel darba qed ihoss l-ghafsa. Dawn in-nies qed ihossuhom parti minn dan il-moviment.
Huwa d-dover taghna li anke mill-oppozizzjoni naghtu l-ahjar li nistghu ghall-poplu taghna u ghalhekk li ressaqna dawn l-ghaxar proposti, qal Joseph Muscat.
Glieda kontra l-gholi tal-hajja
L-ewwel proposta hija li l-gvern jintroduci rata massima tat-tariffi tad-dawl u l-ilma. Mizura li hija responsabbli ekonomikament ghax taghti c-cans lill-familji u n-negozji jippjanaw. Mizura li hija responsabbli socjalment ghax tghin liz-zghir, lill-middle-class u n-negozji. U mizura li responsabbli wkoll ambjentalment jekk tkun amministrati kif suppost.
Dan bil-kontra tas-sitwazzjoni llum fejn qeghdin f’sitawzzjoni fejn la taf meta gej il-kont tad-dawl u l-ilma. La taf kemm gej, tippjana li gej inqas ghax tkun hadt il-mizuri biex tiffranka u xorta jigi oghla biex finalment tispicca tirvievi kont oghla.
U aktar minn hekk, Lawrence Gonzi ghadu jaghmel dikjarazzjonijiet biex li qed ikomplu jdahhlu iktar incertezza. Tant li l-bierah iddiskutiha fil-Grupp Parlamentari tieghu u nafu x’qalulu shabu stess, qal Dr Muscat. Huwa ssokta jghid li bid-dikjarazzjonijiet irresponsabbli tieghu l-PM qed jimmina c-cans ta’ rkupru ekonomiku, mqar zghir kemm hu zghir f’pajjizna. Prim Ministru li sfortunatament qed juri li ma jafx kif tahdem l-ekonomija.
Joseph Muscat qal li jaf li din il-mizura tiswa’ l-flus. Imma l-mod kif mexa l-gvern is-sena li ghaddiet jixhed kif dan iddecieda li l-ispejjez kollha tal-enemalta u l-inefficjenzi u l-korruzzjoni tefaghhom fuq kull familja fil-kontjiet tad-dawl u l-ilma. Dan iwassal biex il-haddiem idur fuq il-union u bid-dritt kollu jitolbu z-zieda ghall-gholi tal-hajja – u ahna, qal Dr Muscat, naqblu li l-haddiema l-pensjonanti jinghataw iz-zieda ghall-gholi tal-hajja. U dan kollu qed jispicca jehel bil-konsegwenzi tal-gholi tal-hajja is-settur privat. Imbaghad is-settur privat qed idur fuq il-Gvern u jghidlu li qed jipperikola l-qasam tax-xoghol.
B’hekk din hija mizura responsabbi li l-gvern ghandu jikkunsidra bis-serjeta biex ma jghabbix iktar lil-familji, il-middle class, studenti, pensjonanti, self-employed u negozjanti.
It-tieni proposta hija biex ma joghlewx it-tariffi amministrattivi tal-gvern, dawk il-permessi u licenzji li joghlew minn zmien ghal zmien. Il-gvern ghandu jiddikjara li dawn ma joghlewx. Dan ghax jekk sid ta’ hanut jaf li se jiskadielu permess u jistenna li se jsibu oghla mis-snin ta’ qabel jispicca biex jgholli l-prezzijiet.
It-tielet proposta hija li titwaqqif l-agenzija ghall-konsumatur li bhala l-ewwel prijorità tkun li thares lejn il-prezzijiet tal-medicini. Fil-budget nistennew li l-agenzija mhux tithabbar li se jinbdew diskussjoni imma li se tibda tahdem ghax li kieku z-zmien li nhela fi glidiet bejn dipartiment inhela biex titwaqqaf l-agenzija kieku din diga’ bdiet tahdem.
Ir-raba’ proposta biex niggieldu l-gholi tal-hajja hija li tittiehed azzjoni fil-pitkalija. Dan ghax il-bdiewa mhux jiehdu l-prezz tal-prodotti taghhom filwaqt li l-konsumatur qed ihallas prezzijiet esagerati ghall-hxejjex u frott. Dawn l-affarijiet, qal il-Mexxej Laburista, intqalu lill-ministru direttament u dan qabad u tefa’ t-tort fuq il-bdiewa. Filwaqt li l-bidwi jista’ jaghmel l-parti tieghu, huwa l-istat li ghandu jidhol biex jirranga din is-sitwazzjoni. Imma qed jidher car li ghandna Ministru li jaf bil-problema u ma jridx jiehu azzjoni biex jirrangaha jew inkella ma jafx kif.
Dawn, qal Joseph Muscat, huma l-ewwel parti minn sett ta’ proposti li ressaq u li huma mmirati biex niggieldu l-gholi tal-hajja. It-tieni sett ta’ proposti kienu immirati lejn mizuri ghal stimolu ekonomiku.
Stimolu ekonomiku
Dr Muscat identifika s-settur tat-turizmu bhala parti mis-soluzzjoni biex tigi stimolata l-ekonomija Maltija u qal li t-turizmu jista’ jkun parti mis-soluzzjoni biex l-ekonomija terga’ tibda ticcaqlaq.
B’hekk ippropona li b’sens ta’ responsabbiltà ekonomika tigi rtirata u titnehha ghal kollox taxxa ta’ 50 centenzmu fuq kull turist. Din hija mizura li xxekkel it-turizmu fi zmien meta ghandna bzonn nincentivawha u hija mizura li ma taghmel ebda sens ekonomiku ghall-pajjizna.
Qal li huwa veru li din tkun tiswa’ l-flus, imma t-turizmu huwa wiehed mis-setturi li meta tinvesti fih dejjem jaghtik ritorn lura ghall-investiment. Sahaq kif minn prezentazzjoni li saret mill-MHRA johrog kif ghal kull lira li l-gvern jinvesti fuq kull turist, id-dhul lura jkun ta’ tmien liri. Dan huwa s-settur li jista’ jirpilja l-ekonomija Maltija.
B’hekk, kompla Joseph Muscat, tohrog il-proposta l-ohra biex titnaqqas il-VAT fuq ir-restoranti. Wisq nibza’ li jekk ma titnaqqasx bhalissa ladarba l-UE tat koncessjoni, nitilfu l-opportunità. U se nkunu qed nitilfu tieqa ta’ opportunita li pajjizi ohra bhal-Germanja u Franza. Dan aktar u aktar fid-dawl li din hija mizura responsabbli ekonomikament ghax tkun qed tinvesti specjalment meta l-MHRA qed tghid li jekk titnaqqas din it-taxxa dan it-tnaqqis jghaddi fuq il-konsumatur.
Minflok, dan l-aktar settur krucjali bhal ma huwa t-turimzu jinsab minghajr ministru, u spicca b’segretarju parlamentari part-time li qed jiehu hafna minn hinu fuq ir-riforma fil-MEPA. L-istess Gvern, minflok azzjoni, qed jghidilna li t-turizmu qed jonqos kullimkien. Imma mhu veru xejn ghax fejn kien hemm pajjizi li hadmu u ma qaghdux cassi dawn hadu rizultati. Semma bhala ezempju kif it-Turkija din is-sena ra zieda ta’ 1.1 fil-mija fit-turizmu. Biss biss, it-turisti Inglizi li huma importanti hafna ghal Malta, zdiedu fit-Turkija bi 11%. Jekk ir-ricessjoni laqtghet lilna, laqtet lit-Turikija wkoll imma dawn ma qaghdux cassi harsu ‘l quddiem u gabu r-rizultati.
Proposta ohra hija biex issir revizjoni tal-eko-taxxa biex din ma tispiccax mazzra m’ghonq in-negozjanti onesti. Dan specjalment fid-dawl li jidhol is-suspett li din mhux qeghda hemm biex tipprotegi l-ambjent imma biex il-gvern jigbor il-flus.
Il-Mexxej Laburista fakkar ukoll fil-proposta biex jinbdew diskussjonijiet mal-banek biex ma jkomplux jizdiedu tariffi esagerati li jintefghu fuq il-komsumaturi u n-negozji z-zghar. U bl-istess mod qed nipproponu moratorju ta’ sena ghal kull min jispicca bla xoghol biex jinghata nifs. Din il-mizura ssir bi dritt mal-haddiema kollha u ma nibqghux bis-sistema li l-haddiem li jitlef xoghlu jrid jittallab ghaliha.
L-ahhar proposta, qal Dr Muscat, hija biex taghti injezzjoni lis-suq tal-propjetà fejn billi l-gvern irrevedi t-taxxa ta’ 12% meta l-bini jibdel l-idejn. Proposta li hija responsabbli socjalment u ambjentalment jekk tigi implimentata bil-ghaqal.
Dr Muscat semma wkoll kif wasal iz-zmien li jinfethu diskussjonijiet ghal setturi godda ta’ haddiema godda u wasal iz-zmien li jiddahhlu drittijiet godda ghal haddiema haddiema bhall-pulizija li filwaqt li tinzamm id-dixxiplina ta’ korp dixxiplinat naraw kif jiddahhlu drittijiet godda.
Gvern instabbli mmexxi minn Prim Ministru indeciz
Joseph Muscat qal li pajjizna huwa mmexxi minn Gvern instabbli mmexxi minn Prim Ministru indeciz. Huwa staqsa kif tista’ tafda Prim Ministru f’mumenti daqstant sensittivi.
Huwa qal li b’hekk issa johrog Lawrence Gonzi u jghid li dawn il-proposti jiswew il-flus. U jghid ukoll li fl-istess hin imbaghad nikkritikawh ghax ghola d-deficit. Imma tajjeb li nfakkru li l-Gvern is-sena l-ohra qal li d-deficit ghal din is-sena kellu jkun ta’ €88 miljun, u issa sploda ghal €340 miljun biex forsi sal-ahhar tas-sena jinzlu €250 miljun.
Imma x’ghandu x’juri ghal dan id-deficit. Il-flus ma marrux fix-xoghol ghax il-massimu li ntefqu kienu ta’ €15 miljun fix-xoghol. Ma jistax jghid li marru fil-waiting lists jew fil-medicini out of stock. Lanqas marru fil-glieda kontra l-gholi tal-hajja.
Fuq kollox, qal Dr Muscat, qabel l-elezzjoni Lawrence Gonzi – meta diga’ kien qed jghid li jara l-mewg fuq ix-xefaq u li jezistu l-problemi li gejjin fuq pajjizna – kien ippropna li t-taxxa tad-dhul tinzel minn 35% innaqqas ghal rata massima ta’ 25%. Kien qal li din mizura li tiswa €50 miljun. U meta staqsewh minn fejn se jgib il-flus, kien qal li dawn igibhom fi zmien sentejn. Allura hemm ma kellux problemi ta’ flus.
Huwa qal li ma qalux l-istess dwar il-flus meta qabel l-elezzjoni ghamlu numru kbira ta’ riklami fuq il-kuncett imsejja Smart Island fejn imlew kullimkien riklama qabel l-elezzjoni. Dawn swew lil pajjizna €256,000 u hemm ma kellhomx problemi minn fejn se jgibu l-flus.
L-istess bhal kaz tal-Fairmount fejn fuq zewg vapuri tlifna kwazi €40 miljun. Dan mhux fuq flotta vapuri. Ninnutaw ukoll dak li qed tghid il-GWU li ssostni li meta tqis kollox it-telf jitla’ ghal €80 miljun. Tant kemm kien redikolu l-mod kif tmexxa dan il-kuntratt li fuq vapur minnhom li kieku il-haddiema tat-tarzna hadmu b’xejn, xorta konna nohorgu bit-telf.
L-istess kif kellhom il-flus ghall-moll tac-Cirkewwa li l-ewwel ma kien imwieghed kien fil-programm elettorali tal-1996 u baqa’ jigi mwieghef f’kull programm elettorali tal-PN. Imbaghad fl-2001 kienu qalu li l-progett tal-mollijiet se jitlesta sal-2003, imbaghad qalu se jitlesta sal-2004. Imbaghad f’Lulju tal-2004 meta l-progett suppost kien lest, qalu li l-progett se jkun ridimensjonat u li se jsir izghar. F’Settembru tal-2004 Lawrence Gonzi kien qal lid an se jitlesta fl-2006 u fl-istess zmien intqal li ma jistghux jaghtu dettalji precizi ta’ dan il-progett. F’April tal-2005 Lawrence Gonzi biddel ghal kollox il-verzjoni u seba’ xhur qabel l-ahhar weghda li kellu jitlesta sal-2006 hareg jghid li l-ewwel se jitlesta l-port tal-Imgarr imbaghad wara jitkompla c-Cirkewwa. Fl-2006 imbaghad intqal li ma tistax tinghata data ghal meta se jitlesta l-progett tal-mollijiet. F’Settembru 2008, il-Ministru prezenti Austin Gatt habbar li issa l-progett se jitlesta sal-ahhar tas-sena 2011.
Meta fl-2008 il-Partit Laburista staqsa kemm intefqu flus fuq il-mollijiet li baqghu ma sarux, Austin Gatt zvela fil-Parlament li l-ispiza totali (certified for payment) fuq il-proġett kollu tac-Cirkewwa sa l-ahhar tas-sena 2007 kienet ta’ €18.4 miljun.
Fi Frar 2009 imbaghadLawrence Gonzihabbar ligie deciz disinn gdid ghat-terminal tal-passiggieri fic-Cirkewwa u saret applikazzjoni gdida ghand il-MEPA ghall-approvazzjoni tad-disinn il-gdid. Issa Ix-xahar li ghadda Austin Gatt habbar data gdida ta’ meta suppost ghandu jkun lest il-proġett kollu tac-Cirkewwa, li issa sar fl-2012.
Dan ifisser li ntefqu diga’ €18.4 miljun u ma ghandhom xejn x’juru ghal dan, sahaq Joseph Muscat.